Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma:
Fondazzjoni Patrimonju Malti
Heritage Malta
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreativita' ta' San Ġakbu
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
Manoel Theatre Management Committee
Malta Song Board
Malta Tourism Authority
Enforcement Directorate
National Festivities Committee
Nationa Folklore Commission
Orkestra Nazzjonali
Committe of Guarantee
Bord tal-Warrant tar-Restawri
Tourism Appeals Board
Regatta Commission
Soċjeta ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ
Superintendence of Cultural Heritage
L-entitajiet li jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali huma kif ġej:
Entita
Avukati
Ħlas
MTA
Grech Vella Hyzler & Tortell
retainer fee ta' Lm 375 fix-xahar + ħlas
ad hoc
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Dr Richard Sladden
ad hoc
Orkestra Nazzjonali
Dr Andrew Borg Cardona
ma hemmx rata ta' ħlas stabbilita fis-sena
Teatru Manoel
Dr Robert Tufigno
f'każijiet ta' kawżi legali
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
skond in-natura tal-kawża
ħlas
ad hoc
Heritage Malta
Dr Patrick Valentino
retainer fee ta' Lm 2880 fis sena
Heritage Malta
Dr Andrew Borg Cardona
case by case basis - Lm 555
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13518 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13347, x'reklamar sar fuq gazzetti Ingliżi għall-perijodu Jannar/Lulju 2005 mill-awtorita' Maltija għat-turiżmu? Kemm ġew iqumu f'kull każ, meta saru, fuq liema gazzetti saru u jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-reklami fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlementari Nru. 16427.
Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16427.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bil-kundizzjonijiet imposti fuq l-organizzaturi tal-party ta’ lejliet l-ewwel tas-sena f’Dar il-Mediterran u jekk l-istess kundizzjonijiet kenux kollha esegwiti? Kif jista’ ikun żgur minn dan? Peress li dan huwa post pubbliku, jista’ jgħid jekk kienx hemm ukoll uffiċjali ta’ Dar il-Mediterran li kienu inkarigati li jkunu hemm waqt il-party biex jaraw li kollox jimxi kif suppost?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma nħossx li jkun etiku li nesprimi opinjoni personali tiegħi kif mitlub mill-Onor. Interpellant fuq din l-attività, meta għaddejja Inkjesta Maġisterjali.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan tal-perit dwar kif kienet se tintuża s-sala u partijiet oħra ta’ Dar il-Mediterran waqt il-
party
ta’ lejliet l-ewwel tas-sena u li kienet waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuq l-organizzaturi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma nħossx li għandha tingħata.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16264.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati ġodda tul is-sena 2005 mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu huma kif ġej:
Entita`
Numru ta' Impjegati Ġodda
Grad
MTA
1
Executive Chairman
MTA
1
Procurement Manager
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
1
Advisor - EU Matters
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura
1
Advisor - Academy of Music
Teatru Manoel
1
General Manager
St James Cavalier
3
Art Animators
St James Cavalier
10
Guest Relations Officers (part time)
Heritage Malta
14
Front Office Assistants
Heritage Malta
3
Executives
Heritage Malta
1
Conservator
Heritage Malta
1
Data Collator Technician
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16270 fejn tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kienet in-nefqa fuq gazzetti minn uffiċjali fil-ministeru u d-dekasteri tiegħu, jista' il-Ministru jgħid kif in-nefqa minn ċertu uffiċjali hija Lm64.92 aktar minn ta' l-uffiċjali oħra (Marzu 2004) apparti li ta' xhur oħra fejn bħal Marzu 2004 hemm diskrepanza kbira bejn in-nefqa ta' l-uffiċjali? Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' liema gazzetti nxtraw u kemm inxtraw kopji ta' kull gazzetta bil-flus minfuqa xahar b'xahar matul l-2004 u l-2005 mill-communications coordinator?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Communications Co-ordinator jixtri żewġ settijiet tal-gazzetti kollha li jiġu ppublikati f'Malta bil-Malti u bl-Ingliż mit-Tnejn sal-Ħadd. Sett ta' gazzetti jinżamm fl-uffiċju tiegħu fejn jiġi analizzat u jinqatgħu dawk il-partijiet mill-gazzetti li jkunu jitrattaw stejjer dwar il-Ministeru, l-awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u kumitati li jaqgħu taħt l-istess Ministeru. Jinqatgħu ukoll stejjer barranin li jittrataw it-turiżmu, il-kultura u xxandir pubbliku. Is-sett l-ieħor idur mas-Segreterija tal-Ministeru u wara jinġieb lura biex jinżamm għal ċertu żmien bħala riferenza.
Sal-2004 il-Communications Co-ordinator kien jixtri wkoll sett gazzetti bl-Ingliż u bil-Malti, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, għall-uffiċju tas-Segretarju Permanenti.
Jista’ il-Ministru jikkonsidra li jitwaqqaf mużew ta' l-istorja politika ta' Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mużew ta’ l-istorja politika diġa kien jeżisti. Infetaħ fl-1981 fil-Berġa ta’ Franza fil-Birgu, iżda qatt ma laħaq il-livell mixtieq u kien ukoll l-inqas mużew iffrekwentat min-nies mill-mużewijiet kollha. Fil-fatt ingħalaq sitt snin wara, fl-1987.
L-istorja politika ta’ Malta għandha tiġi interpretata f’kuntest ġenerali u mhux f’iżolament. Hemm pjan sabiex fil-futur wirja fuq dawn il-linji ġenerali tiġi ppreparata fl-istess Berġa ta’ Franza fil-Birgu.
Jista' il-Ministru jagħti lista sħiħa ta' taxxi u tipi differenti ta' ħlasijiet li huma obbligati jħallsu azjendi turistiċi lill-gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Skeda sħiħa ta' taxxi u tipi differenti ta' ħlasijiet li huma obbligati jħallsu azjendi turistiċi lill-Gvern tinstab fl-Avviż Legali Numru 87 ta' l-2005 - Att dwar Servizzi ta' l-Ivjaġġar u tat-Turiżmu ta' Malta (Kap. 409): Regolamenti ta' l-2005 li jemendaw ir-Regolamenti dwar drittijiet għat-Turiżmu.
Turiżmu u Kultura — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
B'riferenza għall-informazzjoni li ngħatat fi tweġiba parlamentari 16267, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni msemmija fl-ordni tat-tabella li tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16267.
Ma narax l-utilitá li nipprovdi aktar informazzjoni f’dan ir-rigward.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu applikatx għal fondi mill-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu applikat għall-fondi kif ġej hawn taħt:
1)
Fond:
Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali - European Regional Development Fund;
Isem tal-Proġett: Skema għall-Intrapriżi Turistiċi;
Valur tal-Proġett:
Euro 2.5 miljun (35% minn dan il-valur se jiġi kopert b’Fondi Strutturali Ewropej, u 25% b’fondi mill-Gvern Malti, 40% fondi privati);
Skop tal-proġett: Għajnuna lill-Intraprizi turistiċi;
2)
Fond:
Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali - European Regional Development Fund;
Isem tal-Proġett: Tourism Product Improvements Project;
Valur tal-Proġett (eskluza VAT): Euro 1 miljun;
Skop tal-Proġett:
Tisbiħ tat-Telgħa tal-Kurċifiss (Valletta) u Howard Gardens (Mdina);
3)
Fond:
Fond Soċjali Ewropew – European Social Fund;
Isem tal-Proġett:
Tourism and Support Services Training Programmes
;
Valur tal-Proġett (inkluza VAT): Euro 400,000;
Skop tal-Proġett:
Numru tal-korsijiet ta’ taħriġ u
mentoring
għall-intrapriżi turistiċi;
Proġetti finanzjati minn fondi Ewropej li għalihom applikat l-Awtorita’ fis-sena 2005 qegħdin imsemmija fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numru 11105, 12789 u 13944.
Jista' il-Ministru jgħid minn fejn inxtraw il-peregrine falcons li ngħataw lill-Gvern Spanjol dan l-aħħar? Kemm kienu jiswew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għotja ta’ peregrine falcons lill-Gvern Spanjol kienet parti minn ċerimonja biex tfakkar l-475 sena mill-għotja tal-Gżejjer Maltin lill-Kavallieri ta’ San Ġwann mir-Re Karlu ta’ Spanja. Iċ-ċerimonja ġiet organizzata mill-Ambaxxata Maltija fi Spanja u l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti, il-Federazzjoni tal-Falkuni Spanjola, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Ambaxxata Spanjola f’Malta.
Il-falkun li ntuża għal din iċ-ċerimonja simbolika nġieb Malta għall-okkażżjoni mill-Federazzjoni tal-Falkuni Spanjola u ttieħed lura minnha wara ċ-ċerimonja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma kien hemm l-ebda uffiċjal fil-pożizzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant li ma ġġeddilux il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005. Fl-2005 id-Direttur tat-Turiżmu u s-Servizzi Korporattivi nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex u għalhekk qiegħed iservi f’dak il-Ministeru. Fl-istess sena wkoll, id-Direttur (E.U. Affairs, Policy Development and Programme Implementation) ġie boarded out.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol programmat għall-Forti Sant'Anġlu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qed jimpenja ruħu bi sħiħ sabiex il-Forti Sant' Anġlu jiġi preservat għall-ġenerazjonijiet futuri, kif wkoll jitgawda fil-preżent, hekk kif jixraqlu dan il monument ewlieni tal-wirt storiku Malti.
Il-Ministeru qed jieħu varji miżuri sabiex dan ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni tal-Forti Sant' Anġlu jkun jista` jitwettaq.
1.
Se jiġi trasferit l-uffiċju ċentrali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ġewwa sezjoni mill-Forti, li sa ftit ilu kien mitluq u użat bħala sempliċi maħzen. B’din il-miżura il-Gvern qed jassigura li waħda mill-għola istituzzjonijiet kulturali ta’ dan il pajjiz ikollha preżenza permanenti ġewwa il-Forti, u li parti ġdida ta` dan is-sit jinfetaħ regolarment għall-publiku.
2.
Il-Gvern beda wkoll intervent ta’ tindif u restawr tal-Forti, partikolarment f’dawk il-bnadi tal-Forti l-aktar mitluqin u fi stat ta’ konservazjoni ħazina. Dan ix-xogħol jinvolvi:
Tindif tal-Forti minn materjal ta’ skart u ħaxix ħazin. Dan ix-xogħol qed isir bin-nies tal-
Beach Cleaners Section
tad-Dipartiment tat-Turizmu. Sal-lum tneħħew fuq 40 tunellata skart minn ġewwa il-Forti.
Xogħol ta’ Restawr tal-partijiet storiċi tal-Forti. Dan ix-xogħol qed jiġi dirett mill-Unita` tar-Restawr, tad-Divisjoni tax-Xogħolijiet.
Tneħħijja ta’ żidiet moderni, jiġifieri ta’ l-aħħar ħamsin sena, minn ġewwa il-Forti. Ħafna minn dawn iż-żidiet saru fiż-żmien meta il-Forti intuża bħala
hotel
, u huma ta’ dannu u jkerħu l-ambjent ta’ dan is-sit. Fosthom ta` min isemmi it-tneħħija ta' pixxina li kienet inbniet fuq is-swar ta’ din il-Fortizza fis-snin sebgħin.
3.
Ftuħ regolari minn Frar ta’ din is-sena tal-Forti Sant Anglu għall-publiku, permezz ta’ ftehim bejn il-Ministeru ġħat-Turizmu u Kultura, il-konsorzju Kottonera Waterfront Group u l-organizazzjoni non-governativa Fondazjoni Patrimonju Malti. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-viżitaturi ta’ dan is-sit ser jingħatalhom servizz aħjar permezz ta’ gwidi. Il-fondi ġenerati minn din l-inizzjativa se jintużaw esklużivament għall-kura, amministrazzjoni u studju tal-Forti Sant' Anġlu.
Jista' il-Ministru jgħid jirriżultalux li xi tour operators barranin din ix-xitwa ddeċidew li għal xi żmien jieqfu jġibu turisti lejn Malta u Għawdex? Jekk iva, min huma dawn l-operators? Ittieħdu xi passi rimedjali dwar dan? Jekk iva, x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-pulizija jinvestigaw kif jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivit' billi t-trakkijiet kbar u twal in kwestjoni qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; jimblukkaw l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjah ambulanza u skomdu kbir lir-residenti tal-madwar?
Jista' il-Ministru jara li l-ilment ma jiġiex injorat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor interpellant li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u l-Pulizija ma jaqgħux taħt ir-responasabilta' tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Fl-istess ħin nirreferi lill-Onor interpellant għar-risposta mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16059.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu, ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.