Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Għassa Swieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jassigura illi l-għassa tas-Swieqi tibda tinfetaħ 24x7, u dan peress qed ikomplu jidħlu l-ilmenti illi minkejja d-diversi inċidenti illi seħħew frekwentament f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-għassa xorta għadha tkun magħluqa f’ħinijiet illi jagħmel tajjeb illi tkun miftuħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li tista tagħmel mistoqsija dwar l-għassa ġewwa s-Swieqi għax kien dan il-Gvern li fetaħ din l-għassa b’kuntrast mall-amministrazzjoni Nazzjonalista li kellha biss wegħdiet. Kif diġa spjegajt drabi oħra, l-għassa tal-Pulizija tas-Swieqi dejjem tkun miftuha 24/7. Jekk hemm xi ħinijiet fejn l-Għassa kienet magħluqa temporanjament, dan ikun riżultat li s-servizzi tal-Pulizija ġewwa l-għassa, ikunu ntalbu f’post ieħor fl-istess lokalità.

Għassa Swieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-għassa tas-Swieqi se jkollha karozza tal-pulizija assenjata magħha, liema karozza ma tkunx shared ma’ lokalitajiet oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 19461.

Vetturi kkonfiskati

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21369 u 21370 fejn ġejt infurmata illi fil-kumpless ta’ St Andrews u fil-Garage tal-Pulizija hemm ‘il fuq minn 400 vettura illi ġew ikkonfiskati jew maqbuda mill-Pulizija, jew kellhom pjanċi barranin jew ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, jista’ l-Ministru jgħid jgħid jekk minn dak in-nhar ‘il hawn inqabdux vettura oħra, u jekk iva, kemm? Jista’ jagħti break down tal-vetturi u jagħti: · Mudell ta’ tali vetturi · Numru tar-reġistrazzjoni ta’ tali vetturi · Data ta’ meta ġew maqbuda · Il-għala ġew maqbuda · Minn liema lokalità ġew maqbuda?

Response (ABELA, CARMELO)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21370, mhux minnu li ntqal li hemm ‘il fuq minn 400 vettura, iżda li hemm kapaċià ta’ madwar 400 vettura. Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2015 sa 19 ta’ Marzu 2016 daħlu dawn is-segwenti vetturi ġewwa il-Kumpless ta’ St. Andrews u dak tal-MT Tal-Pulizija. Perjodu 01/12/2015 - 19/03/2016 MT Floriana 90 St. Andrew’s Compound 35

Forzi Armati ta’ Malta – persuni li temmew 25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numri, flimkien mar-ranks rispettivi ta’ dawk l-uffiċjali u rġiel fil-forza li rtiraw mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li laħqu l-età ta' 55 sena, jew wara li temmew 25 servizz mill-ewwel ħatra tagħhom fil-Forza mill-1990 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — - vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż ressqet persuni l-Qorti akkużati illi kienu qegħdin isuqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan għas-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż ressqet persuni l-Qorti akkużati li kienu qegħdin isuqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni għas-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti — vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fl-2015 illi, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan, instabu ħatja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fl-2015, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni, effettivament instabu ħatja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward sewqan ta’ vetturi mingħajr polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr ma kienu koperti minn polza ta’ assikurazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Korp tal-Pulizija – xogħol part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħux jagħmlu xogħol part-time li ma jkunx relatat max-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-artiklu 9 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) ma jipprojbixxix lill-uffiċjali tal-Pulizija milli jaħdmu xogħol part-time sakemm dawn, minn qabel, ikunu talbu u kisbu permess mill-Kummissarju tal-Pulizija. Uffiċjali tal-Pulizija li jiksru din id-dispożizzjoni tal-liġi jkunu ħatja ta' diżobbedjenza u jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom skont kif stipulat fil-klawsola 3(f) tat-Tielet Skeda tal-istess Att.

Ħabsin – ħidma bi qliegħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin nisa u rġiel li jaħdmu bi qliegħ waqt li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs? Jista’ jgħid x’inhuma l-impjiegi li ngħataw u kemm qed jitħallsu? Kemm hemm ħabsin nisa li kienu qegħdin jaħdmu għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jfiehem x’inhu l-arranġament mal-persuna imsemmija? X’rabta għandu dan l-arranġament mal-fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm u kif ġew imħallsin? Jista’ jgħid min huwa nkarigat biex jissalvagwardja d-drittijiet ta’ dawk il-ħaddiema li jkunu l-ħabs imma jaħdmu? Jista’ jgħid kemm jiswew l-oġġetti kollha li jinsabu għall-bejgħ fil-ħanut tal-ħabs?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm numru konsiderevoli ta’ priġunieri li jingħataw xogħol fil-ħabs stess. Dan in-numru jvarja minn jum għall-ieħor. Il-Priġunieri jagħmlu xogħolijiet li jvarjaw inklu¿ xogħol ta’ tindif, u xogħol ta’ snajja bħal jassistu l-mastrudaxxa, l-electrician u bennejja, xogħol fil-kċina, bakery u stores tal-Faċilità. Dawn jitħalsu skond ir-regolamenti tal-Ħabs. Hemm ukoll priġunieri li jagħmlu xogħol ta’ assemmblaġġ fost oħrajn għal żewġ kumpaniji privati. Dawn jitħalsu b’rati stabiliti skond l-ammont ta’ xogħol li jaħdmu. Ma kien hemm ebda priġunieri jaħdmu għal dik il-persuna li dettalji tagħha ingħataw separatament. Numru ta’ prigunieri ngħataw l-opportunità li jitagħlmu s-sena tal-ħjata tal-purtieri u f’dan il-proċess huma għamlu xi xogħol għal xi dipartimenti tal-Gvern. L-arranġament mal-persuna u l-Fondazzjoni msemmija kien li dawn kienu qed jiffaċilitaw u jimmaniġjaw il-proġett u anke billi għamlu donazzjoniiet ta’ magni tal-ħjata, dawn ma ingħataw l-ebda ħlas. Id-drittijiet tal-priġunieri kollha inklu¿ dawk li jaħdmu, huma imħarsa skond ir-regolamenti tal-Ħabs. Fil-ħabs ma hemmx ħwienet li jbiegħu oġġetti lill-persuni barra l-ħabs.

Distrett ta’ Għawdex – maġġuri tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li fl-aħħar ġimgħat spiċċaw żewġ Maġġuri tal-Pulizija mid-Distrett ta' Għawdex, meta hu ppjanat li dawn jiġu sostitwiti b'Maġġuri oħra, aktar u aktar meta wieħed minn dawn il-Maġġuri li spiċċa kien qabeż Maġġur li huwa stazzjonat Malta u fis-seniority kien jiġi qablu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, wieħed mit-tlett Surġenti Maġġuri li kienu stazzjonati ġewwa Għawdex irtira bil-pensjoni. Ieħor qiegħed bit-‘termination leave’. Infurmat ukoll li malli l-esigenzi tal-Korp hekk jitolbu, sostituzzjoni ta’ dawn l-uffiċċjali tista’ tigi kkunsidrata.