B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14731 dwar il-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, filwaqt li napprezza "li proġetti ta' l-istatura ta' l-impjant" imsemmi jirrikjedu preparazzjonijiet li jieħdu żmien twil, tista' il-Ministru tgħid:
Liema dipartiment jew entita' hu/hija responsabbli għat-twettiq ta' dan il-proġett;
Jekk l-Unjoni Ewropea approvatx li l-fondi ta' pre-adizzjoni għal dan il-proġett għandhomx żmien sa l-aħħar ta' l-2006 biex jintenfqu?
Jekk hemmx assigurazzjoni li dawn il-fondi ma jintilfux billi l-proġett waqa' daqshekk lura;
F'liema xahar tas-sena 2000 bdiet tiġi investigata l-possibbilta' li l-proġett ta' Għawdex jitwettaq flimkien maż-żewġ impjanti ta' Malta taħt kuntratt wieħed;
Min investiga din il-possibbilta';
F'liema stadju kien wasal il-proġett għal Għawdex meta bdiet din l-investigazzjoni;
Xi tfisser meta qalet li f'Lulju 2001 "il-Kabinett tal-Ministri irreveda l-potenzjal ta' finanzjament permezz tal-fondi ta' pre-adizjoni ta' l-Unjoni Ewropea";
Minn min u meta eżattament kien li fl-2002 "ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni li dan il-proġett kien ser jiġi parzjalment finanzjat minn fondi ta' pre-adizjoni mill-Unjoni Ewropea";
Meta eżattament "saru l-laqgħat barra l-qorti biex tissolva l-problema tal-mandat ta' inibizzjoni li kien qed joħloq dewmien għall-proġett";
Min ħa sehem f'dawn il-laqgħat;
Għaliex intgħażlet it-triq ta' laqgħat barra l-qorti minflok tħalla għaddew il-proċess fil-qorti;
X'kien il-ftehim li ntlaħaq barra l-qorti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Risposta:
Jiena nfurmata kif gej:
Fil-progett tal-Impjant tad-drenagg ta' Ghawdex, il-project leader hija ll-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma. Il-finanzjament tal-progett huwa pprovdut taht il-vot tal-Ministeru ghal Ghawdex.
Il-kuntratt ghall-finanzjament ta' dan il-progett mal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea jispecifika li l-progett ghandu jkun konkluz sa' Novembru 2006. M'huwiex anticipat li ser jintilfu xi fondi ta' pre-adezjoni allokati ghal dan il-progett.
Il-possibbilta' li l-proġett ta' Għawdex jitwettaq flimkien maż-żewġ impjanti ta' Malta taħt kuntratt wieħed bdiet tigi nvestigata f'Settembru 2000. Din l-evalwazzjoni saret mill-konsulenti tal-Gvern fuq il-Master Plan tad-Drenagg. F'dak iz-zmien, fuq l-impjant ta'Ghawdex, kien ghaddej il-process tal-Awtorita tal-Ippjanar biex jigi approvat is-sit ghal dan l-izvilupp.
Rigward id-diskussjonijiet fil-kabinett tal-Ministri f'Lulju 2001 dwar dan is-suggett, nhoss li r-risposta moghtija fil-Mistoqsija Parlamentari 14731/05 ma titlobx aktar kjarifika.
Id-deċiżjoni li dan il-proġett kien ser jiġi propost biex ikun parzjalment finanzjat minn fondi ta' pre-adezjoni mill-Unjoni Ewropea giet konfermata mill-Kabinett f'April 2002
Rigward il-mandat ta' inibizzjoni, saru erbgha laqghat bejn l-2003 u Mejju 2004 li ghalihom m'ghandniex id-dati tas-sehh partikolari. B'rizultat ta' dawn il-laqghat, il-mandat gie rtirat fl-10 ta' Gunju 2004. F'dawn il-laqghat kienu prezenti ufficjali tat-Taqsima tax-Xogholijiet (2003) u wara mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (2004), flimkien mal-parti li ressqet il-mandat. Jiena nfurmata li l-ghazla ta’ ftehim barra l-Qorti kienet l-ahjar ghazla biex jigi assigurat li jintilef l-inqas zmien possibbli meta wiehed jikkonsidra li z-zmien huwa fattur importanti hafna ghal dan il-progett.
Il-ftehim li ntlahaq jikkoncerna garanziji fuq limiti ta' emissjonijiet ta' hsejjes u rwejjah skond kif stabbiliti fl-istudju tal-impatt ambjentali. Sar ukoll ftehim fuq triq ta' access li kienet sodisfacenti ghall-partijiet kollha u ghall-MEPA.
B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 15015, tista' jekk jogħġobha tgħidli x'akkwista Għawdex mill-fondi kollha ta' l-Unjoni Ewropea u kif jipparaguna l-mod qawwi ħafna li gawda Għawdex mal-mod li gawdiet il-gżira ta' Malta? Tista' il-Ministru tinnota li t-Lm30 miljun li l-Italja qed tagħti lil Malta ikabbru l-prodott gross domestiku tal-gżira ta' Malta b'madwar 1.5% u ta' Għawdex jibqa' fejn hu? Tista' tgħid kemm se jkun kiber il-prodott gross domestiku tal-gżira ta' Malta u dak ta' Għawdex rispettivament b'dak li ż-żewġ gżejjer se jkunu akkwistaw separatament mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Tista' tgħidli jekk hija qablitx mad-deċiżjoni li ttieħdet li Għawdex jieħu biss Lm120,000 minn Lm30 miljun?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għar-rigward ta’ x’akkwista Għawdex mill-fondi tal-Unjoni Ewropea nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 14497.
Dwar il-paraguni msemmija u r-riferenza għall-prodott gross domestiku l-Onor. Interpellant suppost jaf li dan joħroġ mill-istatistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u għaldaqstant għandu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-erba' korsijiet ġodda li ser isiru fiċ-ċentru ta' l-Universita' ta' Għawdex li dwarhom tqassmu l-fuljetti fid-djar u li huma bl-Ingliż u b'riferenza għal admission requirements senjalment għall-applikanti mingħajr ċertifikati, tista' il-Ministru tgħid x'ser ikunu l-kriterji ta' l-għażla mill-board of studies biex l-applikanti jkunu jistgħu jidħlu għall-kors, minkejja li ma jkollhomx O level standard of education?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li dawk l-applikanti li ma jkollhomx ċertifikati formali ta’ “O” levels ser isirilhom interview mill-Board of Studies tal-kors u jiġu mitluba jiktbu kompożizzjoni qasira, taħt kundizzjonijiet ta’ eżami, fuq suġġett magħżul mill-Board, biex jiġi stabbilit jekk dawn l-applikanti humiex kapaċi biżżejjed biex ikun jistgħu jipparteċipaw fil-korsijiet bi gwadann għalihom.
Peress li Triq Calleja f'Kerċem Għawdex hija perikoluża ħafna u anke seħħew inċidenti fatali fiha u peress li saru talbiet mir-residenti Kerċemin biex din it-triq titwessa', tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa l-ministeru biex din il-problema tiġi rimedjata u jitneħħa l-periklu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Kerċem Ghalhekk nitlob lill Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 15018 dwar l-inċentivi li jingħataw lill-kumpanniji li joperaw fil-qasam tal-manifattura f'Għawdex biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż żejda ta' trasport, peress li għaddiet sena minn meta ngħatat it-tweġiba li hija rriferietni għaliha u dawn l-inċentivi baqgħu jingħataw, tista' il-Ministru terġa' tiżgurani li dawn se jibqgħu jingħataw u li m'hemm l-ebda ħsieb li jitwaqqfu?
Tista' tirrispondini għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 15018 li għaliha ma tatnix tweġiba u tgħidli x'se jsir mill-iskema ta' trasport b'xejn ta' prodotti tal-bdiewa u qabdiet tas-sajjieda Għawdxin minn Għawdex għal Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fondi għal l-iskopijiet msemmija fil-mistoqsija ġew allokati fl-estimi finanzjarji għas-sena 2006. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għajnuniet msemmija, kienu, għadhom u jibqgħu fuq l-aġenda ta’ dan il-Gvern.
B'riferenza għaċ-ċirkolari MG84/2005 dwar sponsorships għall-korsijiet tal-masters, tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw u x'kien il-grade u l-posting ta' kull applikant? Tista' in oltre tgħid kemm ġew sponsorjati u x'kien il-grade u l-posting ta' dawk magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li tliet uffiċċjali applikaw għaċ-ċirkulari MG 84/2005 dwar sponsorships għall-Kors tal-Masters fl-Ekonomija. Il-grad u l-posting tagħhom huma kif murija hawn taħt:
Grade
Posting
Principal
Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp – Head Office
Instructor
Dipartiment tal-Customer Services – Taqsima ta’ l-Edukazzjoni
Principal
Segretarjat Permanenti
Sal-lum ħadd minn dawn għadu ma ġie sponsorjat.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-attivitajiet u skambji taż-żgħażagħ Għawdxin li ngħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kienet l-għajnuna għal kull attivita'/skambju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw kull sena mill-1998 'il hawn mit-technician apprenticeship scheme, mill-extended skills training scheme u mill-ispecial education programme? X'kienet in-nefqa tal-gvern fuq kull waħda minn dawn l-iskemi f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ivvotati u kemm intnefqu flus fuq: i) bini ta' toroq ġodda; u ii) fuq bini mill-ġdid ta' toroq f'Għawdex sena sena mill-1999 sa l-aħħar ta' Settembru 2005? Kemm kilometri saru: i) ta' toroq ġodda; u ii) ta' bini mill-ġdid ta' toroq? Fejn saru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba ghal din il-mistoqsija ser titpogga fuq il-mejda tal-kamra hekk kif l-informazzjoni tkun ingabret kollha.
Tista' il-Ministru tgħid x'attivitajiet wettqet l-orkestra nazzjonali f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kienet l-ispiża kull sena għal dawn l-attivitajiet?
Tista' il-Ministru tgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpannija Gozo Channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li trid tagħti lil Għawdex din il-kumpannija? X'ammont ta' flus qed titħallas il-Gozo Channel bis-saħħa ta' dan il-kuntratt? X'servizzi hi obbligata tagħti? Kemm-il sena ikopri dan il-kuntratt?
Peress li jirriżulta bl-aktar mod ċar li mis-sena 2000 sas-sena 2003, l-aħħar sena li tagħha għadu nħadem il-Prodott Gross Domestiku, il-livell ta' żvilupp f'Għawdex paragunat ma' dak ta' Malta kif ukoll ma' dak tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea kompla jonqos flok żdied; peress ukoll li fid-dikjarazzjoni dwar il-Gżira Reġjun ta' Għawdex li hija annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ddikjara li "qabel l-għeluq ta' kull perijodu tal-budget tal-Komunita' fejn ikun meħtieġ ridefinizzjoni tal-politika reġjonali tal-Komunita, Malta tisħaq li l-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill Ewropew fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod partikolari, fuq id-dislivelli fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta. Il-Kummissjoni tkun mitluba tipproponi miżuri xierqa, kif meħtieġ, fil-qafas tal-politika reġjonali tal-Komunita' jew policies oħra rilevanti tal-Komunita', biex tiżgura li jkomplu jonqsu d-differenzi fil-livell ta' żvilupp bejn Għawdex u Malta kif ukoll biex tiżgura li Għawdex ikompli jintegra ruħu fis-Suq Intern fuq kondizzjonijiet ġusti".
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħadu: i) il-Ministeru tagħha; u ii) il-gvern biex iħarsu u jonoraw din id-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li jsir dak kollu li l-istess dikjarazzjoni tikkontempla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ghalkemm il-kwotazzjoni mid-dikjarazzjoni dwar Ghawdex, li ta l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari hija kollha minnha, nigbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant ghall-paragrafu sussegwenti ta' l-istess dikjarazzjoni fejn jghid li dan jigri jekk Malta bhala pajjiz shih ma tibqax elegibbli ghal certu mizuri tal-politika regjonali. Fil-fatt Malta bhala pajjiz ghadha eligibbli ghal mizuri kollha ta' din il-politika.
Tista' il-Ministru tgħid x'hemm bħala proposti fi proġetti għal Għawdex mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea fil-budget ta' l-Unjoni 2007-2013?
Liema għaqdiet u korpi kostituti ġew ikkonsultati fit-tfassil ta' dawn il-proposti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-process ta programmazjoni tal-Fondi Strutturali u tal Fond ta Koezjoni ghall perjodu 2007-2013 wasal fl-istadju tal formulazzjoni tad dokument ta' Qafas ta' Riferenza Strategika Nazzjonali. Dan il qafas strategiku huwa ibbazat fuq erbgha prioritajiet generali ewlenin li huma: il kompettitivita u l'intrapriza, l'ambjent, l'accessibilita u infrastruttura, u il qasam tax xoghol u l'inkluzzjoni socjali. Fil bidu tal-2006, dan il-pjan strategiku nazzjonali ser jipprovdi il- qafas ta sejha ufficjali ghal progetti sewwa fil kaz ta Malta kif ukoll ta' Ghawdex u li jkunu jistghu jigu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea ghas snin 2007-2013.
Kif sar f'Malta, f'Ghawdex diga nbeda l-process ta konsultazzjoni mal partijiet interessati biex dawn jaghtu l-kontribut taghhom dwar il-prijoritajiet u progetti ghal Ghawdex, sewwa fl'ambitu tas-settur pubbliku u kif ukoll fis-settur privat. Fit-28 ta’ Settembru 2005 fil-Ministeru għal Għawdex saret laqgħa ta’ konsultazzjoni fejn ġew mistiedna l-istakeholders Għawdxin.
Tista' il-Ministru tgħid s'issa xi progress sar mit-twettiq ta' proġetti pubbliċi b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea f'Għawdex? Kemm intnefaq f'kull każ? Se jilħqu jsiru fiż-żmien ippjanat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-progress li sar mit-twettiq ta’ proġetti pubbliċi b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea f’Għawdex jidher fit-tabella hawn taħt
Isem tal-Proġetti
Progress
A Training Institute for the Tourism Industry in Gozo
L-ewwel offerta ingħatat u beda x-xogħol, filwaqt li l-offerti l-oħra qiegħdin fil-fażi ta’ preparazzjoni.
Extension of the Centre for Art and Crafts and Setting up a Crafts Development Centre
L-ewwel żewġ offerti ngħataw u sar ix-xogħol, filwaqt li żewġ offerti oħra ġew ippublikati
Gozo Museum of Archeology Display Project
Wara li intemm il-proċess kollu b’konnessjoni ma l-offerta, ingħatat l-ordini biex jinbeda x-xogħol
Victoria – San Lawrenz Road
Iż-żewġ offerti qiegħdin id-Dipartiment tal-Kuntratti u jinsabu fil-fażi finali
Niche Tourism for the Island of Gozo
L-ewwel offerta ngħatat u beda x-xogħol, filwaqt li l-offerti l-oħra qiegħdin fil-fażi ta’ preparazzjoni
Restoration of Xlendi Road
L-ewwel offerta ġiet ippublikata, filwaqt li l-offerta l-oħra qiegħda d-Dipartiment tal-Kuntratti
ETC Gozo Courses and Schemes
Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda
Craft Courses for Sustainable Careers in Gozo
L-offerta qiegħda d-Dipartiment tal-Kuntratti u tinsab fil-fażi finali
University of Malta – Gozo Centre - Courses
L-offerti ingħataw u l-applikazzjonijiet għal korsijiet li ser jibdew f’Diċembru, bdew jintlaqgħu
Reconstruction of road from Mgarr to Heliport Junction
L-offerta għax-xogħolijiet qiegħda fil-fażi finali
Works in connection with the restoration of Ġgantija Temples
Ix-xogħol fuq dan il-proġett tlesta
Urban Waste Water Treatment
L-offerta ngħatat u saret il-
Full Development Application
li tinsab il-MEPA
Il-pagamenti qed isiru skond l-iskeda tal-pagamenti li hemm indikata f’kull kuntratt rispettiv,
u il-proġetti ser isiru fiż-żmien ippjanat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'Għawdex f'dawn l-qosma bejn Jannar u Settembru tas-snin 2003, 2004 u 2005: 1) mal-gvern, 2) fil-qasam tal-manifattura u 3) fil-qasam tat-turiżmu?
Tista' il-Ministru tikkonferma jekk inbiegħetx xi parti mill-proprjeta' Villa Rundle, fir-Rabat Għawdex lill-iżviluppatur tal-proġett fuq is-sit tal-lukanda Duke of Edinburgh?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda Għawdxin fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'il hawn u skond l-eta' tagħhom? Kemm kien id-dħul tagħhom kull sena fl-istess perijodu u għat-tliet kategoriji separati? Kemm kien hemm raba' tinħadem fl-aħħar ta' kull sena bid-daqs u t-tip tagħha? X'kien il-volum ta' laħam frisk ta' ċanga, majjal u broilers prodotti f'Għawdex u li nqatlu fil-biċċeriji tal-gvern tal-privat f'Għawdex u f'Malta kull sena mill-1999 sal-lum? X'kien il-volum ta' frott u ħaxix frisk prodott f'Għawdex u mibjugħ fi swieq organizzati f'Malta u Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kien il-volum ta' ħalib frisk prodott f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata kif ġej:
Fuq l-ewwel parti tal-mistoqsija in-numru ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda f’Għawdex kienu
Bdiewa u Raħħala
Sajjieda
1999
349
2000
347
2001
2841
352
2002
3039
382
2003
3537
404
2004
3198
401
2005 (fil-31 ta’ Ottubru 2005)
3370
395
Għas-snin 1999 u 2000 ma kienetx tinżamm statistika ta’ bdiewa u raħħala. Il-figura ta’ bdiewa u raħħala għas-sena 2001 hija skond l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u hija maqsuma fi gruppi ta’ eta’ kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt.
Full timePart-time
Iżgħar minn 19 sena
6
28
Minn 20 sa 29 sena
21
105
Minn 30 sa 39 sena
53
325
Minn 40 sa 49 sena
68
597
Minn 50 sa 59 sena
54
640
Minn 60 sa 69 sena
12
484
Aktar minn 69 sena
3
445
Għas-snin l-oħra ma nżammetx statistika maqsuma bl-eta’ minħabba li l-uniku ċensiment li sar fil-perjodu 1999-2005 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika kien għas-sena 2001.
Dwar sajjieda ma tinżammx statistika maqsuma fl-eta’.
Fuq it-tieni mistoqsija dwar dħul ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda, din l-informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għal Għawdex.
Dwar raba li jinhadem, skond l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fis-sena 2001 l-art agrikola kienet tammonta għal 2226 ettari maqsuma f’135 ettari ta’ raba’ saqwi, 1813 ettari ta’ raba’ bagħli u 278 ettari ta’ raba’ mogħxa. Fl-2003 l-art agrikola kienet tammonta għal 2309 ettari skond il-Farm Structure Survey maħruġ mill-istess uffiċċju.
Fuq ir-raba’ mistoqsija, skond l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-volum ta’ ċanga, majjal u tiġieġ tas-simna prodott u maqtul f’Għawdex biss huwa kif jidher hawn taħt
Sena
Ċanga
Tunnellati
Majjal
Tunnellati
Tiġieġ tas-Simna
Tunnellati
1999
90
452
-
2000
86
450
-
2001
54
515
1479
2002
75
554
1630
2003
89
520
1791
2004
37
159
1448
Għas-snin 1999-2000 ma ġietx ippubblikata statistika dwar tiġieġ tas-simna.
Il-volum ta’ frott u ħaxix frisk prodott f’Għawdex mibjugħ fis-swieq organizzati f’Malta u Għawdex kien hekk:-
Sena
Piż
1999
1,615 tunnellati (1)
2000
6,932 tunnellati
2001
7,382 tunnellati
2002
7,901 tunnellati
2003
8,038 tunnellati
2004
6,970 tunnellati
2005 (sal-31 Ottubru)
5,253 tunnellati
(1) ma jinkludix il-bejgħ fil-Pitkalija ta’ Malta
Il-volum ta’ ħalib frisk prodott f’Għawdex kien:
SenaGallun
1999
2474835
2000
2460024
2001
2506938
2002
2404712
2003
2370928
2004
2496599
2005 (sat-30 ta’ Settembru)
1426445
Trasferiment ta' residenzi minn Malta għal Għawdex
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm minn dawk il-persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1999 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?