Jista’ l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinvestiga r-raġuni li għaliha fl-inħawi tal-għassa u l-BOV fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ kważi l-ħin kollu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn investigazzjonijiet li saru irri¿ulta li ma kien hemm ebda riħa ta' drenaġġ fl-inħawi msemmija. Il-Korporazzjoni se tkompli tosserva ż-żona msemmija biex tassigura li f'każ li jkun hemm xi riħa ġejja mis-sistema tad-drenaġġ, jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 14-il psikologu u 14–il assistant psikologu li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli. Dawn il-psikologi u assistenti psikologi jintervjenu ma’ pazjenti li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u mal-familjari tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Karen Grech hemm erba' psychologists. Dawn jagħtu servizz fis-sala tar-Rijabilitazzjoni, fl-Outpatients (Physio u Occ Therapy u Gerjatrija).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Penerali t’Għawdex hemm tliet visiting psychologists.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti li jattendu c-Centri tas-Sahha u l-Bereg jigu referuti fis-Psychiatric Unit
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20103 peress li ma kien hemm l-ebda prattika marbuta ma’ membri parlamentari kif hemm fit-tweġiba u ċjoè jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu ta' bejn l-2008 sal-lum kien hemm dawn il-membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li kienu jokkupaw kariga f'entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi hekk kif ġej:
Clyde Puli ilu impjegat mal-FMS mis-sena 1999. Huwa għandu kuntratt indefinit bħala PR & Communications Manager b'salarju ta' €30,029.08 fis-sena, €4332 car allowance, €488 Professional Membership Allowance u €700 CPD Allowance fis-sena. Total ta' €35,549.08. (ħamsa u tletin elf, ħames mija, disgħa u erbgħin Euro u 8 ċenteżmi).
Dr Joseph Cassar ilu minn April 2013 impjegat mal-Mental Health Services bħala Consultant Psychiatrist b'salarju annwali fi Skala 4 ta' €32,239, Consultant Allowance ta' €698, Post Graduate Allowance ta' €7,700 u Job Plan ta' €12,064. Total ta' €52,701 (tnejn u ħamsin elf, seba' mija u Ewro).
Mario Galea huwa impjegat bħala Senior Staff Nurse b'salarju fi Skala 8 ta' €21,507 (wieħed u għoxrin elf, ħames mija u seba' Ewro).
Dr Francis Agius kien impjegat bħala Consultant (Public Health) b'salarju fi Skala 4 ta' €32,239, Post Graduate Allowance ta' €7,700 u Job Plan ta' €12,064. Total ta' €52,003 (tnejn u ħamsin elf, u tlett Ewro).
Claudette Buttigieg kienet tokkupa l-kariga ta' Communications Co-ordinator mal-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar b’salarju fi Skala 6 ta’ €23,928, Allowance ta’ 20% ta’ Skala 7 li kienet tammonta għal €4454.45 , Car Allowance ta’ €4658.75 u telefon ċellulari mħallas. Total ta’€33,041.20 (tlieta u tletin elf, wieħed u erbgħin Ewro u 20 ċenteżmu).
Ħal Tarxien – Triq Anġlu Mangion, Triq il-Madonna tad-Duttrina u Ġnien Ovindoli — dwal
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Enemalta terġa’ tagħti d-dawl wara ġimgħa mitfi, lil Triq Anġlu Mangion, Triq il-Madonna tad-Duttrina u Ġnien Ovindoli f’Ħal Tarxien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li għamletl-Enemalta plc irriżulta li d-dawl fi Ġnien Ovindoli huwa mixgħul. Il-lampi ta’ Triq il-Madonna tad-Duttrina u Triq Anġlu Mangion, Tarxien, ġew skonnettjati għax instab li kienu wħaħħla b’mod irregolari u perikoluż. L-entita’ responsabbli minn dawn il-lampi ġiet infurmata biex tirregolarizza dawn il-lampi biex jigu kkonnettjati b’mod sikur skont ir-regolamenti applikabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li saritilhom id-dijanjożi ta’ Hepatitis B u ta’ Hepatitis C bejn is-sena 1998 sal-lum? Jista’ jelenkahom sena b’sena u maqsuma skont is-sess?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom kundizzjonijiet kroniċi u ilhom żmien indefinit f’dan l-Isptar? X’qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jintegraw fis-soċjetà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bhalissa hemm 220 persuna residenti fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom kundizzjonijiet kroniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li mietu bil-kanċer mis-sena 2010 sal-lum sena b’sena? Jista’ jaqsamhom separatament skont is-sess,u mil-liema reġjuni ta’ Malta jew Għawdex kienu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li saritilhom dijanjosi ta’ kanċer mis-sena 2010 sal-lum sena b’sena? Jista’ jaqsamhom skont is-sess u mil-liema reġjuni ta’ Malta jew Għawdex ġejjin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2010 sa 2013 gew irregistrati 9913-il persuna li saritilhom dijanjosi ta’ Kanċer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li saritilhom dijanjosi tal-HIV mill-2006 sal-lum? Jista’ jgħid kemm hija stmata li tiswa l-kura tal-HIV għal kull pazjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
SENA
HIV
2006
29
2007
16
2008
36
2009
20
2010
23
2011
29
2012
36
2013
37
2014
43
2015 ( till end September 2015)
46
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-Kanċer?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet, minn 2011 sa l-ewwel tlett xhur ta’ 2015 in-numru ta’ mwiet mil-Kanċer kull sena, huwa kif tidher fit-tabella hawn taht:
Sena
Ir
ġiel
Nisa
Total
2011
473
408
881
2012
491
434
925
2013
466
404
870
2014
532
401
933
2015 (Jan-Mar)
120
112
232
Birkirkara — Triq Santa Rita għal Sqaq il-Wied - problema tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jikkaġuna l-problema ta’ drenaġġ ilu ħiereġ għal dawn l-aħħar ġimgħatejn mid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, liema drenaġġ ħiereġ minn Triq Santa Rita Birkirkara, għal Sqaq il-Wied Numru 1, Triq il-Qasab u Valley Road Msida? Jista’ jgħid il-għala ma ttieħditx azzjoni mill-ewwel? Jista' jara li tittieħed azzjoni mingħajr iżjed dewmien u jagħti data definittiva sa meta se tiġi solvuta l-problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li huma ġew notifikati formalment bl-inkonvenjent dik il-ġimgħa stess li saret il-mistoqsija parlamentari. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet fejn irriżulta li l-problema kienet ġejja minn kanal tal-ilma tax-xita imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ fl-akwati ta’ Main Street. Il-każ issa huwa solvut.
Is-Swieqi — playground, bandli u roundabout ta' Victoria Gardens - dwal
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-dawl li hemm man-naħa tal-playground, tal-bandli u mar-roundabout ta’ Victoria Gardens, fis-Swieqi jibda jinxtegħel mingħajr iktar dewmien, u dan peress li ilhom ‘il fuq minn ġimgħa mid-data ta’ li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari ma jinxtegħlu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tiswijiet meħtieġa saru.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq pannelli fotovoltajiċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikant ġie infurmat permezz ta’ ittra formali bid-deċiżjoni li ttieħdet mir-Review Committee tar-Regolatur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19286 u jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ pazjenti li marru f’kull Ċentru tas-Saħħa, sena b’sena, bejn l-2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t’hawn taħt:
Pazjenti li marru ic-Centri tas-Sahha
2010
2011
2012
2013
2014
2015
Total:
1,301,180
1,417,470
1,441,767
1,396,371
1,757,172
1,013,104 till September