Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34979 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ġunju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Ġunju 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 42 każ ta` serq. Hold up 3 Pick Pocketing 25 Snatch & grab 9 Serq minn dgħajjes 4 Serq ta` dgħajjes 5 Serq ta` karozzi 51 Serq minn karozzi 254 Serq minn barijiet/lukandi 88 Serq minn fabbriki 4 Serq minn residenzi 54 Serq minn ħwienet 39 Serq minn xtajtiet 63 Serq ieħor 200
Leg 9 PQ #34982 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-każ ta' ex-pulizija li l-partikolarijiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija li ilu sospiż mill-1997?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għad m`humiex konklużi.

Shelters ta' l-Aħħar Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm shelters tal-aħħar gwerra mondjali fil-belt Senglejana senjatament dak li hemm fil-ponta fejn fil-kmamar hemm kappella kif ukoll dik li hemm viċin l-Maċina fl-ewwel parti tat-triq u jistgħax jippreżenta l-kuntratti relattivi li hemm billi dawn jinsabu f'idejn privati?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar l-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar gwerra mondjali tħaffru kwantita` kbira ta` shelters imxerrdin ma` Malta kollha u b`mod partikolari fl-inħawi tal-Kottonera. Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qatt ma kella f`idejha records ta` kemm u fejn tħaffru dawn ix-shelters u għalhekk kull każ ikun irid jiġi irriċerkat u eżaminat individwalment. Skond l-arkivji tat-Taqsima l-unika żewġ postijiet fl-Isla li kienu inkrew mill-Gvern u li setgħu kienu shelters tal-gwerra huma dak li ġew identifikati fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33867. Dwar ix-shelters speċifiċi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant qed issir ir-riċerka u l-investigazzjoni meħtieġa biex jiġu stabbiliti il-fatti u jekk ikun il-każ jittieħdu il-passi neċessarji sabiex kull każ jiġi irregolarizzat.
Leg 9 PQ #35034 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mount Carmel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hux qed issir fixed point mill-pulizija nisa fil-wards tan-nisa ta' Mt Carmel? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinkiser il-legal notice li ħareġ fi Frar ta' l-2000 f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent qegħda ssir għassa mill-Pulizija ma` priġuniera mara li tinsab rekoverata l-isptar Monte Carmeli. Dan m`hu qed jikser l-ebda provvediment legali.
Leg 9 PQ #34665 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Moħqrija ta' l-Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq moħqrija ta' l-annimali li ġew rappurtati lill-pulizija matul din is-sena ? X'passi ttieħdu u kemm ittellgħu persuni l-qorti? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002* Numru ta` rapporti 13 10 31 21 18 Numru ta` persuni mressqa l-Qorti 5 6 15 11 12 * Sat-08.07.2002
Leg 9 PQ #34668 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mtaħleb — Pjanti/Siġar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' l-inħawi fejn se jiġu mħawla s-siġar fil-kampanja u partikolarment il-pjanti li jinkludu l-parti ta' l-Mtaħleb l/o Rabat?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34805 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex talba għall-bini ta' tlett sulari fi Triq Ġnien Ingraw Mellieħa, liema talba iġġib in-numru PA 3490/98, ġiet rifjutata meta ftit distanza maġemb u quddiem din l-applikazzjoni hemm ħames każijiet fejn l-iżvilupp ġie aċċettat li jsir bi tlitt sulari u aktar?

Response (BORG, TONIO)

Ir-raġuni kienet ġiet spjegata fid-deċiżjoni, liema deċiżjoni ġiet konfermata mill-Bord tal-Appell fit-2 ta` Marzu 2001.
Leg 9 PQ #34749 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kien hemm żwiġijiet reġistrati fir-reġistru pubbliku f'Malta? Kemm kienu żwiġijiet ċivili? Kemm kienu żwiġijiet bejn: Maltin, Malti u barranija, Maltija u barrani u barranin? Jista' jagħti wkoll in-numru f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku f`Malta u f`Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena hu kif ġej:- Ż wiġ ijiet Malta Għ awdex Total 949 77 Dawk minnhom ċivili 255 24 Maltin ma` Maltin 703 54 Irġiel Maltin ma` nisa barranin 65 6 Nisa Maltin ma` irġiel barranin 97 7 Barranin ma` barranin 84 10
Leg 9 PQ #34766 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 34608 x'kienu r-raġunijiet li għalihom ġiet miċħuda l-applikazzjoni PA 06528/01?

Response (BORG, TONIO)

Ir-raġunijiet huma inklużi fid-deċiżjoni li ntbagħtet lill-applikant, liema deċiżjoni hija pubblika.
Leg 9 PQ #34795 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili din is-sena? Kif intagħżlu dawk li ġew promossi? Kif kienu marru fl-eżami bil-miktub li għamlu wara kors fl-1999? Kif imbagħad qabżu 'l quddiem ċerti persuni fl-interviews?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, għadhom ma ingħataw l-ebda promozzjonijiet fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Leg 9 PQ #34732 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar tliet snin kien hemm xi investigazzjoni li saret mill-pulizija dwar każ ta' attentat ta' avveleniment li sar fuq impjegata fil-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS? Fejn waslu l-investigazzjonijiet? Kemm ġew miġbura u nterrogati persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli l-uniku każ li b`xi mod jista` jinkwadra skond din il-Mistoqsija Parlamentari, huwa rapport li kien sar lill-Pulizija nhar it-12 ta` Novembru 2001, fejn kien ġie irrapurtat illi jumejn qabel impjegata kienet sabet xi velenu tal-ġrieden fil-kaxxa tat-tea bags tagħha. B`dan il-każ kien anke` ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u fl-investigazzjoni tagħha il-Pulizija kellmet diversi persuni. Din l-investigazzjoni għad mhix konkluża.
Leg 9 PQ #34748 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ġew imressqa l-qorti u akkużati bil-prostituzzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm kien hemm irġiel u kemm nisa? Mil-liema nħawi nġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 32 persuna, bosta minnhom aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn 4 huma rġiel. Dawn il-każi seħħew fil-Gżira, Msida u Marsa.
Leg 9 PQ #34830 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-gabbana li isimha qed jintbagħat separatament jew l-art li din il-gabbana hija mibnija fuqha li tinsab f'Tower Road Sliema fuq isem min hija mikrija mid-dipartiment tal-artijiet? Jista' jgħid meta ġie iffirmat il-kuntratt jew ftehim ma' din il-persuna biex ikun jista' juża dan is-sit? Jista' jagħti d-dettalji kollha tal-proċedura wżata? Jista' jgħid kemm hija il-kirja anwalment għal dan is-sit? Jista' jgħid x'kundizzjonijijiet hemm stipulati fil-kuntratt jew ftehim għall-kiri ta' dan is-sit? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim jew kuntratt imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Is-sit li fuqu hemm il-gabbana msemmija mill-Onorevoli Interpellant hija mikrija lil Silvio u Charmaine Zammit. Is-sit ġie mikri lil Josephine Zammit (omm Silvio Zammit) fit-18 t’April, 1996. Il-kirja saret b’sejħa għall-offerti li ġiet ippublikata fis-16 ta’ Frar, 1996 avviż numru 31. L-offerta tas-Sinjura Josephine Zammit kienet l-ogħla waħda u għalhekk il-kirja ġiet mogħtija lilha. Fil-21 ta’ Marzu, 2001 il-kirja għaddiet skond il-policy għand binha Silvio Zammit u martu Charmaine Zammit, wara li ommu ċediet favur tiegħu meta għalqet 61 sena. Il-kirja annwali għal dan is-sit hija ħames t’elef u ħames mitt lira Maltin (Lm5500). Il-kundizzzjonijiet tal-ftehim tal-kirja huma dawk stipulati fil-ftehim tal-21 ta’ Marzu 2001 li kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34402 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Intern — Serq

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 32681 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa?X'passi ittieħdu? Jista' jinformana wkoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) - u jinfurmana x'inhi s-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` April 2002 u t-30 ta` Ġunju 2002, kien hemm 3 każi ta` serq minn proprjeta` pubblika tad-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta` l-Intern li ġew irrapurtati lill-Pulizija għal investigazzjoni. Infurmat ukoll illi l-valur ta` l-oġġetti misruqa kien taħt il-Lm260. It-tagħrif għall-perijodu qabel April 2002 ingħata fit-Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 32681.
Leg 9 PQ #34674 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapport fil-gazzetta 'l-Orizzont' tal-ġimgħa 5 ta' Lulju li tifla ta' 13-il sena ġiet stuprata fil-Belt Valletta wara li kienet qed tixrob f'ħanut il-Belt stess u spiċċat fis-sakra? Ittieħdu passi kontra s-sid tal-ħanut li ppermetta li din it-tifla tixrob xorb alkoħoliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li huwa suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali, għadha għaddejja u jittieħdu passi skond ma jirriżulta.
Leg 9 PQ #34675 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija fid-distretti jdurux il-ħwienet tax-xorb fil-bliet u rħula tagħna biex jiżguraw li ma jkunx hemm persuni taħt l-eta' ta' 16-il sena f'dawn il-postijiet? Dan jinkludi ukoll każini? Jista' jgħid f'liema bliet u rħula, naturalment mhux f'Paveville, Buġibba/Qawra jew Wied il-Għajn, fejn il-pulizija tad-distrett ħadu l-passi meħtieġa meta sabu dan il-ksur tal-liġi, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distretti, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fi ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ ta` inbejjed, birra jew likuri madwar Malta u Għawdex, sabiex ma jkunx hemm bejgħ ta` alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena, minn dawn il-postijiet. Dan jinkludi wkoll każini.
Leg 9 PQ #34693 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet fuq l-applikazzjoni PA 06611/00 mill-awtorita' ta' l-ippjanar u li dwar l-iżvilupp inkwistjoni hemm mandat ta' imbizzjoni minn wieħed mill-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Din l-applikazzjoni ġiet approvata, suġġett għal ħlas ta` CPPS.
Leg 9 PQ #34826 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li d-deċiżjoni għal reserved parking fil-Marsa - il-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament - titmexxa?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34827 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'riferenza għall-kopji ta' ittri dwar każ riferut fl-istess ittri li kopja tagħhom qiegħed nibgħat ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar l-allegati irregolaritajiet u abbużi msemmija fl-ittri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant il-Pulizija ħadet il-passi skond il-liġi u anke hemm proċeduri quddiem il-Qorti li għad m`humiex konklużi.
Leg 9 PQ #34634 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Msida — Debris

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex min hu responsabbli jiġbor id-debris li qed jakkumula minħabba t-tħaffir tal-pedamenti f'Valley Road, Msida fuq il-proġett li jinsab għaddej minħabba l-inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jiċċara għal liema sit ta` żvilupp qed jirreferi. Dan minħabba t-tul estensiv ta` Triq il-Wied, l-Imsida.