Peress li ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministru żar ix-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla u peress li issa jidher li x-xogħol ser jingħata lill-kuntrattur, u peress wkoll li fi ftit ġranet oħra ser tkun iċċelebrata l-festa tal-Kunċizzjoni f'Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibbilta' li tal-anqas titlesta l-bankina sabiex f'dawn il-ġranet ta' festa jitneħħew it-trabijiet u l-periklu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tindif ser isir qabel il-festa minn ħaddiema fis-Central Districts Office fit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ix-xogħol fuq il-bankina, li ser isir mill-kuntrattur, ser jinbeda wara l-festa, anki minħabba l-armar ta' l-istess festa.
Peress li l-ħaddiema tal-Gvern ħadmu ħafna u b'sengħa kbira fuq il-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ser jitkompla minn kuntrattur privat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għandu kontenut qawwi ta' provvista ta' materjal li jiġi prokurat mingħand il-kuntratturi. Għal dan il-għan tqies opportun li x-xogħol tal-bankina l-aħjar li jsir b'sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx proġett maħsub jew li qiegħed jiġi studjat għar-rijabilitazzjoni tal-post qabel jiġi okkupat w użat minn stazzjon barrani ġewwa Delimara f'Marsaxlokk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hemm pjani, għall-futur, li f'din l-area jsir park nazzjonali.
Valletta Rihabilitation Project — Knisja tal-Ġiżwiti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet saru fil-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt mill-Valletta Rihabilitation Project u kemm intefqu flus fuq dan? Jista' wkoll jiġi indikat x' ser jsir aktar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u kemm intnefqu flus fuqhom għal din is-sena huma kif ġej:
XOGĦLIJIET NEFQA
Restawr tal-Knisja minn ġewwa Lm16,372.61
Manutenzjoni tad-dawl Lm 441.25
Restawr ta' żewġ pitturi kbar Lm 460.00
Restawr ta' l-Istatwa tal-Madonna Lm 240.00
Fil-futur qarib, ser jiġi restawrat il-kampnar tal-Knisja, kif ukoll ser jiġu restawrati tliet artali fil-Knisja.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa t-terrapien u ħmieġ li akkumula quddiem id-dar God Bless fi Triq il-Wilġa, Tarxien peress illi l-art ta' faċċata mhijiex għall-kostruzzjoni u tinsab żdingata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Matul is-sena 2000, in-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru kienu kif jidher hawn taħt:
GRAD DATA SALARJU BENEFIĊĊJI
TAL-ĦATRA
Consultant (On contract) 21.01.2000 Lm10,000p.a. --------
Clerk 24.04.2000 Skala 16 --------
Clerk 28.09.2000 Skala 16 --------
Ministry Communications
Co-ordinator (On contract) 01.10.2000 Lm5,941p.a. Lm90 allowance fix-xahar
Lm1680 car allowance p.a.
Free telephone facilities
Junior Legal Officer 16.10.2000 Lm4,451p.a. --------
2 Environment Officers * 18.04.2000 Lm4,238p.a. --------
* Wieħed irriżenja minn mad-Dipartiment b'effett minn 16.10.2000
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra illi parti mil-link road tal-Gżira bejn Regional Road u x-Xatt tal-Gżira hijiex se tkun tikkonsisti minn tunnel ukoll u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif se jsir l-iżvilupp msemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda preċedenti tiegħi dwar tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19492 (Seduta 379).
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu l-gvern sabiex jiżgura li l-arja u l-ambjent f'Birzebbuga ma jkunux imniġġsa? X'passi qiegħed jieħu ħalli l-arja f'Birzebbuga ma tibqax tant tqila bil-gass petrol u diesel? X'inhuma l-livelli ta' l-istess fl-arja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hemm previst serje ta' miżuri biex l-arja u l-ambjent f'Birżebbuġa ma jkunux imniġġsa b'volatile organic compounds'. Dawn il-miżuri huma kkontemplati taħt direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja 94/63/EC u diġa sar l-istudju neċessarju minn dan il-Ministeru biex ikun hemm pjan ta' azzjoni. Kampjuni ta' l-arja jittieħdu minn Birżebbuġa kull xahar u ilhom jitieħdu minn Frar ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll hemm fuq il-livell taċ-ċomb fl-arja fuq il-gżejjer Maltin?
Jista' jagħti l-livelli preżenti f'postijiet bħalma huma Tas-Sliema, ir-Rabat, il-Mellieħa u Għawdex?
X'inhuma l-livelli rakkmandati fl-isfera internazzjonali?
Liema hija l-lokalita' li l-aktar għandha livell ta' ċomb fl'arja u liema l-anqas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm għalissa għadu ma sar l-ebda programm minn dan il-Ministeru biex jissorvelja il-livelli taċ-comb fl-arja, diga nxtara l-apparat meħtieġ sabiex dan ikun jista' jsir fil-ġejjieni qarib kif mitlub taħt id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom 82/884 EEC.
Il-livelli rakkomandati ta' l-Unjoni Ewropea huma "2 ug Pb/m3 bhala medja fuq sena mentri il-WHO tagħti gwida ta' 0.5 - 1.Oug Pb/m3.
Bhala prevenzjoni il-Gvern kien introduċa petrol bla ċomb u naqqas il-kwantita ta' ċomb fil-petrol biċ-bomb.
Il-Gvern bi ħsiebu jibda jippublika b'mod regulari rapporti fuq il-monitoraġġ ta' l-arja f'diversi lokalitajiet f'pajjizna.
Possibbli li d-Dipartiment tad-Drenaġġ jgħid jekk ħarġitx xi tender biex issir extension tad-drenaġġ fl-inħawi "Ta' Fġieni", N/S of San Anton Street, Ħ'Attard?
Jekk iva, meta ħarġet? Ġiet awarded? Meta hu maħsub li se jibda x-xogħol? Meta hu maħsub li jitlesta? Kemm se jiġi jiswa? Jekk le, meta hu maħsub li joħroġ jew jiġi awarded dan it-tender?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fetaħ tender biex isiru x-xogħlijiet f'dawn l-inħawi fid-19 ta' April ta din is-sena. Dan it-tender huwa WD 342/2000. Bħalissa qed tinħadem il-'Letter of Acceptance' biex tintbagħat lill-Kuntrattur Vella Group. Dan ix-xogħol għandu jqum madwarr Lm3500.
Huwa maħsub li dan ix-xogħol jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena u jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq ir-rimi tad-drenaġġ fil-baħar? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jezisti 'master plan' fuq it-trattament tad-drenaġġ qabel dan jintrema fil-baħar.
Mhux il-kaz li dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra izda jekk l-Onor. Interpellant jinteressaha jisgħtu isiru arranġamenti mat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex hi tkun tista tara dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru ta' l-Ambjent u s-sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta dwar il-problema ta' trab iswed?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jiena qed inżomm lis-Sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta infurmati dwar l-iżvilupp li qed ikun hemm biex tinstab soluzzjoni għall-problema tat-trab iswed.
L-aħħar laqgħa li kelli magħhom saret nhar l-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000.
Jista' l-Ministru jara li l-area ta' San Ġorġ, B'Buġia, partikolarment l-parti fejn hemm il-pont, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa?
Jista' jara li l-istess area tiġi mnaddfa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa responsabbilta' ta' l-Awtorita' Marittima.
Rigward it-tieni parti nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex possibbli li l-Imdina Rehabiliation Committee jiltaqa' mar-rappreżentanti ta' kuċċiera ta' l-Imdina peress li qed jirriżultaw diversi nuqqasijiet li qed jikkreaw perikolu għal kuċċiera u jistgħu wkoll ikunu ta' periklu għat-turisti u ta' tbatija għaż-żwiemel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qatt ma saret talba mir-rappreżentanti tal-kuċċiera ta' l-Imdina biex issir laqgħa ma' l-Imdina Rehabilitation Committee.
Meta ssir it-talba, l-Imdina Rehabilitation Committee lest li jiltaqa' mar-rappreżentanti tal-kuċċiera ta' l-Imdina.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21171, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula biex ingħataw transfer mill-Ministeru għall-Ambjent għall-Ministeru tas-Saħħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-transfers saru kollha skond l-esiġenzi tas-servizz.