Legislature:
Category:
Reset
Active:

Perit Richard England

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8669 u cioe' jista' jgħid kemm tħallas il-Perit Richard England minn meta beda l-ħidma tiegħu sal-lum fuq il-proġetti ta' St James Cavalier, is-sit tat-Teatru Rjal u l-masterplan għal Bieb il-Belt, bil-pagamenti separatament u bid-data ta' meta tħallas?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8669.

Perit Richard England

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8562 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjali u l-madwar? Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kondizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Public cleansing services department — Ġarr ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hu l-ammont ta' skart li l-public cleansing services department ġarr u neħħa din is-sena minn siti fejn intrema skart kontra l-liġi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-iskart li tneħħa din is-sena minn siti fejn jintrema skart kontra l-ligi jammonta għal: Tunnellati Jannar 1,966.05 Frar 1,349.66 Marzu 372.62 April 551.32 Mejju 471.22 Ġunju 857.34 Lulju 149.12 Total 5,717.33 Tunnellati

Public cleansing services department — Rapporti dwar rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati/rapporti fuq il-freephone (tal-public cleansing services department) imniedi sabiex jiġi rappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtorizzati u għalhekk mormi llegalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' telefonati/rapporti li daħlu fuq il-freephone tal-Public Cleansing Services Department sabiex jiġi rrappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtoriżżati huwa kif ġej:- Freephone E-mails Faxes Mejju 34 6 4 Ġunju 31 19 0 Lulju 38 13 3 Total 103 38 7

Perit Richard England

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas il-Perit Richard England minn meta beda l-ħidma tiegħu sal-lum fuq il-proġetti ta' St James Cavalier, is-sit tat-Teatru Rjal u l-masterplan għal Bieb il-Belt, bil-pagamenti separatament u bid-data ta' meta tħallas?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Tas-Sliema — Paviment ta' Għar id-Dud

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk hemmx xi ħsieb li l-paviment ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema, speċjalment fil-parti tax-Chalet, jinbidel u jsir wieħed iktar modern u attraenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4143.

Dipartiment tax-xogħlijiet — Acting securities

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li qed jagħmluha ta' acting security mad-dipartiment tax-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Rigward il-persuni li qed jagħmluha ta' acting security mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, jien infurmat li l-Ministeru qed jikkunsidra l-pożizzjoni tagħhom, peress li dan l-aħħar ġie finaliżżat il-proċess ta' apuntament ta' security guards.

Riżorsi u Infrastruttura — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kif jidher hawn taħt matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien hemm 22 serqa ta' oġġett li ġew irrappurtati li saru fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, kif ukoll minn fuq proġetti tal-Ministeru:- ITEM QUANTITY PC Tower 1 Digital Camera 1 Moulds (li bihom isiru testijiet tal-konkrit) 4 Roll Chain Fence 1 Galvanized Pipe 1 Batteriji 10 Diesel 340 Litri Electric Grass Cutter 1 Shovels 2 Spade 1 Notebook Computer (nominal value) 1 Generator 1 Għodda traffic barriers, signal lights, hollow section, safety lights, safety cones and large barriers. Suction Pumps (unserviceable) 3 Air-compressor (unserviceable) 1 Fire Extinguishers (unserviceable) 2 Steam Cleaner (unserviceable) 1 Dawn l-oġġetti misruqa jammontaw għal valur globali ta' Lm2,572.55c.

Marsa Garage — Technical Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mir-riżultati għal technical officer għas-sejħa għal promotion li kienet saret fil-Marsa garage f'Marzu 2003 (Ref: MPO173/2001)

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjonijiet ġew konklużi. Il-Bord tal-Għażla qiegħed jiffinaliżża r-rapport tiegħu skond ir-riżultati ta' l-intervista sabiex jissottomettieh lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.

Marsa sports ground — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fil-Marsa sports ground minħabba li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir lill-għaqdiet li jużaw dawn il-faċilitajiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet ta' twessiegħ tal-Korsa ta' l-ilma f'din iż-żona waslu fl-aħħar fażi, jonqos biss it-twaqqiegħ ta' pont u bini mill-ġdid ta' l-istess pont b'wiesa' li jaqbel mal-kanal. Dan ix-xogħol ġie ppjanat biex jinbeda wara l-logħba nternazzjonali tar-rugby tas-6 ta' Novembru 2004 biex ix-xogħol fuq dan is-sit ma jfixkielx il-parteċipazzjoni tal-pubbliku għal din l-okkażjoni.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' transfers li ngħataw fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sa llum huwa tnejn u għoxrin (22). Dawn it-transfers seħħew skond l-esiġenzi tas-servizz jew fuq talba ta' l-individwi nfushom.

Belt Valletta — Underground car park f'Misraħ San Ġorġ

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid fiex wasal il-proġett li jkun hemm underground car park f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta ta' underground car park f'Misraħ San Ġorġ tikkonċerna Ministeru ieħor u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bormla — Masġar taħt l-iskola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7440 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa bis-serjeta' sabiex l-area (masġar żgħir) taħt l-iskola primarja ta' Bormla tingħata dehra aħjar? X'inhi r-raġuni li latrina fl-istess area tkissret snin ilu sabiex illum saret miżbla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-masġar li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jifforma parti mill-proġett tal-Pjazza Santa Margerita. Dan il-masġar kien ġie ddentifikat bħala s-sit il-ġdid tal-pitch tal-boċċi u l-clubhouse tal-ground li jinsab quddiem l-iskola. Ix-xoghlijiet fuq dawn l-istrutturi kienu nbdew, pero' twaqqfu wara li dan l-istess sit ġie ddentifikat għal parkeġġ taħt l-art in konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera. Filwaqt li jien infurmat li l-permessi neċessarji għal dan il-parkeġġ inħarġu mill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, l-eżekuzzjoni ta' dan l-istess parkeġġ taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' Ministeru ieħor.

Pubblikazzjoni "ONSITE"

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "ONSITE"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja. Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667). Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE. It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:- madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa; il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub; madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs; 100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC il-kumplament jiġi mqassam bil-posta, unaddressed , f'lokalitajiet differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.

Pubblikazzjoni "Insite"

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għal pubblikazzjoni ta' "Insite"? Kemm hu n-numru li jiġi ipprintjat u lil min titqassam din il-pubblikazzjoni? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar ħarġa ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża għall-pubblikazzjoni tal-magazine ONSITE hija ta' Lm1325, VAT inkluż, għal kull ħarġa li tkopri 10,000 kopja. Dan il-magazine ġie ntrodott fl-1997 u kien maħruġ għall-ewwel darba, taħt l-isem APEX, f'Ġunju ta' l-istess sena u ġew stampati 7,000 kopja għall-prezz ta' Lm2068.57c, inkluż il-VAT u d-disinn tal-magazine (Lm667). Fl-2001 ġie mibdul is-set-up tal-magazine kif ukoll l-isem li beda jissejjaħ ONSITE. It-tqassim isir bis-servizz tal-Maltapost kif imsemmi hawn taħt:- madwar 300 abbonat minn madwar Malta u Għawdex permezz tal-kupun stampat f'kull ħarġa; il-Kunsilli Lokali kollha u madwar 50 kopja addizzjonali oħra f'Kunsilli fejn mitlub; madwar 200 kopja mqassma fil-Ministeri kollha u diversi Dipartimenti tal-Gvern u NGOs; 100 kopja jinżammu fil-librerija tal-BICC il-kumplament jiġi mqassam bil-posta, unaddressed , f'lokalitajiet differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftit kopji ta' l-aħħar magazine Onsite, Nru. 14.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kien hemm proġett wieħed, dak tal-Malta Resources Authority li ġie sottomess minn dan il-Ministeru għal fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-fondi kienu ta' Transition Facility 2004 Programme. Il-proġett qed jiġi kkunsidrat.

Għajn Tuffieħa — Tifel involut f'inċident

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara f'Għajn Tuffieħa fit-3 ta' Ottubru 2004 fejn tifel ta' disa' snin weġġa' gravi meta ntlaqat bi blat u ġebel kbir li waqa' fuqu meta kien ma' ommu bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna, huwa veru li din il-parti kienet diġa' spezzjonata mill-perit tal-gvern u ġiet dikjarata bħala perikoluża? Jekk iva, meta saret l-ispezzjoni, minn min u x'kien l-eżitu tal-perit tal-gvern? Saru sinjali li juru li dan il-post kien perikoluż? Fit-3 ta' Ottubru meta sar dan l-inċident kien hemm sinjali biex juru li dan il-post kien perikoluż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispezzjoni li għamlet il-Perit tal-Gvern f'Lulju 2004, kienet qrib il-bajja tal-Ġnejna u minn informazzjoni li għandha t-Taqsima tax-Xogħlijiet, ma kienitx fl-istess post ta' l-imsemmi inċident. Fil-post fejn il-Perit tal-Gvern għamlet ir-rapport (fil-15 ta' Lulju 2004) kienet u għada teżisti tabella li turi li hemm periklu ta' ġebel li jista' jaqa' għal isfel. Meta sar dan ir-rapport, dan intbagħat lill-Pulizija għal kull azzjoni li huma jikkunsidraw meħtieġa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika l-post fejn sar l-inċident fit-3 ta' Ottubru 2004 kif ukoll il-post li dwaru sar rapport fil-15 ta' Lulju 2004.

Marsa — RDC department

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-operazzjonijiet tad-dipartiment ta' l-RDC fil-Marsa issa se jiġu trasferiti għal lokalita' oħra? F'liema lokalita' se jittieħed dan id-dipartiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li kienet saret talba mill-Malta Enterprise biex l-art in kwistjoni tiġi mgħoddija lilha għal skopijiet industrijali, u għalhekk hemm il-ħsieb li l-operazzjonijiet tal-Cleansing Services Department jiġu trasferiti f'lokalita' oħra ġewwa Kordin.

Limited Liability Company — Periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-periti li sal-lum huma reġistrati u qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm żewġ tipi ta’ reġistrazzjoni tal-Bord tal-Warrant tal-Periti; dik ta’ perit u dik ta’ Partnership ta’ Periti. Għalhekk Limited Liability Companies ma jistgħux jiġu registrati.

Periti — Board tal-warrant

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-warrant tal-periti? X'inhi l-policy tal-bord tal-warrant tal-periti dwar periti li qed jagħtu s-servizz tagħhom permezz ta' Limited Liability Company?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-membri tal-Bord huma s-segwenti: Dr Ramon Bossignaud Chairman Perit David P Pace Membru Perit Joseph P Falzon Membru Perit Anthony Muscat Membru Perit Paul Camilleri Membru Perit Lawrence Mintoff Membru Perit Anton Valentino Membru Jien infurmat li l-policy tal-Bord hi li r-responsabilta’ professjonali ta’ Perit hi waħda personali, u għalhekk s-servizz ta’ Perit ma jistax jingħata minn Limited Liability Company. Billi din għandha personalita’ ġuridika distinta’ mill-azzjonisti, u hi Limited Liability, r-responsabilta’ personali ta’ Perit fl-e¿erċizzju tal-professjoni tiegħu ma tistax tkun Limited.