Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #19439 Sitting 393 2006-06-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-aħħar li ltaqa' l-kumitat dwar il-proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Kemm saru laqgħat ta' dan il-kumitat matul l-2005 u din is-sena u meta saru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-kumitat dwar il-proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea iltaqa' tmien darbiet fis-sena 2005. Il-laqgħat saru: fis-27/01/2005, fit-28/012005, (li saret b'kontinwazzjoni tal-laqgħa tal-ġurnata ta' qabel), fil-11/02/2005, fit-18/02/2005, fid-19/02/2005, fil-25/02/2005, fis-16/03/2005, fis-7/04/2005 u fit-30/11/2005. Minkejja pero' illi skond it-Terms of Reference tal-Gozo Regional Projects Committee dan il-kumitat għandu jiddiskuti proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004-2006, il-core members ta' dan il-kumitat kienu ġew mistiedna f'dati oħrajn biex jiddiskutu l-Pjan ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali għal Għawdex biex b'hekk is-stakeholders Għawdxin taw ukoll il-kontribut tagħhom għal dan il-pjan.
Leg 10 PQ #19441 Sitting 393 2006-06-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Settur tal-Manifattura

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema inċentivi li jingħataw lis-settur tal-manifattura f'Għawdex huma koperti bid-de minimis rule? X'inhuwa l-għan ta' dawn l-inċentivi? X'inhuma l-attivitajiet ekonomiċi li jkopru? Xi spejjeż ikopru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-inċentivi lis-settur tal-manifattura f’Għawdex qiegħdin jingħataw skond l-Att Dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Leg 10 PQ #19387 Sitting 390 2006-05-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Monument ta' Kristu Re

Question

Peress li riċentement żdiedu wħud mill-ismijiet tal-vittmi tal-gwerra fuq il-monument ta' Kristu Re, tista' il-Ministru tgħid għaliex ma tniżżlux l-ismijiet tal-vittmi kollha u meta ser jitniżżlu l-bqija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-impjegat nkargat minn dan ix-xogħol kien involut f’ xogħlijiet aktar urġenti fiċ-Cittadella u għaldaqstant għadhom ma tniżżlux l-ismijiet kollha. Huwa ppjanat li l-bqija tal-ismijiet jitniżżlu appena jitlesta dan ix-xogħol.
Leg 10 PQ #19187 Sitting 389 2006-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-ispiża tas-safar fil-Ministeru għal Għawdex kienet tammonta għall-Lm7,906.91.0.
Leg 10 PQ #19303 Sitting 389 2006-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-isptar ġenerali ta' Għawdex hux kopert bis-servizzi ta' anestetista 24 siegħa kuljum għas-sebat ijiem tal-ġimgħa? Tista' tgħid jekk sarux xi operazzjonijiet fl-isptar ġenerali ta' Għawdex matul l-2005 u mill-1 ta' Jannar 2006 sa l-aħħar ta' April 2006 mingħajr is-servizzi ta' anestetista? Tista' jekk jogħġobha tgħid ukoll kienx hemm każi fejn pazjenti ġew operati mingħajr ma ngħataw anestisja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa kopert bis-servizzi ta’ anestetista 24 siegħa kuljum għas-sebat ijiem tal-ġimgħa. Ma saru l-ebda operazzjonijiet mingħajr is-servizzi ta’ anestetista. Rigward l-aħħar mistoqsija, huwa ovvju li l-ebda pazjent ma jiġi operat mingħajr ma jingħata anestisja.
Leg 10 PQ #19293 Sitting 388 2006-05-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' Żvilupp

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15540, peress li t-tweġiba tikkonferma li ħafna materji ta' importanza kbira għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' Għawdex huwa r-responsabbilta' diretta ta' ministri oħra, tista' jekk jogħġobha tgħid kif se jkunu d-direttorati tal-Ministeru għal Għawdex li jimplimentaw il-pjan ta' żvilupp?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-istrutturar tal-Ministeru għal Għawdex hu marbut mal-Pjan ta' Żvilupp, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 19286.
Leg 10 PQ #19299 Sitting 388 2006-05-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Agrikoltura u Sajd

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd li jaqgħu taħtha u huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proġetti fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent. Ta' min jgħid li bdiewa u sajjieda Għawdxin, qegħdin jibbenifikaw minn skemi ta' għajnuna ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Leg 10 PQ #19180 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Korsijiet fis-Snajja'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm mill-korsijiet fis-snajja', li għalihom kienu qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet f'Jannar 2006, baqgħu ma fetħux? Liema kienu dawn il-korsijiet u kemm kienu l-istudenti li applikaw għalihom f'kull każ? Kemm se jintilfu fondi mill-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li baqgħu ma fetħux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-korsijiet fis-snajja f'Għawdex li qed jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea huma maqsuma f'zewġ fa¿ijiet. > >Meta ħarġu l-applikazzjonijiet ħarġu għal diversi korsijiet. I¿da fl-ewwel fa¿i nbdew dawk il-korsijiet li għalihom kien hemm l-akbar numru ta' applikazzjonijiet. > >Il-flus allokati għal dawn il-korsijiet mhux ser jintilfu għax aktar tard din is-sena aktar korsijiet ser jiġu offruti kif kien ippjanat oriġinarjament. > >Il-lista ta' dawk il-korsijiet li ma fetħux kif ukoll in-numru ta' applikanti għalihom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #19281 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 17300 u tgħid kemm ħaddiema tal-ministeru tagħha ngħataw għall-ewwel darba xi xorta ta' allowance xahar b'xahar matul l-2005 u għall-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? X'inhu l-grad tagħhom? F'liema fergħa tal-ministeru qed jaħdmu u x'xogħol qed jagħmlu? Min talab li tingħata l-allowance u min ta' l-approvazzjoni għaliha? X'kienet ir-raġuni li ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #19284 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ristrutturat il-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-istruttarar tal-Ministeru għal Għawdex hu marbut mal-Pjan ta' Żvilupp, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 19286.
Leg 10 PQ #19286 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' Żvilupp għal Għawdex

Question

Peress li ilni aktar minn seba' xhur nitlob lill-Ministru għal Għawdex tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Pjan ta' Żvilupp għal Għawdex li sena u nofs ilu hi stess għarrfet lill-Kamra li l-abbozz tiegħu kien lest, tista' jekk jogħġobha, issa li għadda daqshekk żmien, tpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, tista' tagħti raġuni għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li malli l-pjan ikun approvat mill-Gvern, dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #19288 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' Toroq

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 16772. Tista' tagħtina l-informazzjoni sħiħa li tlabtha u tgħid kemm kilometri u mhux kemm metri kwadri saru ta' toroq ġodda u ta' bini mill-ġdid ta' toroq kull sena, sena sena u mhux is-snin kollha flimkien, mill-1999 sa l-2005? Tista' tgħid ukoll kif kienu maqsumin f'residenzjali, industrijali u domestiċi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #19289 Sitting 387 2006-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Oqsma ta' l-Agrikoltura u Sajd

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-iskemi fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-iskemi fl-oqsma ta' l-agrikoltura u sajd ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt il-Ministeru għall-affarijiet Rurali u Ambjent u joħorġu fuq bażi nazzjonali.
Leg 10 PQ #18763 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti li jittieħdu għal kura Malta

Question

Peress li saru xi lmenti li t-trasport bil-coach li tmur l-isptar Malta kull fil-għodu mhux qed joqogħdu l-pazjenti kollha, tista' il-Ministru tgħid jekk f'każi bħal dawn huwiex maħsub li jiżdiedu l-mezzi ta' trasport?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' spazju għall-pazjenti fuq il-coachli tmur malta kull filgħodu.
Leg 10 PQ #17609 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Rigali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnha jew mill-istaff privat tagħha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Tista' tgħid x'rigal ingħatat hi bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-nefqa fuq rigali li ngħataw mill-Ministru għal Għawdex kien kif ġej: 2003 Lm499.45 2004 Lm360.95 2005 Lm467.70 2006 Lm244.00 Dawn ir-rigali, li kienu jikkonsistu f'kotba u souvenirs varji, u li nxtraw minn bookshopsu ħwienet ewlenin, ingħataw lill-Ministri ta' pajjiżi oħrajn u d-delegazzjonijiet tagħhom, u persuni oħra distinti kif jitlob il-protokoll. Kollox isir skond ir-regoli normali tas-servizz pubbliku.
Leg 10 PQ #18361 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile Phones

Question

Tista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtha, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa tal-Ministeru għal Għawdex fuq mobile phones fis-sena 2005, hija kif murija fit-tabella. SPIŻA FUQ MOBILE PHONES MATUL L-2005 Lm Segretarjat Privat 2988.46 Segretarjat Permanenti 270.21 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 91.64 Direttorat EU Affairs 42.45 Dipartiment tal-Customer Services 530.72 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp 116.05 Somma globali 4039.53
Leg 10 PQ #18655 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sidien tal-baqar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18219 li saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li ġiet riferuta lill-ministru konċernat, b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13497 li wkoll kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li ġiet imwieġba minnu, liema mistoqsija kienet titratta dwar skema ta' sussidju temporanju li twaqqaf fl-2001 għall-bhejjem li jinġarru minn Għawdex għal Malta, tista' il-Ministru tgħid għaliex din l-iskema twaqqfet? In oltre, tista' tgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jerġa' jintroduċi din l-iskema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandi xejn xi nżid ma dak li rrisponda l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent għall-mistoqsija Numru 13497.
Leg 10 PQ #18299 Sitting 378 2006-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtha mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Nterpellant hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #18354 Sitting 377 2006-04-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr, Għawdex — Proġett

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa l-proġett ta' l-Imġarr, Għawdex? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jpoġġi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #18216 Sitting 376 2006-04-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz/Għarb

Question

Peress li bħalissa t-triq għal San Lawrenz u l-Għarb tinsab magħluqa u l-aċċess għal dawn l-irħula qed isir mill-Għasri u peress li f'ċerti partijiet ta' din it-triq jekk tinqala' emerġenza jew inċident waqt li t-traffiku jkun għaddej jistgħu jinqalgħu diversi diffikultajiet, u anke partijiet minn din it-triq hija ħażina ħafna, tista' il-Ministru tgħid xi prekawzjonijiet u miżuri qed jittieħdu, jekk ittieħdu, biex nevitaw dawn il-problemi? Inoltre tista' tgħid jekk huwiex maħsub li jkun hemm aċċess alternattiv senjatament minn dik it-triq li minn Santa Luċija tieħu għal San Lawrenz li bħalissa tinsab fi stat ħażin ħafna imma li tista' tiġi rranġata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi ittieħdu l-prekawzjonijiet u miżuri neċessarji bl-akbar serjeta' fiċ-ċirkustanzi preżenti fit-tirq alternattiva li mill-Għasri twassal għall-Għarb u San Lawrenz. It-trafikku qiegħed jiġi monitorat u ma huwiex qiegħed ikun hemm konġestjoni ta' traffiku. Fuq din ir-rotta ġew asfaltati 3880 metru kwadru ta' triq biex it-traffiku jkun jista' jimxi aħjar kif ukoll tneħħa parking minn ċerti partijiet li setgħu joħolqu diffikultajiet. Napprezza li kulħadd jifhem li proġett ta' din il-portata joħloq xi nkonvenjent iżda kulħadd għandu jifhem ukoll li dan l-investiment tant qawwi għal Għawdex ser jirriżulta fi proġett ta' fejda għall-komunita' Għawdxija. It-triq li minn Santa Luċija tieħu għal San Lawrenz, veru li m'hijiex f'kundizzjoni tajba iżda wara kunsiderazzjoni tax-xogħol neċessarju biex titranġa ma huwiex feasable li din it-triq tiġi asfaltata biex tintuża bħala rotta alternattiva.