Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet kwantita tal-lixka importata matul dawn l-aħħar snin sena b' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd. impurtat 17-il container fis-sena lixka mill-1998 'l hawn, minbarra fis-sena 2000 fejn l-importazzjoni kienet ta' 28 container. Din is-sena l-importazzjoni laħqet s'issa 17-il container.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal-ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-Biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nxtara l-ebda bowser ġdid f'dawn l-aħħar tliet snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal-ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28218.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u uffiċjali li żdiedu fis-sezzjoni ta' l-Agrikultura mill-5 ta' Settembru tal-1998 l-hawn?
Huwa l-ħsieb tal-Ministeru li jżid n-numru ta' ħaddiema f'din is-sezzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum kienu ngaġġati 80 bejn ħaddiema u uffiċjali mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura/Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. Il-maġġoranza ġew minn dipartimenti oħra tal-Gvern. Bħal f'kull każ ieħor, in-numru ta' ħaddiema f'dan id-Dipartiment jista' jiżdied skond l-esiġenzi tas-servizz. Iżda tajjeb jingħad ukoll li r-riżorsi umani jistgħu jissaħħu mingħajr il-ħtieġa ta' żieda fin-numru ta' impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huma numru ta' kolonji tan-naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikultura fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' kolonji għas-snin preċedenti sena b'sena għall-dawn l-aħħar 10 snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fil-preżent in-numru ta' kolonji tan-naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa ta' 58.
In-numru ta' kolonji jitla' u jinżel minħabba li jew għax ikun hemm bejgħ jew għoti ta' frieħ tan-naħal minħabba mard ta' l-istess naħal jew għal raġunijiet oħra. Awissu huwa l-bidu tas-sena tan-naħal (lean period) u għaldaqstant qed jingħataw iċ-ċifri għal dan ix-xahar tas-sena.
Awissu 1992 - 10 frieħ (wara li feġġet il-Varroa)
Awissu 1993 - 86 frieħ (il-gvern xtara ta' New Zealand)
Awissu 1994 - 140 frieħ (minn dawn tqassmu lill-bdiewa għad-dakra)
Awissu 1995 - 121 frieħ
Awissu 1996 - 158 frieħ
Awissu 1997 - 76 frieħ
Awissu 1998 - 16 frieħ
Awissu 1999 - 56 frieħ
Awissu 2000 - 106 frieħ
Awissu 2001 - 58 frieħ
Ta' min isemmi li d-Dipartiment jgħin lill-bdiewa billi jislifhom frieħ biex idakkru. Meta dawn jinġabru lura, ma jkunux fl-istess stat jew aħjar min meta ngħataw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat għall-produtturi, bdiewa, raħħala u għall-membri tal-kummitati tal-koperattivi tas-Settur tal-Biedja u Sajd dwar il-quality assurance matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-''Quality Assurance'' fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel bħal ħalib, laħam, ħaxix u frott huwa suġġett importanti li jiġi diskuss prattikament f'kull laqgħa li uffiċjali tad-Dipartimenti ta' l-Agrikoltura u tas-Servizzi Veterinarji jkollhom ma' produtturi, bdiewa, raħħala u membri tal-Kumitati tal-Kooperattivi tas-settur.
Ma tinżammx statistika ta' kemm isiru minn dawn il-laqgħat iżda nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li l-produtturi, raħħala u bdiewa huma konxji ħafna tal-ħtieġa ta' titjib kontinwu fil-kwalita tal-prodotti li jipproduċu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-farms ta' l-akwakultura matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? X'varjeta' ta' ħut ġew prodotti u kemm kienu l-impjiegi fl-industrija separatament mit-Tuna Penning matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni ta' ħut f'tunnellati fuq il-farms kienet kif ġej:
Bass (Spnott) Bream (Awrat)
1996 396 tunnellata 1156 tunnellata
1997 30 tunnellata 1500 tunnellata
1998 80 tunnellata 1870 tunnellata
1999 80 tunnellata 1992 tunnellata
2000 234 tunnellata 1512 tunnellata
L-impjiegi f'dawn il-farms kienu:
1998 86 full time u 40 part time
2000 51 full time u 57 part time
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' ħut importat għall-għalf tal-farm tat-tuna fil-ġzejjer tagħna?
Mill-liema pajjiżi oriġina dan il-ħut, f'liema oċeanu trabba dan il-ħut importat f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-farms tat-tonn impurtaw madwar 3,000 tunnellata ħut biexjintuża bħala għalf għat-tonn. Dan oriġina l-aktar minn Spanja u ftit mill-Amerika ta' fuq. Ftit minnu nqabad fl-Atlantiku iżda l-biċċa l-kbira fil-Mediterran.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-fish farms dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Abboz ta' Liġi numru 82 jagħti l-poteri li jinħarġu avviżi legali, liema avviżi jiġu diskussi mal-koperattivi/individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ. Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-principju ta' Stable to Table, speċjalment il-produtturi/proċessuri li jgħinhom iżjed ibiegħu l-prodotti tagħhom. Persważ li kull min ikun jixtieq li jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, inkluż matul il-ħruġ ta' l-Avviżi Legali, se jkollu l-opportunita' kollha jagħmel dan.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-proċessuri tal-laħam dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28117.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-produtturi taċ-ċanga dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28117.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tat-tjur dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-majjal dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Abboz ta' Liġi numru 82 jagħti l-poteri li jinħarġu avviżi legali, liema avviżi jiġu diskussi mal-koperattivi/individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ. Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-principju ta' Stable to Table, speċjalment il-produtturi/proċessuri li jgħinhom iżjed ibiegħu l-prodotti tagħhom. Naħseb li kull minn xtaq li jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi kellu l-opportunita' kollha jagħmel dan.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-ħalib dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-bajd frisk dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-produtturi tal-fniek dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizzjoni u x'sar mis-siġar li nqalgħu minn Hompesh Road fit-tieni fażi f'dik il-parti fejn bdiet il-kostruzzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
It-talba biex jinqalgħu s-siġar saret mid-Dipartiment tat-Toroq. Dawn is-sġar tħawlu mill-ġdid fi Triq is-Sur, fil-Fgura stess.
Jista' l-Ministru jgħid bl-liema mod u x'appartat ġie użat biex inqalgħu s-siġar li hemm fil-parti li diġa bdiet l-kostruzzjoni fuqha ta' Hompesh Road fil-Fgura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Wara li s-siġar inżabru minn nies tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura permezz ta' high-up u chainsaws, is-siġar inqalgħu minn kuntrattur b'gaffa u ktajjen, u ġew protetti bi xkejjer biex il-ħsara titrażżan.