Jista' l-Ministru jara kif jista' jgħin biex sqaq nru 1, Triq San Pawl, Rabat, Malta jiġi mdawwal sew b'sistema ta' street lighting għaliex id-dlam fit-triq qiegħed ikun ta' periklu għar-residenti tal-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li r-responsabbilta’ ta’ l-street lighting fit-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. L-istess Kunsill għandu jagħmel applikazzjoni lil Enemalta biex din tiġi investigata.
Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċetata, il-Kunsill Lokali imbagħad jieħu ħsieb biex titwaħħal il-lampa jew lampi skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-programmi sportivi kważi spiċċaw għal kollox mill-istazzjoni tax-xandir nazzjonali tal-PBS? Jista' jgħid x'sar mill-preżentaturi u kummentaturi sportivi li kienu jaħdmu mal-PBS, kemm dawk full-time kif ukoll part-time?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskeda tax-xandir tal-PBS issir skond il-politika nazzjonali dwar ix-xandir li l-gvern ippublika fl-2003. Il-Board Editorjali tal-PBS, li hu Board awtonomu f'materji li għandhom x'jaqsmu ma l-obbligi tas-servizz pubbliku tal-PBS, perjodikament jirraporta dwar kemm il-PBS jissodisfa jew le l-obbligi tiegħu.
Ma jirriżultax illi kif jgħid l-Onor. Interpellant "l-programmi sportivi kważi spiċċaw għal kollox." Il-PBS juża diversi ġurnalisti sportivi u qatt ma kellu kummentaturi sportivi full time.
L-ġurnalisti li qed jieħdu sehem fl-iskedi kurrenti ġew magħżula wara sejħa pubblika għall-programmi sportivi.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi m'għandiex Dipartimenti
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23498, jista' l-Ministru jikkonferma li b'diversi każi ġiet akkwistata proprjeta' għall-użu ta' substation bi ħlas meta l-bżonn għall-istess substation kien preċiżament għall-iżvilupp ta' l-istess sid li min għandu ġiet akkwistata l-proprjeta' għall-substation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond l-Electricity Supply Regulations, (LN 27/1999) l-Enemalta hija obbligata li tixtri u tiffinanzja substations jekk l-iżvilupp huwa kklassifikat skond l-istess Electricity Supply Regulations bħala ‘Multiple Consumer’.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22746 dwar proġetti approvati mill-Malta Enterprise fl-2005 u fl-2006, jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni li tlabtu?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma' l-Airport services co. ltd.? Kemm hemm minnhom li se jibqgħu ma' l-Air Malta? Kemm se jmorru mal-kuntrattur privat ġdid li se jforni l-ikel lill-Air Malta?
B'liema kondizzjonijiet se jispiċċaw dawn il-ħaddiema? B'liema kondizzjonijiet ġodda se jaħdmu mal-kuntrattur il-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kumpanija Airport Services Co Ltd għandha sitta w għoxrin impjegat fuq il-kotba tagħha. Ħadd minn dawn il-ħaddiema mhu ser imur ma l-Airmalta. Meta l-AirMalta ħarġet is-sejħa għall-offerti sabiex, bħal ma dejjem għamlet, biex tissalvagwardja l-impjiegi, għamlitha b’kundizzjoni illi min jirbaħ l-offerta jintrabat li jagħti mpjieg fuq kuntratt indefinit lil-25 minn dawn il-ħaddiema li bħalissa qiegħdin jagħmlu dan ix-xogħol. Dan fil-fatt sar u mill-1 ta’ April li ġej dawn ser jgħaddu għal fuq il-kotba tal-kumpanija li rebħet l-offerta fuq kuntratt indefinit u bl-istess kundizzjonijiet li għandhom illum.
X'inhuma r-running costs tal-gas turbines komparat mal-combined cycle biex jiġi ġenerat l-elettriku mill-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-2006, l-ispiża tal-fuel biex tiġġenera 1Kwh mill-combined cycle gas turbines kienet medja ta' 4.077c, filwaqt li għal open gas turbine l-ispiża ekwivalenti kienet tkun ta' 6.057c.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ttieħdet deċiżjoni li se ssir substation f'garage ta' karozza waħda fi triq privata f'College Street, Mosta meta ħajt ma' l-istess garaxx fejn se ssir substation, joqogħdu n-nies u hemm saħansitra kmamar tas-sodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23605 u jgħid meta nbeda x-xogħol fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm ġej jiswa l-proġett u kemm tħallsu l-kuntratturi s'issa? Meta suppost tlesta l-proġett u meta fil-fatt hu maħsub li jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq l-Impjant f'Għawdex inbeda fi Frar ta' l-2006.
Il-proġett hu stmat li ser jiġi jiswa madwar Lm 3.2 miljun li minnhom s'issa tħallsu madwar 20 fil-mija ta' l-ammont.
Il-proġett kien mistenni jitlesta f'nofs din is-sena iżda l-previżjoni attwali hi li jkun lest sa l-aħħar t'Awwissu 2007 minħabba dewmien dovut għall-kuntrattur.
B'riferenza għat-tender maħruġa mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tal-mains u galleries tad-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħid: i) min rebaħ din it-tender? ii) x'esperjenza għandu f'dan ix-xogħol ir-rebbieħ tat-tender? iii) l-impjant u l-inġenji tiegħu ġew ċertifikati mill-Bureau Veritas? iv) x'inhu x-xogħol li għamel s'issa inkluż tulijiet ta' mains li ġew imnaddfa? v) meta beda x-xogħol dan il-kuntrattur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-applikanti li applikaw għal pilots ma' l-Air Malta f'Jannar li għadda u li ma ntagħżlux minħabba li ma kellhomx A levels imma kellhom il-kwalifikazzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa, hux se jintagħżlu biex jagħtu servizz lill-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Avukat Ġenerali u l-uffiċċju tiegħu kienu l-konsulenti legali tal-gvern Malti fin-negozjati u l-iffirmar tal-kuntratt ta' Smartcity?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom id-dawl u l-ilma maqtugħin illum? Kemm inqatgħu servizzi kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin għax ma tħallsux il-kontijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li l-poles tad-dawl immarkati fuq il-mappa li qed tintbagħat separatament, fil-limiti ta' Binġemma jinbidlu u jekk jista' ikun jitressqu għat-triq immarkata minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li l-arbli li saret referenza għalihom jinsabu fi stat daqshekk ħażin, għaldaqstant mhux sejrin jinbidlu għalissa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21814 u jgħid jekk jistax jgħid kemm nefaq il-gvern biex eżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża għall-Korporazzjoni Enemalta biex teżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 hija stmata li tammonta għal Lm660,000. Ta' min wieħed iżid li din hija stima peress li l-kontijiet għas-sena 2006 ikunu għadhom ma ħarġux kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proġett approvat il-Malta Enterprise din is-sena? Kemm huwa mistenni li jiġġeneraw investiment? Kemm hu mistenni li joħolqu mpjegi fit-tliet snin li ġejjin? Kemm minn dawn il-proġetti huma għal Għawdex? Kemm se jkun l-investiment tagħhom f'Għawdex? Kemm se joħolqu mpjiegi f'Għawdex? Jista' jagħtina l-istess informazzjoni għall-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-2005, il-Malta Enterprise approvat 69 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta' Lm28,783,437 u li jħaddmu 912 impieg full timers u 16 part timers sat-tielet sena ta l-operat tagħhom (dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2005 irrispettivament ta l-istatus tagħhom).
Sa Novembru 2006, il-Malta Enterprise approvat 87 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta Lm36,614,817 u impjiegi ta 2612 sat-tielet sena ta’ l-operat ( dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2006 irrispettivament ta l-istatus tagħhom).
Fl-2005, ġew approvati 6 proġetti għal Għawdex li pproġettaw investiment ta’ Lm1,478,600 u impjiegi ta' 160 sat-tielet sena ta' l-operat ( dawn il-proġetti għall-Għawdex jirriflettu proġetti irrispettivament ta l-istatus tagħhom). Fl-2006, ġew approvati 7 proġetti għal Għawdex li pproġettaw 31 impjieg u li investu Lm 289,000 sat-tielet sena ta’ l-operat tagħom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati magħha l-kumpannija Air Malta sa Mejju ta' l-1987, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga?
Kemm ġew impjegati ħaddiema mal-kumpannija sena b'sena minn Ġunju 1988 sa Diċembru 2006, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Freeport Corporation — Trasferiment ta' artijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprja f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-Malta Freeport Corporation Ltd., taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset?
Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Ltd. u l-Malta Freeport Terminals Ltd. biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda, taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas?
Jista' jikkonferma wkoll jekk il-Malta Freeport Corporation Ltd. hijiex qed tgħaddi l-profitti tagħha lill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Il-profitt tal- Malta Freeport Corporation Ltd u l-utiliżż tagħhom huma murija fl-"audited accounts" li jitpoġġew regolarment fuq il-Mejda tal-Kamra..