Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27364 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sajd bl-isplussivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fuq sajd bl-użu ta' splussivi fl-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #27365 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Administrative Law Enforcement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fl-iskwadra ta' l-administrative law enforcement tal-pulizija, dwana, dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent jew l-Armata ngħataw courses fuq: (1) il-ħarsien tal-liġijiet ambjentali; (2) il-ħarsien tal-konvenzjoni internazzjonali CITES?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 10 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma stazzjonati fit-Taqsima ta` l-Administrative Law Enforcement li ngħataw taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi CITES. Dwar it-Taqsimiet l-oħra msemmija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #27366 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — ALE Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru hemm fl-ALE section tal-pulizija, u f'liema grad huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, fit-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija hemm stazzjonati, Spettur, 4 Surġenti u 20 Kuntistabbli.
Leg 9 PQ #27368 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — CITES

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fl-aħħar għaxar snin tressqet il-qorti fuq ksur tal-liġi ta' CITES (The Convention of the International Trading of Endangered Species)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21656, kien hemm 4 persuni oħra. Dawn kienu ġejjin mill-Libja u Tuneżija.
Leg 9 PQ #27380 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Student Cards

Question

Peress li meta persuna tagħlaq is-16-il sena trid tapplika u tingħata ID card, għaliex allura meta pulizija/uffiċjali ta' nightclubs jitolbu identifikazzjoni biex ikunu jafu jekk persuna tkunx għalqet is-16-il sena ma titlobx l-ID card ta' l-Istat li hija dik uffiċjali u jkunu sodisfatti jekk jintwerew biss ID card ta' l-istudenti maħruġa mill-ISTS? Il-kummissarju tal-pulizija huwa sodisfatt b'din is-sitwazzjoni? L-istess kummissarju huwa sodisfatt bil-mod li joħorġu dawn l-istudent cards?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13848.
Leg 9 PQ #27386 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Buġibba - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli ħwienet fi Triq Sant Antnin, Buġibba jżommu mar-regolamenti u l-permesssi għall-ftuh ta' l-istabiliment tagħhom ħalli ma jkunux ta' dwejjaq għar-residenti fl-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tieħu passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm abbużi minn sidien ta` stabbilimenti. Fil-fatt infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi sidien ta` stabbilimenti fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, li tressqu quddiem il-Qorti u ġew misjuba ħatja.
Leg 9 PQ #27392 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm-il darba saret ħidma mill-pulizija biex taqbad lil dawk li jġelldu l-klieb f'diversi nħawi tal-pajjiż? Meta saret din il-ħidma? X'riżultati tat din il-ħidma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, minbarra l-patrols li jsiru regolarment, it-taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija għamlet 19-il spezzjoni f`diversi lokalitajiet dwar abbuż ta` ġlied ta` klieb, liema ħidma rriżultat fin-negattiv. Dawn saru kif ġej: Jannar 6 Frar 3 Marzu 5 April 2 Mejju 2 Ġunju 1
Leg 9 PQ #27325 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Wied Qannotta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ix-xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ li qed isiru fil-parti ta' isfel f'Wied Qannotta l-Wardija humiex koperti bil-permess tal-PAPB? Ix-xogħlijiet qed isiru mid-Dipartiment tal-Gvern jew mill-privat? Jista' jinvestiga għaliex l-iskontri ta' l-ilma f'din il-parti ta' Wied Qannotta fejn qed isiru x-xogħlijiet ta' dan il-ħitan tas-sajjieħ tgħattew bir-radam? Jista' l-Ministru jara li jinvestiga u jieħu passi neċessarji sabiex jitħammel immedjatament t-terrapien li tpoġġa sabiex inħbew l-iskontri ħalli jkun evitat li l-ilma tax-xita jiżbokka fit-triq flok fil-Wied imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 27325 jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jinnota li saret spezzjoni mill-uffiċjal inkarigat fis-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u ġie kkonfermat li qiegħed isir xogħol ta` bini ta` ħitan tas-sejjiegħ f`dan il-wied. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru mingħajr permess ta` l-Awtorita` u fejn diġa` hemm Avviż Biex Tieqaf u Tat-Twettieq b`referenza ECF 630/99 maħruġ fl-14 ta` Lulju 1999. Għaldaqstant ittieħdu passi immedjati biex jieqaf dan ix-xogħol u sar rapport fil-file relattiv għal referenza ulterjuri. Ta` min jinnota li hemm applikazzjoni pendenti b`referenza PA 2169/94 li qiegħda fi stadju ta` rikonsiderazzjoni. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-privat u f`każ eventwali li tittieħed azzjoni diretta is-sid irid jiġi konvertit għal istat oriġinali tiegħu.
Leg 9 PQ #27343 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Adoloxxenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru fl-aħħar tliet xhur fi stabbilimenti bħal discos biex isir magħruf jekk humiex jitħallew jidħlu fihom adoloxxenti taħt l-eta? Xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn April u Ġunju ta` din is-sena l-Pulizija għamlet 151 spezzjoni f`postijiet ta` divertiment. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet, 13-il persuna taħt is-sittax-il sena inqabdu f`dawn il-postijiet.
Leg 9 PQ #27351 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiem tat-Tarzna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27176, jista l-Ministru ta' l-anqas jgħid jekk sarux jew hux qed isiru investigazzjonijiet interni fil-Korp tal-Pulizija dwar l-allegat nuqqas min-naħa ta' l-uffiċjali tal-pulizija li mexxew il-prosekuzzjoni? S'issa bdew passi dixxiplinarji kontra xi uffiċjali tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

It-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27176, għadha tgħodd. L-Onorevoli Interpellant jifhem li m`għandu jingħad xejn li jista` jippreġudika proċeduri fil-Qorti. Bħal f`kull każ ieħor għaddejja investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi nuqqas da parti ta` xi uffiċjal/i tal-Pulizija. F`każ li dan jirriżulta, min jinstab responsabbli jieħu l-kastig previst mill-Ordinanza tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #27265 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Price Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid ittiħdux passi investigattivi min-naħa tal-pulizija wara li deher rapport f'The Sunday TImes tat-8 ta' Lulju, 2001 fejn diversi agenti ta' l-importazzjoni ġew irrapurtati li qalu lill-ġurnal li huma jistennew li għandha issir investigazzjoni tal-pulizija dwar l-operat tal-Price Club biex jiġi żgurat li ma saru ebda irregolaritajiet min-naħa tal-operaturi

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond Kapitolu 386 tal-Liġijiet ta` Malta investigazzjonijiet dwar l-operat ta` soċjetajiet kummerċjali, kif indikat fl-artikolu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, huma parti mid-dmirijiet tar-Reġistratur tal-Kumpanniji. Ma` dan kollu, il-Pulizija tinvestiga kull rapport li jista` ikollha dwar xi ksur tal-liġi kriminali.
Leg 9 PQ #27266 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Working Permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw working permits gimgħa gimgħa f'dawn l-aħħar erbgħa xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif qed jitlob l-Onor. Interpellant. In-numru ta` work permits li nħarġu fl-aħħar erba` xhur, iżda huwa kif jidher hawn taħt: Marzu 160 April 159 Mejju 146 Ġunju 143
Leg 9 PQ #27288 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Iklin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27034, l-art in kwistjoni hija dik użata parzjalment mill-JB Stores bħala parking?

Response (BORG, TONIO)

Din l-art hi proprjeta` tal-Gvern. Diġa` inħarġet stqarrija pubblika mill-Ministeru ta` l-Intern u l-Kunsill Lokali tal-Iklin li ġiet ċirkolata lir-residenti li biha ġie miftiehem li l-art in kwestjoni tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Iklin għal skop ta` rikreazzjoni tan-nies tal-lokal bl-intenzjoni ukoll li mill-livell tat-triq l-isfel jiġi kostruwit car-park mill-privat wara li jiġu segwiti il-proċeduri normali.
Leg 9 PQ #27290 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Residential Units

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għal bini ta' residential units ġodda l-Awtoritaż ta' l-Ippjanar fil-perjodu bejn Gunju 2000 sa Gunju 2001? Kemm ġew approvati residential units mill-Awtorita' fl-istess perjodu? Kemm irċeviet applikazzjonijiet simili l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-istess perjodu sena qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- fil-perijodu Ġunju 2000 sa Mejju 2001, l-Awtorita` irċeviet 1,567 applikazzjoni għal bini ta` residential units . Tagħrif għal Ġunju 2001 mhux komplut. mhux possibli għalissa li wieħed jgħid kemm eżattament kien hemm residential units peress li, meta tidħol applikazzjoni, it-tagħrif li jiġi mdaħħal fis-sistema kompjuterizzata ma jinkludix in-numru ta` residential units li jkun hemm fl-applikazzjoni għal bini residenzjali. Sadanittant għaddej eżerċizzju sabiex ikun kalkulat dan l-ammont bħala parti mill-istudji għar-reviżjoni tal-Pjan ta` Struttura. matul il-perijodu Ġunju 1999 sa Mejju 2000, l-Awtorita` irċeviet 939 applikazzjoni għal bini ta` residential units .
Leg 9 PQ #27193 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Nazzjonalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati barra minn Malta matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? Ta' liema nazzjonalita kienu dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel xhur ta` din is-sena ġew deportati 145 persuni barra minn Malta, filwaqt li n-nazzjonalita` tagħhom kienet kif ġej:- Bulgara, Bangladesh, Ċiniża, Eġġizjana, Ġermaniża, Ġordaniża, Lebaniża, Libjana, Marokkina, Palestinjana, Peruvjana, Philippina, Rumena, Russa, Sirjana, Sudaniża, Tuneżina, Ukrajina u Jugoslava.
Leg 9 PQ #26835 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Permessi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25844, jista' l-Ministru jindaga jekk il-fond imsemmi mhux biss l-ewwel kamra qed tintuża bħala ħanut imma l-fond kollu kemm hu, u eventwalment jekk jirriżulta hekk jieħu l-passi meħtieġa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha li rrifera għalihom bid-data ta' meta dawn inħarġu? Is-sid tal-fond imsemmi għandu l-permessi meħtieġa biex joħroġ fuq barra u fuq il-bankina l-prodotti li jbigħ? Jista' jgħid għandux permess ukoll biex ibigħ il-furniture (mhux qiegħed nirriferi għall-garden furniture)? Peress li jirriżultali li minflok l-ewwel kamra biss qiegħda tintuża bħala ħanut (kif wara kollox jingħad f'mistoqsija parlamentari nru. 25844) imma l-fond kollu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kontijiet tad-dawl, ilma u telephone humiex jitħallsu b'rati kummerċjali? (PQ waslet 20/6/2001)

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena diġa` tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25844. Rigward l-applikazzjoni PA 350/01, ninsab infurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi din l-applikazzjoni, qed tistenna li tkun determinata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp. Minn naħa tal-Pulizija ninsab infurmat illi l-ewwel kamra tal-post imsemmi mill-Onor. Interpellant qed tintuża bħala ħanut, filwaqt li l-kumplament tal-post jintuża` bħala store ta` merkanzija relatata mal-liċenzja, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jidher minn din il-kopja tal-liċenzja, waħda mill-kundizzjonijiet hija li ma titpoġġiex merkanzija barra mill-post. Din il-liċenzja tkopri wkoll bejgħ ta` 'loose furniture'. Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-aħħar parti ta` din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #27183 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Zoni Ristretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' sajd illegali bil-partit f'zoni ristretti kienu irrapurtati lill-pulizija f'dawn l-aħħar sentejn? Liema kienu dawn iz-zoni ristretti u x'passi ttieħdu bil-liġi f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra u din is-sena sat-30 ta` Ġunju 2001 kien hemm 4 każi ta` sajd illegali bil-parit f`żoni ristretti rapportati lil pulizija fejn tressqu 6 persuni l-Qorti. Dawn kienu kif ġej: - Distrett tal-Pulizija Rapporti ta` sajd illegali bil-parit Żoni ristretti Riżultat tal-każ Dist. 8 1 Baħar iċ-Ċagħaq Sub Judice Dist. 9 2 3 mili mill-Aħrax tal-Mellieħa Plieri fl-inħawi tal-Marfa Sub Judice Sub Judice Prot/Serv (A.L.E.) 1 M`Xlokk Harbour M`Xlokk Harbour M`Xlokk Harbour Sub Judice Sub Judice Sub Judice TOTAL 4
Leg 9 PQ #27185 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li r-residenti ta' Triq l-Inkurunazzjoni l-Mosta jilmentaw li ma jistgħux jipparkjaw wara djarhom minħabba skomdu ta' stabbiliment li hemm fl-inħawi, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u l-possibilta li jsiru arranġament sabiex jitteffa l-inkonvenjent tar-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex tassigura li ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #27252 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Moħqrija ta' l-Animali

Question

Fid-dawl ta' rapporti li dehru fuq gazzetti lokali fosthom The Malta Independent tal-Ħamis, 5 ta' Lulju, paġna 1, dwar tfajjel li ittortura kelb billi ħarqu ħaj bi blow lamp, mingħajr ma jiżvela l-indentita' ta' dan it-tfajjel, jista' l-Ministru: 1. Jikkonferma jekk il-pulizija tal-lokal sarilhomx rapport dwar dan l-att ta' moħrija mill-aktar krudili? 2. Jekk iva, meta sar dan ir-rapport u meta deher fl-okkorenza? 3. X'passi ttieħdu? Ġew interrogati u/jew arrestati nies u x'kien l-eżitu 4. Tressaq jew hemm il-ħsieb li jitressaq xi ħadd l-qorti? 5. Saru xi rapport qabel fl-għassa tal-lokal dan l-inċident dwar dan it-tfajjel kif irraporta l-istess gurnal li dan t-tfajjel li kien involut f'atti oħra ta' moħqrija fuq l-animali u saħasitra theddid ta' tfal oħra? 6. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija nru. 5 hija iva, meta saru dawn ir-rapporti? 7. Fid-dawl ta' l-investigazzjonijiet tagħha, il-pulizija ħasset il-bżonn li tivverifika fejn jattendi skola dan it-tfajjel biex tara jekk imurx regolarment u jekk aktar importanti, hux diġa qed jirċievi xi għajnuna minn xi psikologu? 8. Billi dan il-każ ta' moħqrija mill-aktar krudili fuq kelb qajjem ferment fost bosta nies speċjalment fost dawk li jħobbu l-annimali u fost il-media lokali, jista' l-Ministru gentilment iwieġeb id-domandi waħda waħda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li:- Il-Pulizija tad-distrett nru. 2 daħħlilhom rapport dwar moħqrija fuq kelb fis-Siġġiewi nhar it-2 ta` Lulju, 2001. Ir-rapport sar lill-Pulizija fit-2 ta` Lulju, 2001, għall-ħabta tat-3.00pm u daħlet okkorenza dakinhar stess. Il-Pulizija tad-distrett marret fuq il-post ta` l-inċident fis-Siggiewi u investigat dan ir-rapport. Fuq dan l-inċident ġew mistħarrġa immedjatament tifel ta` 14-il sena u ieħor ta` 18-il sena. Saru anke tfittxijiet fir-residenza, garage u ġo vettura iżda dan ma rriżulta xejn fil-pożittiv. Ser jitressqu żewġ persuni l-Qorti, tifel ta` 14-il sena u ieħor ta` 18-il sena. Dawn ser jitressqu mas-seduta tas-Siġġiewi. Ma sarux rapporti oħra qabel dan l-inċident fuq moħqrija fuq annimali fid-distrett nru. 2. L-investigazzjonijiet għadhom sejrin u dan it-tifel ta` 14-il sena ser jiġi mistħarreġ aktar mill-Pulizija flimkien ma` Social Workers mqabbda mill- Education Department qabel il-każ jiġi trattat fil-Qorti.
Leg 9 PQ #27261 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet differenti ta' dawk li jinsabu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' Maltija? X'inhu l-livell skolastiku u l-kwalifiki edukattivi li għandhom, każ każ, il-persuni ta' nazzjonalita' Maltija miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-etajiet ta` dawk li jinsabu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif turi t-Tabella. Minn ħmistax sa tmintax-il sena 5 Minn dsatax sa wieħed u għoxrin sena 6 Minn 22 sena sa ħamsa u għoxrin sena 19 Minn 26 sena sa tletin sena 38 Minn wieħed u tletin sena sa ħamsa u tletin sena 31 Minn sitta u tletin sena sa erbejn sena 29 Minn wieħed u erbgħin sa ħamsin sena 30 Minn wieħed u ħamsin sa sittin sena 16 Minn wieħed u sittin sena u aktar 4 Ninsab infurmat ukoll li minn Lulju tas-sena 2000, kull persuna li tidħol fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin bdiet timla` formola dwar il-livell akademiku tagħha. Sal-lum imtlew 151 rapport, li juri li 77 persuna jafu jaqraw u jiktbu. Fost dawn hemm 10 li ddikjaraw li għandhom xi 'O' Levels u 'A' Levels. Il-kumplament u ċioe` 74 persuna ddikjaraw li ma jafux jiktbu jew jaqraw.