Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani minħabba li ilha tmien xhur l-isptar tistenna sabiex tidħol ġewwa dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Servizz ta’ Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-Meals-on-Wheels hux se jibqa’ jingħata kif dejjem ingħata s’issa għal dawn l-aħħar kważi 25 sena? Jekk le, jista’ jgħid jekk l-ikel hux se jibqa’ jitwassal sħun lill-anzjani li sal-lum dejjem twassal lilhom b’dan il-mod?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għalissa, s-servizz tal-Meals-on-Wheels ser jibqa’ jingħata kif dejjem ingħata s’issa, għal dawn l-aħħar kważi 25 sena. Eventwalment, t-tender il-ġdid, ser ikun qiegħed iħaddan prattiċi skont pariri tekniċi li ngħataw lilna mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Meals on Wheels — servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li anzjani li bħalissa qed jingħataw/jew applikaw sabiex jibdew jingħataw is-servizz tal-Meals-on-Wheels ġew mistoqsija jekk fir-residenza privata tagħhom għandhomx fost l-oħrajn Microwave u Fridge ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz imsemmi minnu qiegħed jigi riformat u għaldaqshekk qed tinġabar l-informazzjoni kollha possibbli biex ikunu ndirizzti l-bżonnijiet tal-applikanti.

Akkomodazzjoni Soċjali – talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali sal-lum u jagħti l-informazzjoni kollha skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti? Jista' jgħid kemm minnhom huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsabb fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27768.

Awtorità tad-Djar – akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27770.

Pensjoni tal-invalidità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-invalidità llum? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidità huwa ta’ 3916. Minn dan in-numru ta’ benefiċċjarji, 204 jgħixu barra minn Malta filwaqt li 3712 huma residenti f’Malta, skont kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – apparat ta’ call button/bell

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar tal-Anzjani tal-Gvern humiex kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqogħdu f'dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huma kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqgħodu f'dawn id-djar. Fil-preżent, iżda, id-Direttorat għall-Anzjanita` Attiva u Servizzi fil-Kommunita’, kien qed jaħdem flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti, fuq public tender għal provediment u nstallazzjoni ġdida ta` nurse call system għad-Dar tal-Anzjani ta` Bormla ( peress li s-sistema preżenti kien wasal iż-żmien li tinbidel għax hija beyond repair). Din il -public tender ġiet konkluża, u fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tiġi installata din in- nurse call system il-ġdida Fejn jikkonċerna r-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, minn 34 sala, huma biss is-swali Rużar Briffa 3, 4 u 5 li m’għandhomx nurse call systems , hekk kif dawn is-swali qatt ma kienu mgħammra b’sistemi li jiffaċilitaw apparat ta’ nurse call system . Is-swali Rużar Briffa 1 u 2, bħalissa għaddejjin minn xogħlijiet estensivi; fejn bis-saħħa ta’ dan l-innovar, dawn is-swali ser ikunu qegħdin igawdu minn sistemi ta’ nurse call systems ukoll. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-swali 3, 4 u 5 tal-binja Rużar Briffa, qegħdin ukoll imdaħħla fil-master plan ta’ din il-blokka. Madanakollu, apparti nurse call system, hemm proċeduri viġenti biex ir-residenti, kemm ġewwa r-Residenza San Vinċenz kif ukoll ġewwa d-Djar tal-Anzjani kollha tal-Gvern, ikunu taħt il-moniteraġġ tal-istaff, għal kull bżonn u emerġenza tal-anzjani.

Ħlas pendenti – każ ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex tittieħed azzjoni raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi, dwar każ ta’ koppja li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, residenti fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa, li qed jiġu mitluba mill-Welfare Committee sabiex iħallsu €284 pendenti mill-2011 fejn evidentiment kien hemm xi konfużjoni jew sar żball ġenwin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jiġi segwit mill-Kumitat tal-Welfare u ħa azzjoni minnufih rigward il-każ inkwistjoni.

Familji li qegħdin f’kuntatt biex ikunu jistgħu jadottaw

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' familji Maltin li qegħdin f'kuntatt mal-Ministeru biex ikunu jistgħu jadottaw tfal, minn Malta jew minn barra minn Malta preżentament? Meta hu mistenni li dawn it-talbiet ikunu jistgħu jiġu milqugħa? X'tip ta' għajnuna jagħti l-Ministeru lil dawk il-persuni li jippruvaw jadottaw minn barra minn Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-familji Maltin li qegħdin fil-proċess tal-adozzjoni, kemm minn Malta, kif ukoll minn barra minn Malta, ma jkunux qegħdin f’kuntatt mal-Ministeru iżda mal-aġenziji akkreditati biex joffru servizzi ta’ adozzjoni. Fil-każ ta’ adozzjonijiet internazzjonali, jekk dawn it-talbiet jintlaqgħux jew le, jiddependi mill-Awtorijiet kompetenti tal-pajjiż li minnu jkunu ser jiġu adottati t-tfal. L-aġenziji tal-adozzjoni akkreditati lokalment jiggwidaw lill-ġenituri adottivi prospettivi matul il-proċess sħiħ tal-adozzjoni.

Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ appartamenti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26570, dwar bini ta' appartamenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mis-siti li fuqhom ser isir il-bini, issa għandhom permess biex isir l-istess bini? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol, u meta, f'kull każ ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol? Min hu mistenni li jibni dawn l-appartamenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, is-siti kollha huma koperti bil-permess tal-bini, u l-applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar ser issir biss fejn ser ikun hemm bdil skont in-neċessitajiet eżistenti. S’issa nħarġu tenders għat-tħammil/tqattih tas-siti, u l-kuntratturi ser jintgħażlu dalwaqt. It-tenders għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għadhom ma ħarġux u għalhekk mhux possibli jingħad meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol, jew min hu mistenni li jibni dawn l-appartamenti.

Housing soċjali — proġett

Question

Jista' l-Onor Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq ‘l hekk imsejjaħ progett ta' €50,000,000 ta' Housing soċjali li kien tħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet? Liema se jkunu l-ewwel xogħlijiet li fil-fatt huma mistennija li jsiru bħala parti minn dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ntgħażlu l-periti u bħalissa għaddejjin bil-proċess ta’ għażla tal-kuntratturi li se jkunu jistgħu jitgħu l-offerti tagħhom għall-iskavar ta’ numru ta’ siti.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anomalija fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet infurmata bil-miktub fuq il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-'għajnuna finanzjarja fuq xogħol ta’ rranġar u titjib f’residenzi ta’ persuni b’diżabilità' tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, tingħata kunsiderazzjoni peress li qed tiġi rrifjutata mill-Awtorità tad-Djar abbażi ta’ parti minn garaxx anness mar-residenza tagħhom li jintuża għal skopijiet personali abbinati mar-residenza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament ingħata l-attenzjoni meħtieġa u jirriżulta li m'hemm xejn iżjed xi jsir u għaldaqstant il-każ huwa magħluq.

Problema fuq pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Xogħlijiet fuq opramorta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq opramorta ta’ bejt mill-ħaddiema tal-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjoni tal-invalidità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema dwar il-pensjoni tal-invalidità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separamtanet ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, permezz ta’ ittra.

Assistenza Soċjali – tnaqqis – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn l-assistenza soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fl-aħħar xhur tnaqqsitilha sostanzjalment u tant li f’daqqa waħda tilfet l-assistenza għall-mard, dik tal-età, l-għajnuna supplementari u l-benefiċċju tal-enerġija, biex spiċċat tgħix b’€438 biss fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika huma regolati b’test tal-mezzi skont il-provedimenti tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Għal din ir-raġuni, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod seperat ma kenitx eleġibbli għal benenfiċċji msemmija hekk kif id-dħul tagħha jeċċedi l-iskala tal-benefiċċji in kwistjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tirċievi Pensjoni mill-Ingilterra.

Benefiċċji – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament mhijiex tirċievi s-segwenti benefiċċji u ċjoe: - l-ammont ta’ €300 li jingħataw lill-persuni li għandhom ‘il fuq minn 75 sena li jkunu jgħixu f’dar u mhux home; - l-ammont ta’ €110 għajnuna supplementari; u - peress li kienet taħdem independentement minn żewġha, meta ġie nieqes, hi ma ħadet xejn għar-rigward tal-bolol li ħalset?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ra l-każ imsemmi minnu u jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, qiegħda tirċievi l-benefiċċji kollha dovuta lilha.