Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #20726 Sitting 429 2006-09-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Fuljett "Għawdex"

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qed tiġi tiswa l-pubblikazzjoni u t-tqassim ġod-djar tal-fuljett "Għawdex" maħruġ mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ispiża tal-pubblikazzjoni u t-tqassim fid-djar tal-fuljett ‘Għawdex’ kienet kif jidher hawn taħt: Stampar Posta Ħarġa Nr 1 Lm 1469.00 Lm 212.80 Ħarġa Nr 2 Lm 1309.00 Lm 216.00
Leg 10 PQ #20279 Sitting 423 2006-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri ta' Għawdex

Question

Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm-il darba l-vapuri ta' Għawdex ma żammewx il-ħin tar-rotta skond kif programmat għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #20221 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-outfall tad-drenaġġ f'San Blas u dak ta' Wied il-Mielaħ ngħalaqx? Jekk fl-affermattiv, fejn qed jintefa' d-drenaġġ illum? Jekk fin-negattiv, x'jonqos isir, meta se jitlesta u għaliex għadu ma tlestiex ix-xogħol fuqhom? X'jonqos biex jitlesta u meta mistennni li jitlesta u li jibda jaħdem l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm intnefqu flus b'kollox fuq il-proġett sħiħ fl-2005 u din is-sena s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-outfall ta' Wied il-Mielah mistenni jinghalaq matul it-tieni kwart tas-sena 2007 u dak ta' San Blas matul it-tielet kwart ta’ din is-sena. Jiena nfurmata wkoll li biex jinqata l-outfall ta' Wied il-Mielah irid isir pressure main gdid li ser jghaddi mill-villagg ta' l-Gharb biex iferra fil main principali fil-Victoria u ser tinbena pumping station gdida f'Wied il-Mielah, limiti ta' L-Gharb. Biex jinqata l-outfall ta' San Blas qed tinbena pumping station gdida fil-limiti tan-Nadur filwaqt li l-mains ta’ din il-pumping station huma kompluti. Dwar l-impjant tat-trattament tad-drenagg nirreferi lill-Onorevoli nterpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17837. Jiena nfurmata li fl-2005 thallsu Lm321,966 u din is-sena sa issa thallsu Lm122,756.
Leg 10 PQ #20225 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Industrija għall-għaddasa

Question

Tista' il-Ministru tgħid min ingħata l-kuntratt għat-tħejjija tal-master plan għall-industrija għall-għaddasa f'Għawdex? Meta ngħata u kemm jiswa? Meta hu mistenni li jitlesta? X'inhuma t-termini ta' referenza tal-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-kuntratt għat-tħejjija ta’ Master Plan għall-industrija ta’ l-għaddasa f’Għawdex ingħata bħala parti minn offerta li tinkludi studji oħra lill-Kumpanija ADI Associates Environmental Consultants wara sejħa għall-offerti. Il-kuntratt ingħata fid-19 t’April 2006 u b’kollox ser jiswa LM 6,500. L-istudju mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta’ Lulju 2006. Il-Master Plan ser jagħmel evalwazzjoni kompleta kemm tal-kosta kif ukoll ta’ qiegħ il-baħar biex tinħoloq industrija sostenibbli ta’ l-għadds f’Għawdex. Dan id-dokument ser iservi ta’ bażi għal kull żvilupp li jrid isir ‘l quddiem f’dan il-qasam mill-awtoritajiet konċernati. It-termini ta’ referenza jinkludu ; · Studju tas-sitwazzjoni preżenti ta’ l-għadds f’Għawdex, faċilitajiet u siti li jeżistu, kwalita’ tas-siti, infrastruttura tal-kosta kif ukoll miżuri ta’ sigurta’ eżistenti ; · Identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenibilita’ ta’ l-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, kemm short, medium u long term ; · Identifikazzjoni ta’ miżuri li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati li jiżguraw li l-għanijiet tal-proġett li jagħmel lil Għawdex destinazzjoni għall għadds tintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli ; · Proposti dwar is-siti ta’ l-għadds f’Għawdex biex titjieb l-aċċessibilita’ u l-kumdita’ għall-għaddasa f’ħinijiet u staġuni differenti ; · Li jipprovdi l-bażi ta’ kull ftiehim bejn l-awtoritajiet konċernati u dawk involuti f’din l-industrija.
Leg 10 PQ #20235 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar ħames snin il-Ministeru għal Għawdex qatt ma għamel użu mill-kumpanija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical.
Leg 10 PQ #20216 Sitting 418 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ristrutturazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi tfassil ta' ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min qed jagħmlu? Meta ngħata l-inkarigu? X'inhuma t-termini ta' riferenza? Meta għandu jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif jaf l-Onor. Interpellant kull ristrutturazzjoni f'Ministeru issir wara studju mill-Managment Efficiency Unit u wara l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 10 PQ #20206 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skemi/Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-iskemi u l-proġetti li ntgħażlu għall-perijodu tal-programazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dak għas-snin 2007-2013? Min għażilhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti għall-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dak għas-snin 2007-2013, għadhom ma ntgħażlux Fil-preżent uħud mid-dokumenti għal dan il-perijodu ta' programmazzjoni jigifieri l-Operational Programmes 1 u 2, qegħdin għall-konsultazzjoni. Meta jispiċċa dan il-proċess ta' konsultazzjoni u jkunu ġew approvati id-dokumenti ta' programmazzjoni għal dan il-perijodu, jibda l-proċess ta' l-għażla tal-proġetti skond il-proċedura stabilita..
Leg 10 PQ #20210 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-offerta għad-disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line fil-biċċerija ċivili fix-Xewkija ngħatax? Jekk fl-affermattiv, meta u lil min? Kemm huwa l-valur ta' din l-offerta? Jekk fin-negattiv, għaliex għadha ma ngħatatx? Kemm se jiswa l-proġett sħiħ ta' l-upgrading ta' l-istess biċċerija? Kemm tħallsu s'issa u kemm għad hemm x'jitħallas fuq xogħlijiet u servizzi li diġa' tlestew jew ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-offerta għad-disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line fil-biċċerija fix-Xewkija għada ma ngħatatx għar-raġuni li għadu għaddej il-proċess ta' aġġudikazzjoni. Il-valur ta' din l-offerta jkun magħruf meta tingħata. Jiena nfurmata wkoll li l-proġett sħiħ tal-upgrading tal-biċċerija huwa stmat li ser jiġi jiswa Lm516,000. Sa issa tħallsu Lm45,407 u għad iridu jitħallsu Lm5,964 fuq xogħlijiet u servizzi li diġa tlestew jew ngħataw.
Leg 10 PQ #20212 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19698 dwar allowances mogħtija fil-ministeru tagħha. Tista tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba u ta' l-approvazzjoni tagħha kull fejn l-allowance mogħtija hija shift allowance jew extra duty pay?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba jekk l-Onorevoli Ntrerpellant ma jagħtix ir-raġuni għaliex qiegħed jagħmel din it-talba.
Leg 10 PQ #20213 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti ta' Embellishment

Question

Tista' il-Ministru issa tagħtina tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19437 li kont għamilt fid-29 ta' Mejju 2006 dwar proġetti ta' tisbiħ - embellishment - f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tikkonċerna d-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 10 PQ #20022 Sitting 414 2006-07-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtha, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #19989 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li pazjent li jidħol fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex u jkollu bżonn il-krozzi jew wheelchair għaliex l-istores ikunu magħluqin is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi dan jibqa' b'xejn? Hija xi ħaġa amministrattivament diffiċli li jiġi pprovdut dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Illum il-pazjent qiegħed jingħata dan is-servizz mit-Tnejn sas-Sibt. Pero' f'kaz ta' emergenza dan is-servizz jista' jingħata wkoll fil-ħdud u festi pubbliċi.
Leg 10 PQ #19990 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karozzi tal-Linja

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-venda li kienet fil-5.30 a.m. li filgħodu tgħaddi mix-Xagħra, Nadur u ddur dawk l-inħawi għal vapuri tas-6.00 a.m. tneħħiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #18906 Sitting 408 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum fejn kienet involuta hi separatament, safra b'safra? Meta saru dawn is-safriet, kemm damu iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawha u x'kariga għandhom? Tista' tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom f'kull safra separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #18907 Sitting 408 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fil-ministeru, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtha, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru, 2005 sa Diċembru, 2005 u Jannar 2006 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #18902 Sitting 407 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtha għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qiegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhijiex tintuża u fejn tinsab?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proprjeta' kollha tal-Ministeru għal Għawdex u tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu qiegħda tintuża.
Leg 10 PQ #18903 Sitting 407 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru għandux xi proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għall-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha? Kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Tista' tgħid fejn tinsab din il-proprjeta' mikrija separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #18904 Sitting 407 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Call for applications

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tagħha bejn Ottubru, 2005 sal-lum? Tista' tgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, tista' tgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx mgħamul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onoervoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #18905 Sitting 407 2006-07-04 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ma kienx hemm uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 li siefru fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u minn Jannar 2006 sal-15 ta' Ġunju 2006.