Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25847 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

SkolaSajf – skejjel Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema skejjel f'Għawdex se tinżamm SkolaSajf matul is-Sajf li ġej? F’liema skejjel kien hemm SkolaSajf fis-sena 2015 imma din is-sena mhux se jkun hemm u għal liema raġuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskejjel f'Għawdex li fihom se tinżamm SkolaSajf matul is-sajf li ġej huma: Għajnsielem Għarb Kerċem Qala San Lawrenz Sannat Sannat Special Unit Xewkija Nadur Victoria Xagħra L-uniku ċentru ta' SkolaSajf f'Għawdex li mhux ser jiftaħ huwa ż-Żebbuġ minħabba li kien hemm applikant wieħed biss.

Tfal li jbatu bl-epilessija, dijabete u ADHD – nurses – amministrazzjoni ta' mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħala epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel mainstream tal-Istat is–servizzi tal-infermiera huma pprovduti mill-kuntrattur. Is-servizz jingħata fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u Għawdex mil-livell tal-kindergarten sal-Form 5 u għall-ewwel darba ser jingħata wkoll waqt Skola Sajf. Dan is-servizz jipprovdi infermiera għal dawn l-interventi: · l-infermiera tamministra l-mediċina li tingħata fil-ħalq ( oral medication ) li huma pilloli, pilloli forma ta’ kapsula jew mediċina oħra forma ta’ likwidu. · għat–tfal li huma dijabetiċi, l-infermiera tieħu l-livell taz-zokkor fid-demm u, jekk ikun hemm bżonn, tagħti l-insulina. Interventi oħra li jingħataw minn infermiera jinkludu Ryle’s tube feeding, Peg (Percutaneous endoscopic gastrostomy) tube feeding, tibdil tal-borża ta’ colostomy jew ileostomy, kif ukoll tgħaddi catheters (urethral and suprapubic catherisation). Il-kuntrattur jipprovdi l-infermiera għal kull skola fil-ħin li tifel jew tifla jmisshom jieħdu l-mediċina skont id-direzzjoni tat-tabib tal-familja. Infurmat ukoll li hemm infermiera waħda full-time tad-Direttorat li hija impjegata f’wieħed mir- Resource Centres. Fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa l-oħra, is-servizz jingħata mill-kuntrattur għall-ħin kollu tal-iskola.
Leg 12 PQ #25837 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel f’Għawdex — Cleaners u watchmen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom cleaners kif ukoll kemm għandhom watchmen kull skola tal-Gvern f'Għawdex, kemm dawk primarji, sekondarji u anke s-Sixth Form?Jista' jgħid liema skejjel huma servuti bi cleaners tal-kuntrattur u kemm jitħallas il-kuntrattur f'kull skola għal dan is-servizz fix-xahar? Kif intgħażel il-kuntrattur f'kull skola? Jista' jgħid dawk l-iskejjel li m’għandhomx watchmen kif qed jiġu mħarsa fil-ħin ta' wara x-xogħol u fil-vaganzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar n-numru ta’ nies inkarigati mit-tindif u watchmen f’kull skola tal-Gvern f’Għawdex, u l-iskejjel li huma servuti bi cleaners tal-kuntrattur huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kuntrattur tat-tindif intgħażel, b’riżultat ta’ proċess, wara li ħareġ tender għal dan il-għan. L-iskejjel li m’għandhomx watchmen huma kollha mgħammra bis-sistemi ta’ CCTV u Intruder Alarm.

Valletta FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw l-art fejn jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejjin in-negozjati ma’ Valletta FC sabiex tinstab art adekwata fejn dawn jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom.

Benchmark – studenti — eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li poġġew għall-eżami tal-benchmark matul din is-sena skolastika? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-tfal ġejjin minn skejjel tal-istat, tal-knisja jew indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qagħdu għall-eżami tal-Benchmark fis-sena 2016 kien ta’ 3627 kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Studenti mill-iskejjel tal-Istat2197 Studenti mill-iskejjel tal-Knisja1089 Studenti mill-iskejjel Indipendenti329 Studenti indipendenti12 Total 3627

Direttorat tal-Edukazzjoni – proċess tal-organizzazzjoni tal-eżami tal-benchmark

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proċess tal-organizzazzjoni tal-eżami tal-benchmark għad-Direttorat tal-Edukazzjoni matul is-snin skolastiċi 2013, 2014, 2015 u din is-sena skolastika? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-prassi u fil-loġistika dwar kif jiġi organizzat dan l-eżami min-naħa tad-Direttorat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-eżami tal-Benċmark mill-2013 sal-2016 kienu kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: 2013 2014 2015 2016 EUR 44,631 EUR 65,240 EUR 69,108 S’issa kien hemm EUR 5,412 fi spejjeż imma għad baqa’ aktar ħlasijiet x’isiru Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, dawn huma l-iżviluppi li seħħew tul dan il-perjodu fl-assessjar tal-Benċmark tul is-snin imsemmija: 2013 Ġew introdotti arranġamenti speċjali ġodda li kienu: · Qari Assistit fil-Fehim mill-Qari tal-Malti u fir- Reading Comprehension tal-Ingliż. Kull silta tinqara darbtejn, b’mod elettroniku. Il-mistoqsijiet jinqraw darbtejn ukoll. Waqt li s-silta tkun qed tinqara, tiġi pproġettata u l-kliem li jkun qed jinqara jinxtegħel. L-istudenti jingħataw ftit ħin biex jagħtu t-tweġiba meħtieġa. · Skriba biex jikteb il-kliem li ma jingħarafx fil-karti tal-Kitba tal-Malti u tal-Ingliż. Dan isir wara li l-istudent ilesti x-xogħol tal-kitba tiegħu. L-iskriba jikteb dak il-kliem li ma jingħarafx b’pinna ħadra biex min jikkoreġi jkun jista’ jifhem l-ideat u l-kitba tal-istudent. 2014 Minn din is-sena, il-karti kollha tal-Benċmark bdew jiġu stampati fuq karta lewn il-krema u ntużat t-tipa Andika (Classic version 1.002). Dan kien ta’ benefiċċju għall-istudenti kollha, inkluż studenti li għandhom id-dislessja. Il-Karta Mentali tal-Matematika kienet irrekordjata għal kulħadd. Il-ħin għall-Karta Miktuba tal-Matematika żdied bi 15-il minuta mingħajr ma kien hemm żieda fin-numru ta’ mistoqsijiet. Il-ħin allokat għal din il-karta issa sar ta’ 90 minuta. Il-proċedura tal-Fehim mill-Qari tal-Malti u tal-Ingliż għal dawk li jagħmlu użu mill-assistenza elettronika inbidlet xi ftit; - Il-passaġġ inqara darbetjn. L-ewwel qari sar b’pass normali filwaqt li t-tieni qari sar b’mod aktar lajman. - Kien hemm pawsi itwal fejn l-istudenti kellhom ħin biex jirrispondu l-mistoqsijiet. - It-test kien ipproġettat fuq il-bord interattiv li kellu sfond lewn il-krema u mhux abjad. 2015 Il-proċedura tal-Fehim mill-Qari tal-Malti u tal-Ingliż għal dawk li jagħmlu użu mill-assistenza elettronika reġgħet ġiet irfinata. Minn din is-sena, it-testi u d-domandi bdew jinqraw darbtejn b’veloċità normali. Tibdila oħra kienet li fil-komponent Orali tal-Malti u tal-Ingliż, in-numru ta’ testi tnaqqsu minn 15 għal 10. Inbidel il-ħin tat-Tieni Sessjoni tal-Benċmark. L-istudenti jibdew fit-tlieta minflok fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar. 2016 Il-karti tal-Benċmark bdew jitqassmu ġurnata qabel u b’hekk ma kienx hemm bżonn li x- xufiera jiġu kmieni filgħodu biex iqassmu dawn il-karti. Ir-recordings bdew isiru fuq il-USB sticks minflok CDs biex jaqblu mal-laptops il-ġodda tal-għalliema. Il-marki tal-pjan tal-Malti u tal-Ingliż tnaqqsu minn 4 marki għal 2. Iż-żewġ marki żdiedu mal-marki tat-tieni kitba. L-iskema tal-marki tal-komponent tal-kitba fl-Ingliż inbidlet minn waħda ta’ bands għal waħda bbażata fuq kriterji. Din is-sena sar proċess ta’ moderazzjoni minn numru ta’ Uffiċjali Edukattivi waqt il-komponent Orali tal-Malti u tal-Ingliż.

Edukaturi – ħatra ta’ Kap ta’ Skola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' edukaturi li ngħataw il-ħatra ta' Kap ta' Skola fil-qasam statali bejn it-8 ta' Ġunju 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sena ħadmu bħala Assistent Kap ta' skola jew fi grad simili u f'liema istituzzjoni kienu jaħdmu kull wieħed minn dawn l-edukaturi qabel ma nħatru bħala Kap ta' Skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li 24 edukatur ingħata l-ħatra ta’ Kap ta’ Skola fil-qasam statali bejn it-8 ta' Ġunju 2015 u l-10 ta' Ġunju 2016. Qabel din il-ħatra kienu jokkupaw il-grad u għal perjodu ta’ żmien kif muri f’din it-tabella: Numru ta’ edukaturi Numru ta’ snin bħala Assistent Kap ta’ Skola jew kap ta’ dipartiment Numru ta’ snin bħala Kap ta’ Skola 10 4 snin - 8 5 snin - 3 6 snin - 1 10 snin - 1 7 snin (mis-settur non-statali) - 1 - 10 snin (mis-settur non-statali) Il-post li kienu fih qabel ma ħadu din il-ħatra hu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt: Kulleġġ Santa Tereża Skola Sekondarja Subien, St Venera Kulleġġ St Thomas More, Skola Primarja A, Żejtun Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja, Kalkara Laura Vicuna School Kulleġġ San Ġorġ Preca, Education Hub, Msida Kulleġġ St Thomas More, Skola Primarja, Marsaskala Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja, Mġarr Kulleġġ Marija Reġina, Skola Primarja, Naxxar St. Monica, Mosta Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja A, Paola Alternative Learning Programme, Paola Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja Subien, Naxxar Kulleġġ San Injazju, Skola Primarja, Siġġiewi Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja B, Paola Sir M.A. Refalo Skola Post Sekondarja, Għawdex Ministeru għal Għawdex Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Sekondarja Bniet, Blata l-Bajda Kulleġġ Marija Reġina, Skola Sekondarja Bniet, Mosta DQSE Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja A, Żabbar Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Subien, Ħal Kirkop Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Primarja, Marsa Kulleġġ San Benedittu, Skola Primarja, Ħal Għaxaq

LSAs – Kwalifiki

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25815, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ LSAs b’livell akkademiku ta’ Advanced Level biss u anke bl-Ordinary Levels biss skont is-sena akkademika li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom rispettivament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti bażiċi biex wieħed jikkwalifika għal pożizzjoni ta’ SLSA fuq bażi definita huma erba’ kwalifiċi f’livell tlieta (livell ordinarju/SEC jew ekwivalenti) u kwalifika f’livell erbgħa (livell avvanzat jew ekwivalenti). Minn Ottubru 2014 tlieta mill-erba’ kwalifiċi f’livell tlieta jridu jkunu fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Bħalissa il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 893-il SLSA fuq kuntratt definit. Wara erba’ snin fis-servizz bħala SLSA fuq bażi definita wieħed jingħata kuntratt indefinit jekk jissodisfa r-rekwiżit ta’ kwalifika f’livell ħamsa b’minimu ta’ tletin-il ECTS. Bħalissa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 213-il Supply LSA fuq kuntratt indefinit. Ir-rekwiżiti bażiċi biex wieħed jinstab eliġibbli għal LSA I u LSA II huma kwalifika f’livell ħamsa b’minimu ta’ 30-il ECTS u kwalifika b’livell ħamsa b’minimu ta’ sittin-il ECTS rispettivament. Fil-każi kollha l-kwalifika f’livell ħamsa trid tkun fil-qasam tal-Edukazzjoni Inklussiva. Bħalissa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu 407 LSA I u 690 LSA II.

Prinċipali tal-kulleġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' prinċipali tal-kulleġġi li l-kuntratt tal-ħatra tagħhom jiskadi fi tmiem din is-sena skolastika 2015-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm tliet prinċipali ta’ kulleġġi statali li l-kuntratt tagħhom jiskadi fi tmiem din is-sena skolastika 2015-16.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Jannar 2015 u Mejju 2016, sefirt 14-il darba. Ir-raġunijiet li għalihom sefirt huma kif muri fit-tabella t'hawn taħt: Pajjiż Għan tas-safra Londra - U.K. Education World Forum 2015 Bonn-Ġermanja UNEVOC - Delegazzjoni Ministerjali Pariġi - Franza Informal Ministerial Meeting Madrid - Spanja Ministerial Meetings in Madrid Political Dialogue 5+5 Riga - Latvija Talinn - Estonja 2nd Senior Official's Meeting & 5th ASEM Education Ministers' Meeting (ASEMMES) Riga - Latvija Practical Information, Informal Meeting of Ministries of Labour & Social Affairs Lussemburgu Drop Out Prevention Programme Bahamas 19th Conference of Commonwealth Education Ministers Lussemburgu Informal Meeting of Ministers for Employment & Social Affairs Belġju Education, Youth, Culture & Sports Meeting Belġju EPSCO Council Meeting Belġju Tripartite Social Summit for Growth & Employment Olanda Meeting of Social Affairs & Employment (EPSCO) Renju Unit U.T.C. Meetings In-nefqa b'konnessjoni ma' dawn il-vjaġġi tammonta għal €86,598.24 li tinkludi wkoll l-ispejjeż għal persuni li fformaw parti mid-delegazzjonijiet ta' dawn il-vjaġġi.

Sport Malta u Malta Racing Club – laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat tal-bord ta’ Sport Malta u tal-Kunsill tal-Malta Racing Club bejn Ottubru 2015 u Mejju 2016? Jista’ jgħid min kienu l-membri preżenti matul kull laqgħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Sport Malta — assistenza

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-assistenza mogħtija minn Sport Malta lill-Kumitat Olimpiku Malti, Malta Basketball Association, Malta Football Association, Malta Racing Club u għaqdiet oħra mhux olimpiċi bejn April 2013 u Mejju 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assistenza totali mogħtija lill-Kumitat Olimpiku Malti, Malta Basketball Association, Malta Football Association u Malta Racing Club flimkien mal-għaqdiet oħra mhux Olimpiċi bejn l-2013 u l-2016 huma: Għaqda Sportiva 2013 2014 2015 2016 Malta Olympic Committee € 373,500.00 € 350,000.00 € 385,000.00 € 423,500.00 Non Olympic Sport entities €629,745.94 € 355,042.16 € 318,083.23 € 261,107.20 Malta Basketball Association € 255,489.00 € 0.00 € 0.00 € 46,125.00 Malta Football Association € 304,099.00 € 111,750.00 €47,626.39 € 45,447.69 Malta Racing Club € 2,000.00 € 18,500.00 €11,921.00 €15,000.00 L-assistenzi f’din is-sena 2016 għadhom jistgħu jiżdiedu. Malta Basketball Association 2016 – proġett għadu taħt evalwazzjoni, bl-ammont għad irid jiġi determinat. Is-segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport permezz ta’ ftehim li għandu mal-MFA, iffirmat fl-2013, ta s-somma ta’ €2,250,000 assistenza finanzjarja fuq grawnds tal-futbol f’Malta.

Work Permit – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ work permit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għal residenza/xogħol (Single Permit) jintlaqgħu minn Identity Malta. Infurmat li sa issa, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja tax-xogħol li tirrigwarda lill-persuna msemmija.

Higher Diploma in Psychology — stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-istudenti tal-Università li qegħdin isegwu kors ta' Higher Diploma in Psychology m'għandhomx stipendju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li qed jagħmlu l-kors Higher Diploma in Psychology ġewwa l-Università ta’ Malta, jitqiesu bħala mhux eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti abbażi tar-regolament 12 tal-Att Legali 327.178. Peress li l-istudenti jrid ikollhom degree b’MQF Livell 6 biex jidħlu għal dan il-kors (jiġifieri bħala rekwiżit għad-dħul) u liema kors huwa wkoll ta’ MQF Livell 6, huma jitqiesu mhux eliġibbli peress illi skont l-istess regolament msemmi, l-istudenti m’humiex eligibbli fit-tieni kors tagħhom jew kors sussegwenti, għal perjodu ekwivalenti tat-tul tal-ewwel kors u li fih kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti inkluż l-istipendju.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet impjegata bħala lettriċi part-time fid-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet fl-ewwel ta' April 1994. Fis-sena kurrenti din il-persuna hi impjegata bħala Visiting Senior Lecturer, T2 mad-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali fl-Università ta’ Malta. Infurmat ukoll li bejn is-snin 2003 u 2013, id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarha ngħataw separatament irċeviet żewġ pagamenti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, wieħed ta’ €1,180 fl-2010 għal servizzi legali, u ieħor ta’ €3,968.98 minn fondi Ewropej (ESF 3.64), fl-2012. Fis-sena 2007 l-Università ta’ Malta ngħatat permezz ta’ kwotazzjonijiet, konsulenza legali mid-ditta tal-Avukati msemmija. Għal din il-konsulenza sar ħlas ta’ €1,000. Infurmat ukoll li fl-2010 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kienet talbet permezz ta’ direct order is-servizzi legali tad-ditta indikata b’konnessjoni ma’ appell fuq tender. Għal dan is-servizz kien sar pagament ta’ €1,722.40.

Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) hu kif muri fl-ewwel parti tat-tabella hawn taħt. It-tieni parti tat-tabella turi kemm minnhom għandhom l-ID card tispiċċa bil-G. It-tabella turi wkoll kemm kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat, kif ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel. Ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu Għawdex u l-indirizz tal- employer hu Malta Full time & Part Time only Rġiel Nisa Total Settur Pubbliku 706 872 1,578 Settur Privat 1,221 943 2,164 Total 1,927 1,815 3,742 Minn dawn kien hemm ħaddiema li l-ID tispiċċa bil-G u jaħdmu f'Malta fuq baż i Full time & Part Time only ID tispiċċa bil-G Rġiel Nisa Total Settur Pubbliku 556 683 1,239 Settur privat 774 623 1,397 Total 1,330 1,306 2,636 Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fgura – skejjel primarji — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Fgura preżentament? Kemm minnhom huma subien u kemm huma bniet? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm għalliema u impjegati, possibbilment skont l-iskala tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti bniet u subien fl-iskejjel primarji tal-Fgura hu kif ġej: Skola Subien Bniet Total Fgura A 291 267 558 Fgura B 169 124 293 It-tagħrif l-ieħor mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żejtun – skejjel primarji u sekondarji — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji taż-Żejtun preżentament? Kemm minnhom huma subien u kemm huma bniet? Jista’ jinforma wkoll kemm hemm għalliema u impjegati possibbilment skont l-iskala tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti bniet u subien fl-iskejjel primarji u sekondarji taż-Żejtun hu kif ġej: Skola Subien Bniet Total Żejtun A 228 231 459 Żejtun B 105 89 194 Żejtun SEC 157 487 644 It-tagħrif l-ieħor mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bdiewa full-time – policy fuq artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux qiegħed iħaddem il-policy li artijiet li jkunu tal-Gvern iżda li jkunu mikrija għal skop ta’ biedja lill-persuni reġistrati bħala full-time farmers, jerġgħu jinkrew lill-istess bdiewa meta jintemm il-kuntratt viġenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala total kemm hemm Għawdxin jaħdmu f’Malta? Jew kemm hemm persuni illi l-ID card tagħhom tispiċċa bil-G u jaħdmu f’Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fuq bazi full time u part time only u li għandhom l-indirizz ta’ residenza f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 3,742 persuna. Minn dawn kien hemm 2,636 persuna li għandhom l-ID card tispiċċa bil-G u l-employer hu Malti. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.