Jista' l-Ministru jinvestiga lmenti li rċevejt dwar il-kap ta' l-iskola primarja ta' lokalita', li d-dettalji dwarha qed jintbagħat separatament, dwar l-atteġġjament tagħha ma' ċerti ġenituri li skond huma din l-istess kap qed tkun arroganti magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Investigajt u jirrizulta li mhi xejn kwestjoni ta' arroganza. Informat li din il-ġenitur riedet tgħaddi minn bieb u mhux minn ieħor biex l-attivita' tkun tista' timxi bl-ordni l-ġenituri kollha kienu nfurmati permezz ta' nota minn fejn kellhom jidħlu t-tfal.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ilment li tqajjem mill-ġenituri li uliedhom jattendu fi skola li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'ittra datata 12 ta' Marzu li kopja tagħha ntbagħtet ukoll lilu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-każ qed jiġi trattat mill-iSchool Psychology Services billi ġie maħdum programm għall-modifikazzjoni fl-imġieba. Maż-żmien hu maħsub li jkun hemm integrazzjoni gradwali lura lejn il-klassi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24306 u jgħid minn min hu magħmul il-bord li jmexxi l-Malta University Services? Jista' jgħid ukoll jekk dawn jitħallsux jew għandhomx xi allowances? Jekk iva, x'inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirriferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24666.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24615 u 24215 u jgħid kemm flus jintnefqu fis-sena fix-xiri ta' kotba ġodda għall-Bibljoteka ta' l-Universita'? Sodisfatt il-Ministru bl-ammont ta' flus li jintnefqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta flus li ntefqu fuq xiri ta' kotba ġodda matul dawn l-aħħar 6 snin kien hekk:
Sena Ammont
Lm
2001 147,738
2002 75,554
2003 81,779
2004 61,643
2005 111,759
2006 311,343.
Jista' l-Ministru jgħid x'futur hemm għall-iskola Vincenzo Bugeja? Jekk se tagħlaq x'użu se jsir mill-għalliema u mill-bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola Vincenzo Bugeja ser tingħalaq biex tiġi immodernizzata. Wara li jitlesta x-xogħol, l-iskola terġa tibda tintuza. L-għalliema ser japplikaw għal trasferiment għal skola oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-assenteiżmu fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi primarji u sekondarji? Jista' jagħti wkoll informazzjoni f'liema skejjel kien hemm persentaġġ għoli ta' assenteiżmu? X'passi konkreti qed jittieħdu fil-konfront ta' studenti li qed ikunu assenti b'mod regolari?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx boroż ta' studju tal-Gvern Malti li studenti Maltin jistgħu japplikaw għalihom sabiex jagħmlu Masters fl-Inġinerija ġewwa Universita' fl-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti Maltin li huma eliġibbli biex japplikaw għal Malta Government Scholarship Scheme, jistgħu jagħżlu liema suġġett jixtiequ jistudjaw inkluż l-Inġinerija f'kull Universita' rikonoxxuta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jgħid kemm ilhom jirreġistraw u għal liema mpjieg qed jirreġistraw?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-resitstas-SEC u l-MATSEC ma jsirux il-listening comprehensionu l-orali għal dawk li jeħlu minn dawn is-suġġetti fl-eżamijiet li jkunu saru f'Mejju? Huwa minnu li għar-resitsjgħoddu l-marki li jkunu ġabu fl-eżamijiet oriġinali? Jekk iva, ma jaħsibx li dan jista' ikun ta' dannu għall-istudent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fir-resits ta' l-ezamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-listening comprehension u l-orali ma jsirux minħabba l-ftit zmien li hemm bejn ir-reġistrazzjoni għar-resits u l-ħruġ tar-rizultati qabel l-aħħar ta' Settembru. F'dan iz-zmien iridu jsiru t-tħejjijiet u l-proċessi kollha meħtieġa biex isiru r-resits fl-ezamijiet tal-kitba f'sitt suġġetti fil-livell tas-SEC u mal-ħamsin suġġett taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u fl-istess ħin issir ir-revizjoni tal-karti tas-suġġetti kollha. Dawn it-tħejjijiet u l-proċessi huma spjegati fid-dettal fir-Rapport dwar il-MATSEC maħruġ mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi f'Ottubru 2005.
Minflok ir-resits, il-Bord tal-MATSEC jgħodd il-marki tal-listening comprehension u ta' l-orali li l-kandidati jkunu ġabu f'Mejju. Dan jixbaħ il-proċess li jsir fir-resits tal-Fizika, tal-Kimika u tal-Bioloġija fil-livell tas-SEC fejn jgħoddu l-marki oriġinali tal-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24306 u jgħid minn min hu magħmul il-bord li jmexxi l-Malta University Services? Jista' jgħid ukoll jekk dawn jitħallsux jew għandhomx xi allowances? Jekk iva, x'inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Settembru 2006 il-Bord tal-Malta University Services hu kompost minn dawn il-membri:
Professur Juanito Camilleri
Professur Andrew Muscat
Mr Peter Baldacchino
Mr Ronnie Attard
Mr Sonny Portelli
Mr Winston Zahra
Ing. Philip Micallef
Informat ukoll li ħadd mill-membri tal-Bord ma jitħallas jew jieħu xi allowance. Hemm it-tradizzjoni li meta l-kumpanija tagħmel profitt, il-membri jitħallsu Lm500 kull wieħed, izda din ma tapplikax għar-rettur.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kienx hemm rapporti ta' fastidju (harassment) minn staff fl-iskejjel? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji rilevanti u jgħid x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena kien hemm 6 rapporti ta' fastidju (harassment) minn staff. F'kull kas ittieħdu l-passi meħtieġa. Mhux prudenti li wieħed jagħti d-dettalji.
Jikkonferma l-Ministru li ġie mpjegat għalliem tad-dramafl-iskola ta' l-Isla li m'għandux warrant biex jgħallem? Kien hemm xi talbiex mill-MUT biex jitneħħa dan l-għalliem? X'passi se jittieħdu peress li jidher li qed tinkiser il-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma ġie impjegat ebda għalliem tad-drama fl-iskola ta' l-Isla. Il-persuna konċernata kienet tqabbdet minn bank kummerċjali wara ftehim ma' l-iskola biex fil-prezenza ta' l-għalliem tal-klassi tizviluppa proġett dwar self-esteem. Il-fond soċjali tal-bank intuza għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jara li b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23699, fejn fiha tajt is-suġġeriment biex refereetal-waterpolo tissemma xi tifkira għalih, hu possibbli li tissemma waħda mis-swali tal-pixxina nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
M'hemm xejn ġdid x'inzid aktar mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23699.
Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-iskejjel li ttieħdet azzjoni kontrihom għaliex kienu qed ibiegħu ikel u xorb li mhux meqjus bħala tajjab għas-saħħa tat-tfal u dan matul din is-sena skolastika? Japprezza l-Ministru li għandhom isiru spezzjonijiet regolari fl-iskejjel kollha liċenzjati anke dawk indipendenti u tal-knisja biex it-tfal jiġu protetti minn ikel u xorb li jikkontribwixxi għal ħxuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena skolastika ma kien hemm l-ebda rapport minn skejjel ta' l-Istat li kienu qed jinbiegħu ikel u xorb li mhux meqjusa bħala tajbin għas-saħħa tat-tfal.
Divizjoni ta' l-Edukazzjoni — Tagħlim dwar l-ikel u x-xorb
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex igħallem l-istudenti dwar il-ħsara li ssir minn ċertu ikel u xorb? Isiru laqgħat għall-ġenituri b'mod regolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħlim dwar il-ħarsien tas-saħħa u l-'ħsara li ssir minn ċertu ikel u xorb' isir fil-firxa wiesa' tas-suġġetti, bl-izjed mod partikolari waqt it-tagħlim tal-Physical Education, PSD u l-Home Economics. Kull sforz isir sabiex l-istudenti tagħna jakkwistaw tagħrif kif ukoll ħiliet u attitudnijiet biex ikunu kapaċi jagħmlu l-aħjar għazliet.
It-tagħlim tal-Home Economics jiffoka prinċipalment fuq is-Saħħa, l-Ikel u n-Nutriment. It-tagħlim jinkludi wkoll esperjenzi prattiċi fil-Laboratorji ta' l-Ikel billi l-istudenti jħejju ikliet marbuta mal-Linji Gwida tad-Dieta u Ikel, hekk kif imfissra mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), inkluz is-CINDI FOOD PYRAMID.
Fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu, hemm ukoll il-Home Economics Seminar Centre (HESC) li jmexxi seminars għat-tfal ta' l-iskejjel primarji u sekondarji (ta' l-Istat, Knisja u Indipendenti). Il-ġenituri tat-tfal ikunu mistiedna mat-tfal sabiex jipparteċipaw fi programmi separati fuq is-Saħħa, l-Ikel u n-Nutriment.
Minbarra hekk, l-għalliema ta' dan iċ-Ċentru jzuru l-iskejjel u jagħtu taħditiet lit-tfal, lill-għalliema u lill-ġenituri. Jagħtu wkoll gwida u sapport professjonali fit-tfassil u fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet fl-iskejjel li huma marbuta ma' l-istess tema.
Jezisti wkoll ko-ordinament mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa sabiex Uffiċjali minn dan id-Dipartiment jagħtu wkoll taħditiet lill-ġenituri.
Informat ukoll fil-futur qrib id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ser toħroġ dokument fejn jitlob l-impenn serju ta' kull skola għat-tfassil u tħaddim ta' Food & Beverage Policy. Il-mira ta' dan għandu jolqot bl-izjed mod effettiv u effikaċi l-klima u l-prattika f'kull skola li tħares saħħet l-istudenti. Saħansitra jinkludi wkoll bl-izjed mod komprensiv parametri ċari rigward l-ikel u x-xorb li jgħin iħares is-saħħa tat-tfal u l-istudenti tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika li turi kemm hemm tfal tal-eta' skolastika li huma ħoxnin aktar milli suppost? Jekk iva, jista' jgħid kemm mill-popolazzjoni skolastika għandhom din il-problema u ta' liema etajiet huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirrizultalix li hu kompitu ta' l-iskejjel jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati ċertifikati fit-tul ta' tobba biex tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat ma jagħmlux sports fl-iskejjel? Kemm kienu minħabba mard kroniku? Kemm kienu fil-primarji u kemm fis-sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Ċertifikati fit-tul ta' tobba Kemm minnhom
biex tfal ma jagħmlux sports minħabba mard
kroniku
Skejjel Primarji 5 4
Skejjel Sekondarji 30 7
Total 35 11
Jista' l-Ministru jgħid flimkien mal-Ministeru ta' l-Ambjent x'inhu jsir fl-iskejjel f'din is-sena skolastika biex it-tfal jiġu nkoraġġiti jibżgħu għall-ambjent? Jista' jgħid jekk l-iskejjel individwali għandhomx proġetti ta' tħawwil ta' siġar, kura ta' pjanti, eċċ? Jekk iva, liema huma dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tfal kollha fl-iskejjel huma dejjem imħarrġa mill-għalliema tagħhom biex jagħtu prijorita' lill-ħarsien ta' l-ambjent. Dan isir sew bil-proġett EKOSKOLA kif ukoll billi t-tfal jitgħallmu l-parti tagħhom għall-ħarsien u tisħiħ ta' l-ambjent, kemm b'mod formali kif ukoll informali. Isiru kampanji ta' riċiklaġġ u ħarġiet fil-kampanja filwaqt li jsir tagħlim fuq il-ħlejjaq li jagħmlu parti mill-ambjent naturali u l-ekosistemi li għandna madwarna.
L-skejjel individwali huma mħeġġa biex jieħdu ħsieb l-ambjent tagħhom u jaraw li jkollhom siġar maltin imħawwla fil-ġonna ħalli b'hekk it-tfal ikunu jistgħu jaraw ezemplari ta' siġar indiġeni ta' pajjizna. Fejn jidħlu siġar, il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel ilu għal dawn l-aħħar snin iħeġġeġ lill-iskejjel biex iħawwlu s-siġar nazzjonali ta' Malta, l-Għargħar, kif ukoll ix-xitla nazzjonali, Widnet il-Baħar, fil-ġonna tagħhom.
Barra minn hekk, f'Jannar tiġi ċelebrata l-Ġimgħa Masġara u Jum is-Siġar (16 ta' Jannar). Jiġu organizzati mixjiet fl-imsaġar tagħna ħalli t-tfal jitgħallmu japprezzaw aħjar il-wirt masġar Malti u l-bzonn li jitħawwlu ħafna aktar siġar f'pajjizna ħalli jkun hemm msaġar mill-ġdid.
Bħalissa għaddejjin taħditiet bejn il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel, il-Birdlife, il-Parks u Din l-Art Ħelwa. ħalli l-iskejjel ikollhom opportunita' jzuru l-Proġett tal-Foresta 2000 fil-Mellieħa.
L-iskejjel ġew imħeġġa wkoll biex jisponsorjaw siġar fil-Kampanja Siġra Għalik (Tree 4U).
Dan kollu qiegħed isir barra kull attivita' oħra li qiegħdha titwettaq minn skejjel u għalliema individwali biex it-tfal jipparteċipaw fil-ħidma favur l-ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tad-dawl u l-ilma fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta u Għawdex separatament matul l-2006?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa globali matul l-2006 għad-dawl u l-ilma fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta kienet ta' Lm369,818.16ċ.
Informat ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel f'Għawdex jitħallsu mill-vot tal-Ministeru għall-Għawdex.