Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetittiivita' u Komunikazzjoni — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministeri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza. Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat. Bħalissa, hemm tlett karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi, tnejn minn għand John's Garage bir-rata ta' Lm4.45 kuljum u oħra minn għand Wembley Garage bir-rata ta' Lm135 kull xahar. L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm3,698.

Linji ta' l-ajru barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9082 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm linji ta' l-ajru barranin li joperaw lejn u minn Malta? Jista' jgħid jekk hemmx linji ta' l-ajru ġodda li talbu permess li joperaw lejn u minn Malta? Jekk fl-affermattiv, liema huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 46 linja ta' l-ajru barranija li joperaw lejn u minn Malta. S'issa hemm linja waħda ta' l-ajru ġdida li talbet permess biex topera lejn u minn Malta għas-sajf 2005 u din hija Hello Ltd.

Digital Terrestrial Trials — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk min diġa' għandu liċenzja valida u għandu frekwenza mogħtija lilu anke għal dal li jikkonċerna digital terrestrial trials, hux obbligat jerġa' japplika skond il-call for applications li ħarġet f'Novembru 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li min diġa għandu awtorizzazzjoni u ġie allokat frekwenza għal skop ta' trasmissjoni tad-digital terrestrial television fuq bażi ta' testing mhux obbligat jerġa' japplika skond il-Call for Applications li harġet 23 ta' Novembru 2004.

Persuna li għandha permess ta' fixed hawker

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk huwiex possibbli għal persuna li fuqu għandu l-permess ta' fixed hawker, issa li marad serjament, jistax jaqilbu fuq familjari tiegħu, u jekk iva, hemm xi ħlas li jrid isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-postijiet li hemm fis-swieq tal-Belt Valletta, Marsaxlokk u t-Tokk ir-Rabat Għawdex, jistgħu jiġu trasferiti biss bejn il-mara u r-raġel miżżewġin u bejn il-ġenituri u l-ulied mingħajr ebda ħlas. Il-postijiet li hemm fis-swieq fl-ibliet u rħula oħra f'Malta u Għawdex m'humiex trasferibli u hija l-prerogattiva tal-Kunsilli Lokali biex jitqassmu dawn il-postijiet.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8908 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8886 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna mingħand kumpanniji reġistrati lokalment bħala internet service providers?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna huwa ta' 85,672.

Cruise liners — Cruises

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il cruise beda minn Malta u spiċċa Malta fis-snin 2002, 2003 u din is-sena (sal-lum)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Cruise Liners li oriġinaw minn Malta bejn is-snin 2002 - 2004 huma dawn: Sena 2002 73 Sena 2003 54 Sena 2004 48 (Jannar - Ottubru)

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

"L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidlines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretatjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien ta' Lm4228. Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone".

Stabbilimenti kummerċjali — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali liċenzjati fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop mill-1999 'il hawn, sena b'sena, u x'kien il-ġeneru ta' negozju liċenzjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Bormla — Xogħol mal-moll

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju mal-moll ħdejn il-club tar-Regatta Bormla sabiex ma jibqax daqshekk diffiċli biex ivaraw u jtellgħu l-opri tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tiswijiet ta' l-iskajjel slipways f'Malta u Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment tas-Sajd. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Cruise liners — Passiġġieri li żaru Malta

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkwantifika l-ammont ta' passiġġieri/turisti li ġabu magħhom il-cruise liners li żaru Malta fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' cruise liners u t-total ta' passiġġieri li żaru Malta bejn is-snin 2002 - 2004 huma dawn: Sena Vapuri Passiġġieri 2002 407 357,401 2003 418 389,361 2004 (sa Ottubru) 282 248,371

MMA — Opri tal-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' opri tal-baħar, sajd, eċċ. reġistrati ma' l-MMA matul l-ewwel disa' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tkun inkluża fir-rapport anwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta li dalwaqt ser jiġi mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fid-Dipartimenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili, tat-Telegrafija mingħajr Fili, id-Diviżjoni tal-Kummerċ u d-Diviżjoni tal-Konsumatur m'għandhomx sorsi ta' enerġija kif indikati fid-domanda.

Satellite dishes

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jagħtini n-numru ta' satellite dishes li nbiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qatt ma ntalbet jew inżammet informazzjoni dwar numru ta' Satellite Receivers mibjugħa, għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi mogħtija. Madankollu jirriżulta li fl-2002, 2003 u 2004 kienu reġistrati 6144, 2581 u 181 satelliti rispettivament mill-Wireless Telegraphy.