Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #16001 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-biċċerija ta' Għawdex għadha mhux tiffunzjona? Kemm kien in-numru ta' bhejjem li nżammu Malta minħabba li l-biċċerija f'Għawdex hija magħluqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-biċċerija ta’ Għawdex għadha ma hix tiffunzjona minħabba li għadu għaddej il-proċess ta’ upgrading tal-post. Jiena nfurmata wkoll li minn kemm ilha magħluqa l-biċċerija sal-aħħar ta’ Diċembru 2005 inqatlu 9,626 majjal u madwar 240 baqra u 250 barri f’Malta.
Leg 10 PQ #16169 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Tista' tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-2004 ingħataw żewġ kuntratti lill-persuna konċernata. Wieħed minn dawn il-kuntratti ingħata mis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex għall-ammont ta’ Lm2500 filwaqt li l-ieħor ingħata mid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ammont ta’ Lm1719.06. Matul is-sena 2005 ma ngħata l-ebda kuntratt lill-persuna konċernata. Il-Ministeru għal Għawdex ħallas l-ammont ta’ Lm2500 fil-każ ta’ l-ewwel kuntratt filwaqt li ħallas biss l-ammont ta’ Lm309.43 bħala VAT dovut fuq it-tieni kuntratt. Ma ngħataw l-ebda kuntratti lill-kumpanija Islands Consultancy Services bejn is-sena 2004 u l-2005.
Leg 10 PQ #16246 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Construction management

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma l-konsulenti magħżula għas-servizz ta' construction management għal bini ta' toroq f'Għawdex permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-ditta li ġiet assenjata s-servizz ta' construction management għal bini ta' triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz f'Għawdex permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea hija Innovative Architectural Structures Ltd għal valur ta' Lm49,000.
Leg 10 PQ #16199 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

It-Tokk, Rabat — Monument tal-gwerra

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni ismijiet ta' Għawdxin li kellhom jiddaħħlu fil-monument tal-gwerra li hemm fit-Tokk fl-okkażjoni tar-restawr ta' dan l-istess monument li sar dan l-aħħar, fil-fatt ma ddaħħlux? Kemm kienu l-ismijiet li tħallew barra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ismijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Ministeru għal Għawdex minn studjuż ta’ l-istorja tal-gwerra f’Għawdex waqt li kien qed isir ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Monument tal-Gwerra. Peress li dan ir-restawr ġie inawgurat fl-okkażjoni tar-Remembrance Day, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex dawn jitwaħħlu sa din id-data. Dan ukoll minħabba li kien għad hemm xi dubju dwar xi wħud minnhom. Fil-fatt, ġie deċiż li jiżdiedu 38 isem ieħor. Dan ix-xogħol ser isir fil-bidu ta’ Jannar 2006.
Leg 10 PQ #16052 Sitting 335 2005-12-07 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Użu mis-servizz tal-Melita cable

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tagħha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? F'każ fl-affermattiv, min huma u kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa. Impjegati li jaghmlu uzu mis-servizzi tal- Melita Cable Spiza 2004 Lm Spiza 2005 (sal-lum) Lm Segretarjat Privat tal-Ministeru 206.25 161.24 Skola Primarja San Lawrenz Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Skola Primarja Gharb Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Skola Junior/Sekondarja Agius de Soldanis, Victoria Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Skola ta' l-Arti Nadur Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta Mhallsa mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Malta
Leg 10 PQ #16113 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet tal-helicopter

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk fil-preżent humiex għaddejjin xi diskussjonijiet bejn in-naħa tal-gvern u persuni mis-settur privat sabiex jiġi mistħarreġ jekk huwiex viabbli u possibbli li t-titjiriet tal-helicopter jiġu estiżi għal pajjiżi 'lil hinn minn xtutna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li aħna favur dan l-iżvillup li ċertament ikun ta’ ġid għall-ekonomija Għawdxija, din il-mistoqsija għandha tkun magħmula lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15934 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

EU — Fondi għal Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14497, tista' il-Ministru tgħid meta bdew, jew meta mistenni li jibdew, u jispiċċaw ix-xogħlijiet fuq kull proġett li jidher fil-lista li tatni mat-tweġiba? Kif u meta hu mistenni li jsiru l-pagamenti fuq kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-lista annessa. Il-pagamenti jsiru skond l-iskeda tal-pagamenti stipulata f’kull kuntratt. Nru. Tal-Progett Isem tal-Progett Bidu Tmiem ESF 27 ETC Courses and Schemes 2005 2007 ESF 28 Crafts Courses for Sustainable Careers in Gozo 2004 2007 ESF 29 Courses by the University of Malta Gozo Centre 2004 2007 ERDF 31 A Training Institute for the Tourism Industry in Gozo 2005 2007 ERDF 32 Extension of Centre for Art and Crafts and Setting up of Crafts Development Centre 2004 2006 ERDF 34 Gozo Museum of Archeology Display Project 2004 2006 ERDF 35 The Upgrading of the Tina Road network in Gozo 2004 2006 ERDF 36 Niche Tourism for the Island of Gozo 2005 2006 ERDF 43 Xlendi Road 2005 2006 Cohesion Fund GA36 Ghajnsielem to GA38 carriageway Mgarr Ferry Terminal 2005 2007
Leg 10 PQ #15937 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Asfaltar ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn u kif se jkunu miżjuda ma' l-allokazzjoni tas-sena d-dieħla l-Lm500,000 li hija semmiet fil-Kamra waqt id-dibattitu fuq il-vot tal-Ministeru tagħha, għall-asfaltar ta' toroq residenzjali fir-Rabat, l-Għasri u x-Xewkija? Tista' tispjegali għaliex ma ġewx inklużi fil-vot li għadu kemm ġie approvat, ladarba kienet taf bihom? Liema huma t-toroq li se jiġu asfaltati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-fondi addizzjonali ta’ Lm500,000 għat-toroq f’Għawdex ġew approvati fl-Estimi Supplimentari 2005 biex ikunu jistgħu jinħarġu offerti għal xogħlijiet ta’ asfaltar. Peress li ma hux possibli li l-pagamenti relattivi isiru din is-stess, dawn il-fondi ser jiġu trasferiti f’below the line account bis-sahha ta’ avvis legali numru 254/98 biex isiru ħlasijiet għax-xogħlijiet matul is-sena 2006 meta jitlestew u jigu ccertifikati l-istess xoghlijiet. It-toroq li ser jiġu asfaltati huma: Triq il-Qigħan, l-Imrejzbiet u il-Merkanti, Għajnsielem Parti minn triq Dun Franġisk Mizzi u parti minn Triq 26 ta’ Jannar 1855, Għajnsielem Triq il-Firilla, Għajnsielem Parti minn Triq il-Barumbara, Għajnsielem Triq il-Muxrabija, Għasri Triq ir-Ramla, Nadur Triq Gregorio Caraffa u Triq Xemmiex, Nadur Triq l-Imħallef Cremona, Victoria Triq Francesco Masini, Victoria N/S Off Triq Għajn Qatet, Victoria Parti minn Triq Pawlu Portelli, Victoria Triq Wistin Camilleri, Victoria Triq tal-Qacca, Xagħra Parti minn triq fi Triq Gużeppi Bajada, Xagħra Triq Bertrija u Triq Liberat Grech, Xagħra Triq tal-Hniena, Xewkija Triq tal-Qala, Xewkija
Leg 10 PQ #15938 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpanniji reġistrati Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tagħtina tagħrif dwar il-165 kumpannija ġdida li ġew reġistrati fl-aħħar snin f'Għawdex? F'liema qasam ta' l-ekonomija qed joperaw? Kemm minnhom kienu diġa' qed joperaw f'Għawdex taħt xi forma oħra qabel irreġistraw ruħhom bħala kumpannija? Kemm impjegaw ħaddiema ġodda meta irreġistraw ruħhom bħala kumpannija? Kemm-il kumpannija li kienet reġistrata f'Għawdex għalqet fl-istess perijodu? Kemm kienu jħaddmu nies sena qabel għalqu? Kemm kienu jħaddmu nies sentejn qabel għalqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15927 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — EU

Question

Nirriferi lill-Ministru għar-risposta li tatni għall-mistoqsija parlamentari 15344. Peress li l-Ministru rriferietni għar-risposta li kienet tatni għall-mistoqsija parlamentari 14497 fejn jien kont tlabtha tgħidli x'se jibbenefika "Għawdex bħala reġjun distint", tista' il-Ministru allura tgħid jekk ir-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 15344 tfissirx li Għawdex m'hu se jibbenefika xejn mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea "mhux bħala reġjun distint" peress li fir-risposta li tatni għall-mistoqsija parlamentari 14497 m'hemm l-ebda fondi allokati, per eżempju, għall-bdiewa u sajjieda Għawdxin? Tista' tgħid jekk issegwix mill-qrib fejn ikun qiegħed l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' Għawdex, mhux biss għalih waħdu iżda anke paragunat ma' dak ta' Malta u ta' l-Unjoni Ewropea biex tkun tista' tħares l-interessi ta' Għawdex, mhux biss fil-kuntest reġjonali iżda anke f'kuntest nazzjonali u Ewropew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari No. 14497. Il-bdiewa u s-sajjieda kif ukoll operaturi Għawdxin f’oqsma ekonomici ohra jibbenefikaw mill-iskemi ffinanzjati mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, li joħorġu fuq bazi nazzjonali.
Leg 10 PQ #15929 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trattament tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15340 dwar il-proġett tat-trattament tad-drenaġġ, tista' il-Ministru tgħid: Min ħa d-deċiżjoni li jsiru laqgħat barra l-qorti flok li titkompla l-proċedura tal-qorti; Jekk il-qorti kenitx laqgħat il-mandat ta' inibizjoni; Jekk il-Ministeru għal Għawdex qattx ħa sehenm fil-laqgħat li saru barra l-qorti; Tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar barra l-qorti; Jekk Malta hijiex marbuta bit-trattat ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li ma jintefax drenaġġ mhux trattat fil-baħar qabel l-2006; Tassigura li l-proġett ikun lest sa Novembru 2006 skond il-kuntratt ta' finanzjament mal-Kummissjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata kif gej: > >Id-decizjoni li jsir kuntatt barra l-Qorti ittiehdet mill-partijiet governattivi kollha involuti fil-progett bil-ghan li tinstab soluzzjoni li ma tikkawzax problemi ghall-implimetnazzjoni tal-progett. Rigward min ha sehem f'dawn il-laqghat, ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta tieghi ghall-mistoqsija parlamentari nru. 15340. > >Il-qorti kienet laqghet il-mandat ta' inibizzjoni. > >It-trattat ta' adezjoni jorbot lil Malta twaqqaf it-tfigh tad-drenagg mhux ittrattat fil-bahar sa Marzu tas-sena 2007. > >Qed isiru l-isforzi kollha biex dan il-progett jitwettaq sa' Novembru 2006. > >Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlahaq barra l-qorti.
Leg 10 PQ #15930 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi Ewropej

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15025 rigward fondi Ewropej allokati speċifikament għal Għawdex għas-snin 2007-2013, tista' il-Ministru tgħid x'qed tagħmel biex tiżgura li Għawdex jerġa' ikollu fondi allokati speċifikament għalih bħalma għandu taħt il-programm attwali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 15025 u nassigura li Għawdex sejjer jerġa jkollu l-fondi allokati kif kellu taħt il-programm attwali .
Leg 10 PQ #15931 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vot Kapitali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar minn dawk il-flus taħt il-vot kapitali tal-ministeru tagħha taħt kull item kull darba li ma ntnefqux għas-snin 2002, 2003 u 2004? Kemm intnefqu flus s'issa taħt kull item tal-vot kapitali għas-sena 2005? Kemm hu mistenni li jintnefqu flus taħt kull item tal-vot kapitali sa l-aħħar tas-sena? X'se jsir mill-flus li ma jintnefqux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra hekk dif l-informazzjoni tkun inġabret kollha.
Leg 10 PQ #14669 Sitting 329 2005-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Atti ta' żwieġ u atti ta' separazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ u atti ta' separazzjoni f'Għawdex kull sena mill-1998 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #15566 Sitting 321 2005-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

European social fund — Fondi għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħatat fondi l-gżira Għawdxija mill-European social fund? Għal liema proġetti jew xort'oħra ġew assenjati dawn il-fondi? Għal kull proġett imsemmi, kemm ġew allokati fondi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Nru. 14497/2005 li kienet tinkludi l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #15591 Sitting 321 2005-11-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Art ħdejn il-Ġgantija

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15324 u 15454 li saru lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Viċi Prim Ministru li rriferew id-domanda lill-Ministru konċernat, dwar porzjon raba' li tinsab ħdejn il-Ġgantija u li xi żmien ilu kienet intiża biex issir parkeġġ għall-coaches tat-turisti, u peress li din l-istess art tħammlet mill-kunsill lokali tax-Xagħra u anke ġiet ċirkondata b'ħajt tas-sejjieħ, tista' il-Ministru tgħid din l-art għaliex ser tintuża u meta se tibda tintuża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-art imsemmija fil-mistoqsija kienet mimlija terrapien u skart ieħor u wara li din l-art tnaddfet mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra reġa nbena l-ħajt li kien idawwara.
Leg 10 PQ #15540 Sitting 320 2005-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' Żvilupp

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 15036 dwar Pjan ta' Żvilupp għal Għawdex, peress li kważi sena ilu l-istess Ministru kienet qalet lill-Parlament li l-pjan kien kważi konkluż u d-draft tiegħu kien diġa' lest, x'konsultazzjoni kien jonqos issir dwaru mad-direttorati tal-ministeru? Għaliex il-konsultazzjonijiet li kien jonqos isiru ma' dawn id-diretturi wara sena għadhom mhux konklużi? Kif tiġġustifika li kien hemm bżonn ta' sena ta' konsultazzjoni kontinwa ma' dawn id-diretturi wara li l-pjan kien kważi konkluż u meta l-istess ministru sena ilu qalet li "ilna żmien twil naħdmu fuq it-tfassil ta' dan il-pjan"? Tista' il-Ministru tgħidli kif tittollera dan it-tul kollu ta' żmien fuq konsultazzjoni interna dwar dan il-pjan li, skond dak li qalet, ikopri s-snin 2005-2010 u għalhekk ħalliet sena li kellha tkun l-ewwel sena tat-twettiq tal-pjan tgħaddi mingħajr lanqas għadu m'hu konkluż minħabba din il-konsultazzjoni interna? Meta hu mistenni li jitlesta definittivament dan il-pjan? Kif inhu possibbli li d-direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għandhom jimplimentaw dan il-pjan meta għal madwar 40 mistoqsija parlamentari dwar materji ta' importanza kbira għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' Għawdex, il-Ministru għal Għawdex żvelat li hi mhijiex konċernata minn dawn il-materji?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Filwaqt illi nirreferi għal partijiet minn din id-domanda, għall-mistoqsijiet parlamentari numri 15036, 14736 u 14471, inrid ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi konsultazzjonijiet dwar dan il-pjan isiru kemm hu meħtieġ u bl-ebda mod dan ma jfisser illi għax il-pjan għadu mhux konkluż il-Ministeru għal Għawdex qed inaqqas mill-importanza ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex. U l-anqas ukoll ma jfisser illi din l-importanza qed titnaqqas għaliex il-mistoqsijiet parlamentari illi m'humiex mwieġba minni qed jiġu rriferuti lill-Ministru kkonċernat. L-Onorevoli Interpellant suppost jaf illi t-tweġibiet mitluba għandhom jingħataw minn dak il-Ministru illi jkun responsabbli direttament minn dik il-materja, avolja l-informazzjoni mitluba fil-parti l-kbira tal-każijiet tkun diġa' għad-dispożizzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #15548 Sitting 320 2005-11-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tagħti indikazzjoni ta' kemm passiġġieri wżaw is-servizz ġdid tal-helicopter bejn Malta u Għawdex, xahar xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li s-servizz tal-helicopter bejn il-gżejjer Maltin qiegħed jopera fuq bażi kummerċjali ma nħossx li huwa xieraq li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #13948 Sitting 318 2005-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EU — Fondi

Question

Tista’ il-Ministru tgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex issottomettew ħames applikazzjonijiet għall-proġetti mill-Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali li huma r-Restawr ta' Triq ix-Xlendi, Xogħlijiet fit-Triq tal-Ħniena, Triq Sant Antnin u Triq Borg Għarib, Xogħlijiet ta' titjib fi skejjel t'Għawdex, Ċentru ta' taħriġ ta' l-Atletika għal Għawdex, Xogħlijiet ta' titjib fil-Ġonna ta' Villa Rundle u Triq ġdida fl-Imġarr. Minn dawn, l-ewwel applikazzjoni ġiet approvata u t-tieni applikazzjoni ġiet approvata bħala proġett ta' riserva. Il-Ministeru applika wkoll għall-proġett mill-Fond ta' Koeżjoni - Assistenza Teknika, u issottometta wkoll żewġ applikazzjonijiet oħra għal proġett mill-Fondi EEA/Norway.
Leg 10 PQ #15113 Sitting 314 2005-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14587, tista’ il-Ministru tgħid jekk dawn il-flus jitħallsux mill-fondi allokati lill-istess Ministeru jew minn xi vot ieħor? Tikkonferma li l-istudenti Għawdxin, anke dawk li jikkwalifikaw għal għajununa ta’ Lm50 fix-xahar u jaqgħu taħt l-għotja normali ta’ l-istipendju, fil-fatt kellhom tnaqqis fl-istipendju tagħhom hekk kif ħabbar il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ammont ta’ sussidju, kemm lill-istudenti Universitarji Għawdxin kif ukoll lil dawk li jattendu l-MCAST u istituzzjonijiet edukattivi Governattivi oħra f’Malta, ser jithallas minn fondi allokati lill-Ministeru għal Għawdex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għal Press Release Nru. 1388 ippublikata mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fid-29 ta’ Settembru 2005.