Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li r-responsabbilta' għad-dawl ta' barra tgħaddi għand il-kunsilli lokali?
Mil-liema fondi se jitħallsu l-miljun lira li bħalissa hemm bżonn għad-dawl tat-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kabinett ghadu kemm approva illi jkun hemm devoluzzjoni totali tat-tqeghid ta` lampi godda u manutenzjoni ta` dawk ezistenti.
Wara din id-decizjoni ta` principju nbeda x-xoghol tekniku biex isiru r-regolamenti necessarji biex id-devoluzzjoni tkun tista` tigi fis-sehh f`Jannar 2001.
Ma jirrizultalnix dak li allega l-Onor. Interpellant li jintefqu miljun lira fis-sena fi tqeghid ta` lampi godda u manutenzjoni ta` dawk esistenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa gwardjani lokali li ġew ingaġġati fil-lokalitajiet kollha f'daqqa f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' kull raħal/belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghadha qed tingabar, u r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'konċessjonijiet għandhom persuni b'diżabilita' bi blue stickers fir-rigward ta' taħrikiet mogħtija minn gwardjani lokali mibħabba pparkjar ta' karozzi f'postijiet ipprojbiti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar tad-droga?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu dawn il-persuni; (b x'nazzjonalita' għandhom f'kull każ; (ċ) kemm minn dawn ingħataw is-sentenza u f'kull każ x'kienet; u (d) kemm minnhom għadhom għaddejjin bil-proċeduri kriminali kontrihom u eventwalment għadhom ma ngħatawx is-sentenza?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar. Ir-risposta tinghata f`seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar tad-droga?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu dawn il-persuni; (b x'nazzjonalita' għandhom f'kull każ; (ċ) kemm minn dawn ingħataw is-sentenza u f'kull każ x'kienet; u (d) kemm minnhom għadhom għaddejjin bil-proċeduri kriminali kontrihom u eventwalment għadhom ma ngħatawx is-sentenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nannetti statistika tal-kawzi kriminali konnessi ma` droga bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija parlamentari minbarra l-ismijiet ta` l-akkuzati kif mitluba fil-paragrafu (1).
Ma nhossx li huwa prudenti li din l-informazzjoni tigi pubblikata.
Jista' l-Ministru jinfurmani min kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċju u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Fis-Segretarjat Privat ta` Ministru d-dmirijiet marbuta ma` Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra f`seduta 124 tas-16 ta1 Gunju 1999.
Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tieghi minn Settembru 1998 `il hawn kien Mr Ruben Sciberras.
Jista' l-Ministru jgħid tul l-1999 u tul din is-sena, kemm ġew deċiżi każi li jikkonċernaw abbuż fuq it-tfal mill-qrati ta' Malta u Għawdex?
Kem instabu ħatja u fiex kien jikkonsisti l-abbuż?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar 1999 sa l-24 ta` Awissu 2000 fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) gew ipprezentati 33 kaz fejn 36 persuna kienu akkuzati b`diversi abbuzi fuq minuri.
Fil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) kien hemm zewg kazi, wiehed fl-1999 u iehor fl-2000 li ghandhom pendenti.
Matul l-istess perjodu gew decizi 7 kazi fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) fejn 9 persuni gew misjuba hatja.
Fil-Qorti Kriminali kien hemm tlett (3) gurijiet li jikkoncernaw abbuz fuq minuri. F`guri minnhom akkuzat gie lliberat; F'guri iehor l-akkuzat gie misjub hati b`decizjoni tat-18 ta` Marzu 2000. Din id-decizjoni hemm appell pendenti minnha. Hemm guri iehor pendenti li ghadu fi stadju ta` appell minn eccezzjonijiet preliminari. Fil-25 ta` Gunju 1999 il-Qorti ta` l-Appell Kriminali (Inferjuri) kkonfermat sentenza ta` htija moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta).
L-akkuzi jvarjaw bejn u/jew korruzzjoni, sekwestru tal-persuna, offizi fuq il-pudur, theddid, prostituzzjoni, stupru, stupru bi vjolenza, stupru minn axxendent u stupru minn axxendent mid-demm - dejjem fil-konfront ta` minuri.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena, kemm tressqu professjonisti l-qorti b'akkużi kontrihom?
F'dan ir-rigward, jista' jgħid kemm minn dawn instabu ħatja u konsegwenza ta' hekk tneħħilhom il-warrant tal-professjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi persuni b`akkuzi kriminali jitressqu mill-Pulizija, u fil-Qorti ma tinzammx statistika taghhom, nissuggerixxi li d-domanda ssir lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm ġew preżentati kawżi ta' separazzjonijiet taż-żwieġ?
F'dan ir-rigward, jista'jgħid kemm f'dawn il-kawżi hemm involuti persuni ex-ċittadini barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul dawn l-aħħar 5 snin ġew ippreżentati kawżi ta` seperazzjonijiet kif indikat hawn taħt:
1995 75
1996 83
1997 176
1998 121
1999 229
L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata billi ma teżistix indikazzjoni taċ-ċittadinanza fl-istatistika tal-kawżi.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ma ħareġ ebda tender għall-ġarr u trasport t`għamara eċċ tal-Uffiċini minn Settembru 1998 `l hawn.
Ingħataw direct orders sporadiċi, mill-Ministeru u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders kienu dejjem, skond il-limiti finanzjarji kif ipprovduti fir-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm saru kawżi kontra l-gvern ta' Malta għad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem?
Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm minn dawn il-kawżi għadhom pendenti; (2) kemm minn dawn inqatgħu u x'kienet is-sentenza finali?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qieghed nannetti l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-kontenut ta' kull sentenza nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-volumi relattivi ta' gabra ta' sentenzi li jigu pubblikati regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza ghall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant nixtieq ninfurmaha illi fil-prezent hemm tmien (8) impjegati kollha nisa, li qeghdin jahdmu sighat imnaqqsa ta' xoghol. Minn dawn, wahda (1) ghandha taht it-tletin sena (30) , erbgha ghandhom bejn it-tletin (30) u l-erbghin sena (40), tnejn (2) bejn l-erbghin (40) u l-hamsin (50) sena, u wahda (1) fuq il-hamsin sena.
Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18119?
Response (GATT, AUSTIN)
Konsulenti li qed jagħtu servizz lill-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma dawn:
Kunsilli Lokali - Dr. Anthony Cutajar - konsulent legali bi ħlas ta` Lm100
+ vat fix-xahar.
- Is-Sur Maurice Caruana - konsulent bi ħlas ta` Lm5000
fis-sena u użu ta` karozza. Kien Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qabel ma rtira.
Il-Qorti - L-Inġinier Joseph Muscat - konsulent tekniku bi ħlas ta`
Lm100 fix-xahar + vat.
Ministeru - Dr. Vanni Bruno, xogħol konness ma drafting ta`
Liġijiet. Kuntratt għal tlett snin b`ingaġġ bħala konsulent u ħlas ta` Lm15,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jid fiex wasal il-proċess sabiex jiġi emendat il-kodiċi kriminali, b'mod speċjali f'dak li andu x'jaqsam mad-drittijiet u poteri tal-pulizija matul l-ewwel 48 siegħa ta' arrest ta' individwu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Abbozz qiegħed fi stat avvanzat ta` preparazzjoni u qiegħed jiġi diskuss mal-Ministeru tal-Intern.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f`seduta oħra.