Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninsab infurmat li mal-ħatra tiegħi kien hemm inventarju tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll li wara li l-inventarju ġie aġġornat, ma nstabx li kien hemm xi ħaġa nieqsa ħlief għal frame żgħir tal-fidda li mhuwiex ta' valur kbir u li probabbilment huwa spustjat fil-Ministeru .
Infurmat ukoll li żewġ podiums tal-Ministeru nstabu miksura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu impjegata waħda li għandha permess sabiex tagħmel xogħol ma' entità non-governattiva (NGO).
L-impjegata, li hija First Secretaryfuq Step 4ta' Skala 9, għandha permess sabiex taħdem fuq bażi full-timemal-Malta House of Prayer għal perjodu ta' tnax-il xahar b'effett mit-18 ta' Diċembru 2012. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għall-ħlas tas-salarju tagħha.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li soltu ssir f’Lulju hix se ssir? Jekk le, jista’ jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni ?
Response (VELLA, GEORGE)
Minħabba li bħalma dejjem isir fi bdil ta' Gvern, huwa mistenni li numru ta' Ambaxxaturi, itemmu l-kariga tagħhom, u oħrajn ġodda ikunu appuntati, filwaqt li oħrajn ibiddlu posthom, inħass li mhux il-każ li l-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi li s-soltu ssir matul ix-xhur tas-Sajf issir din is-sena. Madanakollu nassigura li għas-sena d-dieħla din il-laqgħa ssir bħal ma dejjem saret.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2004 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 341 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (VELLA, GEORGE)
Filwaqt li ma nħossx li hi etika li nagħti l-ismijiet tal-konsulenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tmien konsulenti li qegħdin jagħtu kontribut fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Dawn kollha kienu ingaġġati qabel id-9 ta' Marzu 2013 u qed jagħtu konsulenza f'dawn l-oqsma:
International Issues
Honorary Consuls Network
Political Analyst
Parliamentary Assembly of the Mediterranean
International Organisations
Development Trade and Investment Issues
European Commission-League of Arab States Liaison Office
Embassy Affairs
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 2334.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Italja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jiġu ffinalizzati mal-Italja huma dawn:
Qasam tal-Protezzjoni Ċivili
Protokoll Addizjonali għal ftehim tal-1994 bejn Malta u l-Italja dwar il-Kooperazzjoni dwar it-Tbassir, Prevenzjoni u Mitigazzjoni tad-Diżastri Naturali u Teknoloġiċi;
Qasam tas-Saħħa
Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal-
Hepatology
bejn l-Isptar San Raffaele ta' Milan u l-Ministeru għas-Saħħa;
Memoranda ta' Ftehim għal-Servizzi fil-Qasam tal-Kliewi u Trapjanti tal-Frixa bejn l-
Azienda Ospedaliera Universitaria Pisana
f'Pisa u l-Ministeru għas-Saħħa;
Memoranda ta' Ftehim dwar l-Edukazzjoni u r-Riċerka fil-Qasam tas-Saħħa Medika dwar il-Problemi relatati mal-Konsum tal-Ikel u l-Obesita bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Kenn għal-Saħħtek, u l-
Azienda Unita Sanitaria Locale Umbria 1
u r-Reġjun tal-Umbria.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Qatar?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Qatar huma dawn:
Memorandum of Understanding
bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tad-Difiża tal-Istat tal-Qatar fuq Koperazzjoni fil-Qasam tad-Difiża,
Memorandum of Understanding
fuq Koperazzjoni fil-Qasam tat-Turiżmu bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u l-Gvern tal-Istat tal-Qatar,
Memorandum of Understanding
fuq il-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu, u Trobbija tal-Bhejjem u t-Tjur.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Arabja Sawdija?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Arabja Sawdita huma dawn:
Memorandum of Understanding
dwar Koperazzjoni fuq l-Edukazzjoni Għolja bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja tal-Arabja Sawdita,
Memorandum of Understanding
fuq Affarijiet fil-Qasam Marittimu bejn il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tat-Trasport tal-Arabja Sawdita.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm posting orders li ġew mitmuma jew mibdula fit-termini ta' żmien mid-9 ta’ Marzu 2013 sas-26 ta’ Mejju 2013? Min kienu dawn l-uffiċjali? X'kienu r-raġunijiet speċifiċi għala dawn il-postings intemmew jew ġew emendati?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-unika Posting Order li ħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mid-9 ta' Marzu 2013 sas-26 ta' Mejju 2013 hija Posting Order numru 3/2013 li ġġib id-data tat-23 ta' Mejju 2013.
Posting Ordernumru 3/2013 tinkludi disa' (9) postings ġodda, żewġ (2) estensjonijiet ta' postings u żewġ (2) postings li ser jintemmu fit-30 ta' Ġunju 2013 u fil-31 ta' Lulju 2013 rispettivament. Jekk l-Onorevoli Interpellant trid l-ismijiet ta' dawk involuti, nippreferi ngħaddihomlha privatament.
Wieħed mill-uffiċjali ser itemm il-posting tiegħu f'Dublin fit-30 ta' Ġunju 2013 ma' tmiem il-Presidenza Irlandiża tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li jibqa' jservi fil-pajjiż. Filwaqt li l-uffiċjal l-ieħor ser itemm il-posting tiegħu minn Beijing sabiex ikun jista' jservi fl-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr skont l-interessi u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tas-Segretarjat Privat tiegħu illi għandhom jew huma involuti f’xi tip ta’ xogħol ieħor? Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux membri fis-segretarjat privat tiegħu li jaħdmu part-time mal-Ministeru? Jekk iva, min huma u xi rwol għandhom? Jista’ jgħid jekk għandux membri fis-segretarjat privat tiegħu li għandhom impjieg part-time band’oħra? Jekk iva, min huma u xi rwol għandhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Fis-Segretarjat Privat hemm membru wieħed biss li jagħti lectures mad-Diplo Foundation u l-MEDAC.
Meta jingħataw dawn il-lectures ikun aċċertat li ma jaffetwawx il-ħidma tas-Segretarjat tal-Ministru.
Dan l-individwu kien diġa jagħti dawn il-lectures qabel il-ħatra tiegħu fis-Segretarjat Privat.
Ma hemm ebda membru ieħor fis-Segretarjat Privat li jaħdem part-time mal-Ministeru, jew li għandu mpjieg part-time band'oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed iħejji rapport li jista' jwassal sabiex jingħalqu xi ambaxxati jew konsolati Maltin? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-membri tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ġew mitluba jirriżenjaw? Ġew aċċettati xi riżenji?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-rapport li qiegħda tagħmel referenza għalih għandu l-għan li nimmassimizzaw il-ġid li nistgħu nieħdu minn dawn l-ambaxxati u mill-flus li nonfqu fuqhom bħala pajjiż.
Nikkonferma li bi żvista il-membri tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ġew mitluba joffru r-riżenja. Dan kien ikkoreġut immedjatatament u ġie ċċarat li dan kien bi żvista.
Ma ġew aċċettati ebda riżenji minħabba f'hekk. Irid jingħad li aktar tard membru mill-Kunsill issottometta r-riżenja tiegħu għal-raġunijiet personali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-15 ta’ Mejju 2013 lis-Segretarju Permanenti preżenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li huwa mifhum li kien iservi ta' ambaxxatur għal Malta għall-Istati Uniti sa qabel id-9 ta’ Marzu? Jekk iva, kemm kienu dawn il-pagamenti u kif inħadmu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin ħallas il-paga u l-allowances normali u li kienu dovuti lill-Uffiċjal tal-Ministeru għas-servizz li ta bħala Ambaxxatur kif ukoll għas-servizz tiegħu bħala Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, skond kif provdut fil-kuntratt tiegħu, b'effett mill-15 t'April 2013 jiġifieri mid-data tal-ħatra tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom m'hawn ebda kuntratt ta' servizzi ta' sigurtà li huma in vigore.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ta' sigurtà ġew meħuda fir-rigward tal-konsolat Malti ġewwa Bengażi fil-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Konsolat Malta huwa lokat temporarjament fil-Hotel Tibesti.
Il-hotel Tibesti għandu s-servizz ta' sigurtà tiegħu li dan l-aħħar ġie imsaħħaħ. Fl-istess ħin l-awtoritajiet Libjani qed jipprovdu servizz ta' sigurtà speċjali ħdejn il-konsolat Malti, li jinstab fl-ewwel sular tal-hotel.
Qegħdin insegwu b'attenzjoni kbira l-iżviluppi f'Benghazi kif ukoll f'partijiet oħra tal-Libja. Jekk jinħoloq il-bżonn aħna lesti biex l-istaff Malti jiġi rtirat minnufih lejn post aktar żgur. Sa issa ma jinħassx dan il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Libja?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Memoranda of Understanding li għad iridu jigu ffinalizzati mal-Libja huma dawn:
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja,
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-Libja fil-qasam tal-edukazzjoni għolja,
Memorandum bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima ta' Malta u l-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Libja fil-qasam tal-agrikoltura, is-sajd u l-harsien tal-annimali,
Memorandum bejn l-Uffiċċju tad-Dwana ta' Malta u l-Amministrazzjoni tad-Dwana fil-Libja dwar koperazzjoni fil-qasam tad-dwana,
Ftehim dwar koperazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ.