Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mtarfa bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24671 u 24846 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra

VRT test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi għamlu l-VRT matul is-sena 2006 maqsumin skond il-kategorija tal-vettura? Kemm minn dawn il-vetturi fallew it-test? Jista' jagħti l-lista tal-VRT stations u jgħid kemm vetturi fallew it-test tal-VRT f'kull station separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li matul l-2006 kien hemm 117,951 vettura li għamlu t-test inizjali. Dawn kienu jikkonsistu f’107,304 vettura fil-kategorija t-Tieni Klassi (vetturi li l-piż gross tagħhom hu taħt it-3.5 tunnellata) u 10,647 vettura fil-kategorija tat-Tielet Klassi (vetturi li l-piż gross tagġhom u 3.5 tunnellata jew aktar). Kien hemm 14,124-il vettura li m’għaddewx mit-test inizjali. Dawn kienu jikkonsistu fi 12,223 vettura tat-Tieni Klassi u 1,901 vettura tat-Tielet Klassi. Ma nħossx li l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tingħata.

Triq ta' Ħal Far

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' l-aħħar fażi tat-triq ta' Ħal Far li saret permezz tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant tlesta f’Diċembru tal-2006 u bħalissa għaddej xogħol ta’ snag works, verifikazzjoni ta’ numru ta’ testing results u qed jiġu finiliżżati il-final bills tax-xogħlijiet. L-Awtorita tat-Trasport tkun f’pożizzjoni li tikkonferma l-ammont finali tax-xogħlijiet in kwistjoni meta x-xogħol fuq il-final bills imsemmija ikun lest.

San Ġiljan — Triq Alfred Gauci

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk il-linji sofor li hemm fi Triq Alfred Gauci, San Ġiljan humiex bil-permess ta' l-ADT peress li qegħdin jagħtu fastidju kbir lir-residenti? Hemm xi tip ta' arranġament li jista' isir biex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu aħjar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li m'hemm l-ebda approvazzjoni għall-yellow lines li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. It-Taqsima kienet infurmat lil Kunsill Lokali San Ġiljan li tali yellow lines m’għandhomx approvazzjoni fid-19 ta’ Jannar.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23569.

Swieqi — Triq il-Qasam - zebra crossing

Question

Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra li tagħmel zebra crossing fi Triq il-Qasam, Swieqi ftit qabel l-ispiżerija qrib ir-residenza numru 74 minħabba anzjani fl-akwati bi problemi ta' saħħa li jkunu jridu jaqsmu din it-triq traffikuża min-naħa għall-oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport irriżulta li mhux rakkommandabbli li jsir Pedestrian Crossing qrib ir-residenza ta’ numru 74 fi Triq il-Qasam minħabba li :- · M'hemmx biżżejjed viżibilita għal vetturi li ġejjin min naħa tas-Swieqi minħabba l-kisra fit-triq u l- gradient . · Hemm zebra crossing eżistenti f’distanza ta’ 93metru bogħod mill-post li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ispiża fuq kontijiet ta’ mobile phones kienet :- Kera Jannar F’kontijiet tal- mobile phones PABX ( calls Diċembru) ADT Lm 1,362 Lm 818 Minister/Dipartiment Lm 488 Lm 667 Kera Frar F’kontijiet tal- mobile phones PABX ( calls ta’ Jannar) ADT Lm 1,408 Lm1,127 Ministeru/Dipartiment Lm 552 Lm 696 Kera Marzu F’kontijiet tal- mobile phones PABX ( calls ta’ Frar) ADT Lm1,120 Lm1,174 Ministeru/Dipartiment Il-kontijiet tax-xhar ta’ Marzu għadhom ma ntbagħtux Fir-rigward ta’ prepaid top up cards l-ispiża kienet hekk : Jannar Frar Marzu ADT Lm 356 Lm 143 Lm 309 Ministeru/Dipartiment: Lm 10 Lm 10 Lm 10 L-uffiċjali kollha li għandhom mobile tal-Awtorita’ dwar it-Trasport u qegħdin fuq kuntratt għandhom ceiling ta’ Lm30 u Lm50 fix-xahar, jiddependi mill-grad u min-natura tax-xogħol. Dan is- ceiling ġie maqbuż minn xi uffiċjali f’dawn l-ewwel tlett xhur tas-sena kalendarja, bir-raġuni prinċipali tkun l-esiġenzi tax-xogħol. Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment hemm xi uffiċjali li għandhom ceiling ta’ Lm 350 fis-sena fuq il- mobile phone . Għal dan il-perjodu partikolari ma nqabisx dan ic- ceiling meta jiġi kkunsidrat l-ammont pro rata kull xahar.

Ta' Qali — Dawl mal-barriers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex matul il-lejl m’hemm l-ebda dawl mal-barriers li saru biex jagħlqu parti mir-runway f’ Ta’Qali u li b’hekk huma ta’periklu għal min ma jafx bihom? Jista’ jara li din il-ħaġa tiġi rimedjata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann — Bus Shelter

Question

Jista' jsir xi forma ta' bus shelter għan-nies li jkunu qed jistennew fil-bus stopli hemm f'Sanctuary Str, San Ġwann speċjalment bħala kenn fil-ġranet tal-maltemp?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li din it-talba ser tiġi imressqa lill-Kunsill Lokali ikkonċernat minħabba li l-bus shelter jaqa' taħt responsabbilta tal-Kunsill skond il-ftehim iffirmat mill-Kunsill ma’ Faces Ltd

San Ġwann — Bus stop signs

Question

Billi nqalgħu s-signs taż-żewġ bus stops li hemm f'Sanctuary Street, San Ġwann - waħda faċċata ta' Triq San Anard u l-oħra ħdejn is-supermarket- jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu signs ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn iż-żewġ Bus Stops ser jerġgħu jitwaħħlu fi żmien qarib.

Isla — Triq il-31 ta' Marzu - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li fil-parkeġġ li hemm fil-preżent taħt Triq il-31 ta' Marzu, l-Isla ħdejn il-Maċina sa parti mill-Baċir nru. 1 hux beħsiebhom ikunu mibnija xi appartamenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Brief oriġinali kien hemm referenza għal multi storey car park. Bħalissa il-MEPA qiegħda tikkonsidra Outline Development Application mill-Consortium dwar il-proġett tal-Baċir Nru 1. Din il-Proposta tinkludi car park u anke xi appartamenti. S'issa għad m'hemmx deċiżjoni.

Birkirkara — Triq Antonio Galea

Question

Jista' l-Ministru jgħid, billi jagħti data konkreta, meta se tingħata t-tarmac Triq Antonio Galea, f'Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-triq imsemmija hija waħda mit-toroq fil-program ta’ bini ta’ toroq li ħarġet l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta. Għaldaqstant din it-triq ser tkun lesta sa l-aħħar tas-sena 2008.

Proġett MIDI

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24356 u jinformani kemm waqa' lura l-proġett tal-MIDI, vis-a-vis il-kuntratt li l-klabb ta' Tas-Sliema għandu mal-gvern, biex jerġa' jieħu pussess tal-ground? Jista' jara l-possibbilta' li l-grounds ta' l-Universita' li jinsabu fi stat ħażin ħafna kawża tad-dewmien, jiġu rranġati kemm għat-tfal ta' Tas-Sliema kif ukoll għal studenti universitarji?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta' taxi/buses/karozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qasam tat-taxi (bojod), hearses, karrozzini u mini buses (ħomor) hux se jiġi liberalizzat? U jekk iva, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għalissa ma hemm l'ebda deċiżjoni li xi settur minn dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jkun liberallizzat.

Raħal Ġdid — Tiswija ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq li hemm fejn il-ground tal-football tal-Hibs u li tibqa' sejra fejn il-hockey groundtingħata ftit tal-manutenzjoni peress li hija fi stat ħażin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq la hija triq distributorja u lanqas triq arterjali u b’hekk ma taqax taħt ir-responsabilita’ ta’ l-ADT.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitkompla u jitlesta x-xogħol fi Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar? Jistgħu jsiru rampi temporanji biex il-vetturi li għandhom garaxx f'din it-triq ikunu jistgħu jinħarġu u jiddaħħlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol f’din it-triq nbeda fil-ġranet li għaddew. Fil-ġranet li ġejjin il-kuntrattur ser jibda x-xogħlijiet fuq il-bankini biex it-triq tkun lesta biex jingħata l- asphalt .

Proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Barrakka ta' fuq qiegħed fi stadju fejn t-tenders qed jiġu evalwati. Dan il-proċess mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Bormla — Triq Matty Grima - Ipparkjar ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ordni kif jipparkjaw il-karozzi fi Triq Matty Grima, Bormla? Dan minħabba li l-mod diżordinat kif qed ikunu pparkjati ċerti karozzi qed jostakola l-ħajja tar-residenti nnifishom u Allaħares ikun hemm xi ħtieġa serja, bħal bżonn ta' ambulanza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li tabilħaqq hemm problema ta' aċċess għal vetturi, speċjalment dawk akbar minn karozza, li ġejjin min naħa ta' fuq ta' Triq Matty Grima. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku jirrakomanda li :- - Ikun estiż id-double yellow line fi Triq Matty Grima minn k/m Triq San Ġorġ sa k/m Triq Santa Margerita sabiex ikun hemm aċċess sewwa għall-vetturi - Jiġi mplimentat single yellow line fi Triq Matty Grima minn k/m Triq San Ġorġ sa ġol-cul-de-sac sabiex ikun possibli li vettura ddawwar u terġa toħroġ bil-quddiem. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser jirreferi dawn ir-rakomandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali għal kummenti tagħhom.

Birkirkara — Triq San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid, billi jagħti d-data konkreta, meta ser tingħata t-tarmac Triq San Ġużepp, f'Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq mhux inkluża fil-lista ta’ toroq li ser jitlestew sa 2008.