Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34257 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Marsa - Ħsarat fl-Arloġġ ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq l-arloġġ ta' l-ilma ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qiegħda tilmenta li dan l-arloġġ huwa difettuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #34258 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Wire Perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jara li l-wire perikoluż quddiem ir-residenza 105 Ninu Cremona Street, Raħal Ġdid jiġi rranġat minħabba l-periklu li jinsab fih u anke peress li dan l-ilment diġa` sar imma ma kien hemm l-ebda żviluppi dwaru?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34280 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun/Żabbar — Triq San Ġużepp - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi, jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex Triq San Ġużepp, Żejtun/Żabbar għadha s'issa mhijiex mixgħula, minkejja li hemm l-arbli u l-istreet lighting? Billi din it-triq tintuża ta' spiss għall-attivita` illeċita, fost l-oħrajn abbuż ta' droga u dumping ta' materjal, possibbli li l-Enemalta tieħu passi biex din it-triq tinxtegħel immedjatament ħalli dan l-abbuż jiġi mrażżan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-parti l-kbira tax-xogħol fit-triq imsemmija huwa lest u għaldaqstant fi żmien mhux il-bogħod għandha tinxtegħel.
Leg 9 PQ #34294 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza quddiem ir-residenza 'Redentur' Triq is-Serkin Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34306 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile Kiosks

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni dwar l-applikazzjoni għall-liċenzji għat-temporary mobile kiosks fil-festi? Jivverifika li skond l-aħħar regolamenti maħruġa mill-gvern hemm min kellu l-ġust u se jibqa' jiġi allokat is-sit li kien jokkupa? Jaf kif u minn min jiġi stabbilit li trabba l-ġust fuq sit partikolari? Jaf li minkejja dawn ir-regolamenti, diversi kunsilli lokali qegħdin jagħżlu/jaċċettaw u joħorġu s-siti on a first come first served basis (skond id-data tal-applikazzjoni tagħhom)? Jaf li qed ikun hemm ħafna skuntentizza minħabba l-loop hole tal-ġust li qed tiġi skartata fil-fatt minn dawn il-kunsilli? Jaħsibx li jkun aktar ġust mal-operaturi ta' dawn il-gabbani li titneħħa din il-loop hole tat-trobbija tal-ġust u jkun hemm għażla bil-polza għal min ikun iteressat li japplika u b'hekk ħadd ma jiġi preferut fuq ħaddieħor?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34308 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tal-ajruplani magħrufa bħala 2 air bus fl-isem ta' Papa u Quebec Tango Sierra (Boeing) Romeo (Boeing) Jekk hux il-każ li dawn ġew mibjugħa lil International Lease Finance Corportation u jekk fl-affermattiv għalfejn qiegħed jingħad illi għadhom għaddejjin it-trattattivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34311 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax l-arblu tad-dawl li hemm qrib ir-residenza Hawk 12, Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann 1156/53 jitpoġġa fuq in-naħa l-oħra tat-triq fuq l-istess naħa ta' l-arbli l-oħra tad-dawl li hemm fl-istess triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34128 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu fl-MIA matul is-sena 2001 u din is-sena? Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u jekk ħarġux sejħiet jew ġew imqabda direttament? Jista' jgħid ukoll jekk humiex part-timers jew full-timers jew xi ħaġ'oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul is-sena 2001 u din is-sena, il-Malta International Airport impjegat tlieta u għoxrin persuna. Dawn kienu mqassmin kif ġej: GRAD 2001 2002 Assistant Administrator 1 - Airport Attendant - 7 Clerk 5 1 Clerk (b'kuntratt) 1 - Customer Service Assistant 1 2 Senior Technician 1 - Technician - 2 TAS 1 - Tradesman 1 - L-ingaġġ sar kollu bl-approvazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ apparti dak tat-TAS li huma parti minn skema ta' apprentistat.
Leg 9 PQ #32400 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li l-Unjoni Ewropea żiedet is-sussidji (export refunds) fuq prodotti magħmula mill-ħalib frisk, bħall-butir, il-ġobon, it-trab tal-ħalib, eċċ., li hija tesporta lejn il-pajjiżi li mhumiex membri tagħha bħal fil-każ ta' Malta fil-mument? Jikkonferma jew jiċħad il-Ministru li l-prezzijiet interni ta' l-Unjoni Ewropea għal dawn il-prodotti fil-mument huma ferm ogħla minn dawk li nsibu f'Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-sistema ta' export refunds applikata mill-Unjoni Ewropea fuq ċerti prodotti agrikoli tvarja skond id-differenza fil-prezz bejn il-produzzjoni ta' dawk il-prodotti fil-pajjiżi membri u s-suq internazzjonali. Għalhekk, fejn dan l-export refund jiżdied, wieħed jista' jieħdu bħala indikazzjoni ta' roħs fil-prezz internazzjonali meta mqabbel ma' dak fl-Unjoni Ewropea. Madanakollu dan il-paragun ma jistax jiġi estiż bl-istess mod għall-każ ta' Malta, għaliex l-importazzjoni f'pajjiżna ta' ħalib u ċerti prodotti derivati minnu hija soġġetta għal levies sinifikattivi.
Leg 9 PQ #34104 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Bieb ir-Ruwa - Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-ilma ġiet sospiża għal madwar ġimgħa fl-inħawi ta' Bieb ir-Ruwa, l/o Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-provvista ta' l-ilma fil-post imsemmi kienet sospiża għal tlitt ijiem u mhux għal "madwar ġimgħa" kif intqal fil-mistoqsija. Din is-sospensjoni kienet dovuta għal xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi tal-Fiddien limiti tar-Rabat.
Leg 9 PQ #34105 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' l-ilma tax-xorb qiegħed jiġi mill-boreholes u nixxijiet meta mqabbel ma' dak prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis, matul din is-sena, kull xahar separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34141 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa Shipbuilding — Delegazzjoni minn St Petersbourg

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta żaret Malta delegazzjoni għolja minn St Petersbourg sabiex tistħarreġ il-possibbilta` ta' ordnijiet għal Marsa Shipbuilding? Kif oriġinat din iż-żjara? Ma' min kellhom taħdidiet f'pajjiżna? X'kien l-eżitu taż-żjara tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta fl-aħħar ġimgħat delegazzjoni minn San Pietruburgu żaret Malta, din kellha diskussjonijiet mal-management tat-tarznari Maltin. Matul dawn id-diskussjonijiet preliminari ġie ttrattat is-suġġett ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. S'issa ma hemm ebda indikazzjoni li r-Russi għandhom il-ħsieb li jibnu xi vapuri f'Malta. Fil-fatt ir-russi huma aktar interessanti f'kooperazzjoni teknika dwar bejgħ u xiri ta' makkinarju, xogħol ta' disinjar, project management u finanzjament ta' proġetti. Dawn id-diskussjonijiet għandhom jitkomplew.
Leg 9 PQ #32392 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trawlers — Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni għamel il-Ministeru wara l-aħħar dikjarazzjonijiet tas-sajjieda sidien tat- trawlers tas-sajd fejn ġie allegat li filwaqt li tirriżulta waqgħa fil- prezzijiet tal-ispeċi tal-ħut li jqabdu u jbiegħu, il-konsumaturi lokali xorta baqgħu jħallsu prezzijiet għoljin għall-ħut frisk? Peress li lili jirriżultali li d-dipartiment tal-fair competition ma ltaqgħax mas-sidien tat- trawlers li pprotestaw dwar din is-sitwazzjoni, jista' l-Ministeru jintervjeni sabiex dawn is-sajjieda jsibu min jagħti każ tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qiegħed jinvestiga ilment li rċieva dwar bejgħ ta' ċertu tip ta' ħut frisk fis-suq lokali.
Leg 9 PQ #32393 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Skalora — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-prezz ta' l-iskalora kważi rdoppja din is-sena? X'kienet ir-raġuni li l-iskalora għoliet daqstant? Kemm ġiet importata skalora matul l-1998, 1999, 2000 u 2001 u kemm kien il-prezz tagħha fis-suq f'dawn is-snin separatament? Kemm, fil-fatt, huwa l-prezz ta' l-iskalora din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn informazzjoni li kisbet id-Diviżjoni għall-Kummerċ, jidher li l-prezz ta' l-iskalora għola b'mod konsiderevoli minħabba skarsezza fis-suq internazzjonali wara li l-produzzjoni dinjija naqset bin-nofs. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni kien dovut prinċipalment għal ħsara li seħħet minħabba urugan (hurricane) li laqat diversi pajjiżi li jipproduċu l-iskalora. Skond ċifri miżmuma mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' skalora importata u l-prezz medju, skond id-Diviżjoni għall-Kummerċ, għal kull sena bejn l-1998 u l-2001 kien hekk: SENA KWANTITA' PREZZ MEDJU F'KILOGRAMMI TA' KULL KILOGRAMM 1998 1,664,569 32c 1999 1,534,051 32c 2000 1,382,821 32c 2001 1,673,521 35c Din is-sena il-prezz medju ta' kilogramm skalora huwa bejn wieħed u ieħor ħamsin ċenteżmu.
Leg 9 PQ #34008 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MISCO/KPMG

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33850, jista' jgħid x'rapporti, stadji u xogħol ieħor li tqabbdu jagħmlu l-kumpanji MISCO u KPMG għall-ministeru, xi dipartiment jew entita' li jaqa' taħt il-ministeru fis-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-snin imsemmija, numru ta' dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi ikkummissjonaw lid-ditti li qed issir riferenza għalihom fil-mistoqsija biex jagħmlu numru ta' rapporti. Dawn ir-rapporti kienu relatati mad-diversi oqsma, fosthom taħriġ għall-impjegati, li fihom joperaw l-entitajiet, preparazzjoni ta' Business Plans kif ukoll preparazzjoni ta' liġijiet speċifiċi bħal Business Promotion Act.
Leg 9 PQ #34080 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Conditions

Question

Could the Minister indicate what sort of trade conditions are being imposed on establishments (such as those operating a copying bureau, book shops and stationers etc.) who do keep and operate machinery or any other type fo copying apparatus that are also capable of reproducing copyright material for commercial purposes? Is the trade licensing unit imposing any conditions so that copyright is protected premises, especially in view of the newly approved copyright act 2000 (section 7 a, c, e, and 9 h,i, legal notice 120/92 and to the constitution of Malta as per article 37 (1) a for the adequate compensation for such use? If these conditions are not being imposed and observed by this unit, then who is responsible for this lack of observance and to see that this right of protection is enjoyed and not abused by such holders? If these establishments had been advised by the unit, then why are they still in abuse (& violation) of copying material without rightsholders' authority?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja inkluża fit-Tieni Skeda tar-Regolamenti tas-sena 2002 tal-Liċenzji tan-Negozju, ġeneralment huma bbażati fuq il-kundizzjonijiet l-aktar importanti u komuni li kien hemm fil-liċenzji li kienu jinħarġu taħt is-sistema ta' qabel. Madanakollu, din il-lista ma' tista' bl-ebda mod, la dirett u lanqas indirett, tinftiehem li teżenta xi attivita' kummerċjali milli jiġu osservati l-kundizzjonijiet u l-provvedimenti ta' xi liġi, regolament jew proċedura amministrattiva oħra li bħalissa tinsab fis-seħħ f'Malta. Peress li l-ikkupjar bla permess ta' materjal għal skopijiet kummerċjali jikkostitwixxi ksur tal-Kodiċi Kriminali, il-liġi tagħti s-saħħa lill-Kummissarju tal-Pulizija jibda proċeduri kontra min jabbuża. Madankollu, il-Pulizija tieħu azzjoni wara li tkun infurmata dwar dan mill-parti jew partijiet li jkunu ħassewhom offiżi b'tali azzjoni.
Leg 9 PQ #34081 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur tas-salinita ta' l-ilma li qiegħed attwalment jiġi ippumpjat mill-boreholes, kull borehole separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34085 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arblu tad-dawl li hemm f'St. Margaret street quddiem id-dar nru. 200 fis-Siġġiewi, jitneħħa peress li f'din il-parti t-triq hi dejqa ħafna u l-arblu joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li l-arblu msemmi qed joħloq xi nkonvenjent.

Żabbar — Triq l-Indivja

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jinvestiga l-ilment ta' numru ta' residenti fi Triq l-Indivja, Żabbar, rigward ħsarat fil-mains ta' l-ilma billi l-ħin kollu hemm ħuġ ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interepellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li fit-toroq Mulett u A G Chesney fix-Xgħajra jiġu stallati bozoz tad-dawl pubbliku aktar adegwati billi jidher li l-post huwa mudlam u hemm xi bozoz li marru u għadhom mhux imsewwija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.