Tista' il-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Ottubru 2004 sal-lum? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex minn Ottubru 2004 sal-lum.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-għeneb għat-tagħsir reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Kemm kienet il-produzzjoni in kwestjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-għeneb għall-għasir f’Għawdex fl-2005 qiegħda tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun lesta. Dwar produzzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, jiena nfurmata li fl-2004 din kienet tammonta għal madwar 350,000 kilogram, u li qabel din is-sena ma’ kienitx tinżamm statistika tal-produzzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Kemm kienet il-produzzjoni in kwestjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar f’Għawdex matul l-2005 kienet tammonta għal 4,041,466 kilogramm filwaqt li fl-2004 u fil-2003 kienet 4,179,713 kilogramm u 3,716,822 kilogramm rispettivament. Qabel dawn is-snin ma kienitx tinżamm statistika separata għal-Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tikkonferma li riċentement l-isptar ġenerali ta' Għawdex dam żmien twil bla provvista ta' l-ilma? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Kemm dam l-istess sptar mingħajr din il-provvista?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-provvista ta' l-ilma ta' l-isptar kienet interrotta għal 5 siegħat fil-25 ta' Jannar biex inkunu nistgħu nagħmlu tiswija fuq il-pipes tar-ram li jgħaddi minnhom il-misħun wara li hemm ħsarat mhux previsti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-misħun.
Tista' il-Ministru tagħti dettalji u telenka item item kemm intnefqu flus mill-ministeru tagħha fil-laqgħa li saret riċentement tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM)?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ Lm2278.96 fil-laqgħa li saret riċentement tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM).
Dan l-ammont huwa mqassam f’Lm36.96 bħala kiri ta’ karozzi u Lm2,242.00 f’riċeviment.
Matul is-sena 2005 kemm kien hemm fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea li kellhom jintnefqu fuq proġetti turistiċi f'Għawdex? Kemm intnefqu minnhom? Dawk li ma ntnefqux fuq proġetti turistiċi, f'liema oqsma ntnefqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru Għal Għawdex qed jimplimenta erba’ proġetti taħt il-fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea li l-għan tagħom hu li jtejjbu il-prodott turistiku Għawdxi. Dawn il-proġetti huma:
· Proġett għal kreazzjoni ta’ sit artifiċjali għall-għadds u faċilitajiet ta’ kamra ta’ dekompressjoni
· Proġett ta’ vetrini għall-mużew ta’ l-arkeolġija, Għawdex
· Proġett ta’ bini taċ-ċentru ta’ l-istudji turistiċi f’Ghawdex
· Korsijiet ta’ taħriġ fl-industrija tat-turizmu li jifforma parti mill-proġett ta’ skemi u korsijiet tal-ETC.
Il-fondi allokati għal dawn il-proġetti jintefqu skond l-iskeda li hemm fil-kuntratti rispettivi. Il-ħlasijiet ta’ wħud mill-proġetti jridu jsiru sa l-aħħar ts-sena 2006 u oħrajn sa l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007.
Il-proġetti l-oħra approvati taħt il-fondi strutturali u li qiegħdin fl-istadju ta’ implimentazzjoni huma dawn li ġejjin:
· Proġett tal-estensjoni taċ-Ċentru ta’ l-arti u snajja u l-bini ta Ċentru għall-izvillupp tas-snajja
· Proġett ta’ titjib tat-triq San Lawrenz/Rabat
· Proġett ta’ titjib tat-triq Xlendi/Rabat
· Proġett ta’ korsijiet fis-snajja
· Proġett ta’ korsijiet miċ-Centru ta’ Għawdex ta’ l-Universita’ ta’ Malta
· Proġett ta’ skemi u korsijiet mill-ETC Għawdex.
Tista' il-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15190 dwar bini ta' toroq f'Għawdex li kont għamilt fil-25 ta' Ottubru 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-1999 sa l-aħħar ta’ Settembru 2005 il-fondi għal xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex, u n-nefqa fuq toroq ġodda u fuq toroq li nbnew mill ġdid huma kif jidhru fl-iskeda annessa. Ta’ min jgħid li n-nefqa totali kif murija fl-iskeda tinkludi wkoll spejjes ta’ provvista ta’ materjal, pagi ta’ ħaddiema u vetturi impressed esproprijazzjoni ta’ art, kiri ta’ makkinarju u spejjes oħra konnessi mat-toroq kif ukoll ħlasijiet ta’ spejjes li ġew minn qabel l-1999.
Ix-xogħlijiet fit-toroq jinkludu madwar 31,665 metri kwadri ta toroq ġodda u 66,070 metri kwadri ta’ toroq jew partijiet ta’ toroq li nbnew mill ġdid kif ukoll 1,123 metri ta’ kanali għall-ilma tax-xita.
Dawn ix-xogħlijiet saru fil-Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija, Xlendi, Żebbuġ.
Seduta Nru 348
(01.02.2006)
Flus Ivvotati
Nefqa Totali
Nefqa fuq toroq jew partijiet ta' toroq godda bejn l-1/1/99 u 30/9/05
Nefqa fuq bini mill-gdid ta' toroq jew partijiet ta' toroq bejn l-1/1/99 u 30/9/06
1999
470,000
600,138
9,327
3,901
2000
750,000
704,056
44,390
38,277
2001
500,000
529,967
65,017
213,155
2002
500,000
496,306
1,300
131,758
2003
500,000
559,911
85,927
171,680
2004
330,000
374,873
21,294
140,337
Jannar - Settembru 2005
330,000
286,009
1,897
24,996
TOTAL
3,380,000
3,551,260
229,153
724,104
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Ottubru u Diċembru 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma nistax nifhem x’utilita’ jista jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex m’għandu l-ebda entita’ pubblika, awtorita’ jew korporazzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm jaħdmu nies fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, xi grad għandhom u f'liema dipartiment u/jew taqsima qegħdin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ nies li jaħdmu fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex huwa ta’ 686. Il-grad li għandhom, id-dipartimenti u t-taqsimiet li qegħdin fihom huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Tista' il-Ministru tara li x-xogħlijiet ta' maintenance li hemm bżonn fil-long stay ward fis-sezzjoni mentali fl-isptar ġenerali ta' Għawdex isiru minnufih? Tista' tara wkoll li jiġu fornuti siġġijiet peress li m'hemmx biżżejjed biex jakkomodaw lill-pazjenti u l-istaff?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ix-xogħjijiet ta’ manutenzjoni f’dak li huwa ta’ madum ġewwa l-Long Stay Ward beda xi ftit ġranet ilu u sal lum għadu għaddej. Mistenni jitlesta fil-futur qarib.
Fir-rigward ta’ siġġijiet f’din il-ward, ġejt infurmata li f’kull ħin hemm aktar minn biżżejjed peress li hemm 38 pazjent u 55 siġġu.
Tista' il-Ministru tagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15931 dwar il-Vot Kapitali għal Għawdex li kont għamilt fit-18 ta' Novembru 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħal ma hija l-prassi kull ammont ta’ fondi li ma jintefaqx imur lura fil-fond konsolidat.
Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jara t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m’għandu l-ebda kumpanija awtorita jew korporazjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u taqsamhom skond il-grad?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex ma kellhom l-ebda mpjegat ġdid matul is-sena 2005.
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha , inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif imniżżla fil-lista annessa.
Seduta Nru 342
Mistoqsija Parlamentari 16381
Lista ta’ konsulenti/kumpaniji ta’ konsulenti li minnhom il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu għamlu użu fis-sena 2005.
Uffiċju tas-Segretarju Permanenti
Konsulenti/Kumpaniji ta’ Konsulenti
Servizz
Ammont
Lm
Gordon Cordina
Pjan ta’ żvilupp Soċio-Ekonomiku għal Għawdex (2005-2010)
2500
Dipartiment Proġetti u Żvilupp
Konsulenti/Kumpaniji ta’ Konsulenti
Servizz
Ammont
Lm
Food Gold International
Konsulenza dwar l-immodernizzar tal-Biċċerija
2655
Galea Curmi Engineering Consultants
Preparazzjoni ta’ dokumenti għall-offerta t’apparat tal-Biċċerija u servizzi relatati.
2500
Ing Norman Flazon
Servizzi professjonali dwar l-inċeneratur tal-biċċerija.
200
Ing Norman Falzon
Rapport ta’ spezzjoni fuq l-inċeneratur
30
L Curmi and Partners
Konsulenza ta’ inġenerija elettrika u mekkanika dwar l-immoderizzar tal-Biċċerija
1712
Dipartiment tal-Customer Services
Konsulenti/Kumpaniji ta’ Konsulenti
Sezzjoni
Servizz
Ammont
Lm
Emanuel Falzon
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Servizz ta’ konsulenza dwar il-kċina
351.50
Malta University Services
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Proposta ta’ proġett dwar l-enerġij solari
500.00
Galea & Curmi Electrical
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Rapport dwar
Power Factor
249.99
Galea & Curmi Electrical
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Survey dwar provista ta’ l-elettriku
250.00
Galea & Curmi Electrical
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Servizz ta’ konsulenza dwar provista ta’ l-elettriku
273.00
MCE Ltd.
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Lightning protection isnpection
161.00
NB Engineering Services
Sptar Ġenerali t’Għawdex
Konsulenza dwar ħsara fil-
boiler
76.70
KPMG
Kumpless sportiv
Fesibility study
dwar il-korsa ta’ Xhajma
1,534.00
Manwel Debono
Gozo Educational and Vocational Training Council
Studju dwar
Subject Choices and career Aspirations of Gozitan Students
200.00
B NEL Services Ltd
Uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni
Konsulenza dwar
Electrical
u
Mechanical services
fl-iskola Agius De Soldanis
1,362.80
B NEL Services Ltd
Uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni
Konsulenza dwar
Electrical
u
Mechanical services
fl-iskola Xewkija Primary School
900.00
B NEL Services Ltd
Uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni
Konsulenza dwar
Electrical
u
Mechanical services
Agius De Soldanis
141.60
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni ma ġewx miżjuda l-ismijiet tal-vittmi tal-gwerra fuq il-monument ta' Kristu Re fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex meta l-istess monument ġie restawrat, u tenut kont li l-ismijiet in kwestjoni ġew debitament mogħtija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fis-Seduta 336 għall-mistoqsija Numru 16199. L-ismijiet għadhom ma ġewx imwaħħla peress li l-persuna li ser twaħħalhom kienet impenjata fuq xogħlijiet aktar urġenti ta’ restawr.
B'riferenza għall-fossa li saret biswit il-Ġgantija, peress li qed jinħoloq inkonvenjent minħabba irwejjaħ u anke ħmiġijiet, tista' il-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn spezzjonijiet li saru minn uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika ma rriżultax li kien hemm irwejjaħ, ħmieġ jew fawran ta’ materjal mill-fossa in kwestjoni li qegħdin jikkawżaw xi inkonvenjent.