Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21417 Sitting 443 2006-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tinformani x'inhi s-sitwazzjoni fil-biċċerija ta' Għawdex fil-preżent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-biċċerija ta' Għawdex hija magħluqa biex tiġi upgraded.
Leg 10 PQ #21187 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li taħt il-perijodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea 2004-2006 Għawdex għandu priorita' b'10% tal-fondi kollha li ġejjin mill-Ewropa allokati speċifikament u esklussivament għalih u fl-istess waqt l-Għawdxin li joperaw fl-oqsma tal-biedja, tas-sajd, tat-turiżmu u ta' l-industrija u fl-oqsma soċjali jibbenefikaw ukoll mid-90% tal-fondi allokati għall-prioritajiet l-oħra li l-proġetti u l-iskemi tagħhom joħorġu sew għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nikkonferma li Għawdex għandu Priorita b'10% tal-fondi strutturali għal perjodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea 2004 - 2006 allokati speċifikament u esklussivament għalih. L-Għawdxin għandhom ukoll l-opportunita li jibbenefikaw mill-iskemi u l-proġetti li joħorġu fuq bażi nazzjonali taħt il-prioritajiet l-oħra.
Leg 10 PQ #21189 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19288 li kont għamiltilha fis-17 ta' Mejju, 2005 dwar bini ta' toroq f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għall-mistoqsija numru 21189.
Leg 10 PQ #21408 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'ġara mill-pjani tal-gvern f'Għawdex għall-biċċerija l-ġdida u l-biċċerija ta' l-emerġenza?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pjani tal-gvern għall-biċċerija f'Għawdex għadhom li din tiġi upgraded. Dalwaqt ser terġa toħroġ offerta għall-provista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija peress li l-ebda tenderer fl-offerta oriġinali ma' kien compliant mat-tender.
Leg 10 PQ #21179 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - Qasam tas-snajja' Ta' Dbiegi

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' Ta' Dbiegi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' ta' Ta' Dbieġi huwa sostanzjalment komplut, ħlief għal xi affarijiet żgħar li qed jitlestew.
Leg 10 PQ #21181 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21182 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti, l-inizjattivi u l-iskemi f'Għawdex li qed titlob li jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20206.
Leg 10 PQ #21338 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għalqet il-parti tal-biċċerija fejn kienu jidħlu l-każi ta' emerġenza? Tista' tgħid issa x'rimedju se jkollhom ir-raħħala peress li sakemm iddum magħluqa dawn il-bhejjem qed jintremew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-parti tal-biċċerija fejn kienu jidħlu l-każi ta' emergenza ngħalqet minħabba li sitwazzjonijiet bħal dawn qegħdin jiġu ttrattati fir-razzett rispettiv. Jiena nfurmata wkoll li qiegħda tittieħed azzjoni biex bhejjem li jistgħu jkunu tajbin għall-konsum jinġarru lejn il-biċċerija ta' Malta.
Leg 10 PQ #21339 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk fl-isptar ġenerali ta' Għawdex hemmx automated external defibrillator? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm jiswa dan il-makkinarju? Jekk fin-negattiv, hemm xi ħsieb li dan il-makkinarju jiġi akkwistat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm automated external defibrillator wieħed. Dan il-makkinarju ma nafux kemm jiswa peress li ġie mogħti lill-isptar bħala donazzjoni mill-għaqda "The Friends of the Sick and the Elderly".
Leg 10 PQ #21172 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti finanzjati mill-UE

Question

Tista' il-Minsitru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20218 dwar proġetti finanzjati mill-UE?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar, u għaldaqstant, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21173 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid hux qed isir studju mill-Management Efficiency Unit għar-ristrutturazzjoni tal-Ministeru tagħha? Jekk fl-affermattiv, meta ngħata l-inkarigu lil din il-unit biex tagħmel l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s’issa mhu qed isir l-ebda studju mill-Management Efficiency Unit għar-ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #21175 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 20212 dwar allowances mogħtija mill-Ministeru tagħha. Peress li jidher li jista' ikun li n-normi u l-prinċipji etiċi, deontoloġiċi u regolamentari mhux dejjem ġew rispettati, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba f'mistoqsija parlamentari 20212?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M’għandix x’inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20212.
Leg 10 PQ #21176 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'jonqos isir biex titlesta l-infrastruttura fuq is-sit għat-twaqqif ta' l-impjant innifsu li se jkun jitratta d-drenaġġ f'Għawdex? X'sar s'issa fuqu? Min huma l-kuntratturi? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat l-apparat li jitratta d-drenaġġ? X'sar s'issa biex jiġi prokurat dan l-apparat/makkinarju? X'jonqos isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata kif ġej: Huwa stmat li tlesta madwar erbgħin fil-mija tax-xogħol fuq l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex. Il-kuntrattur huwa il-‘joint venture’ Degremont Italia SpA u C&F Building Contractors Ltd. L-impjant mistenni jibda jopera għal nofs is-sena 2007. Ix-xogħol tat-tħammil u skavar tlesta. Bħalissa għaddej il-bini ta’ diversi strutturi, fosthom tankijiet. L-istallazzjoni ta’ l-apparat jibda għal bidu tas-sena 2007.
Leg 10 PQ #21177 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq residenzjali

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 15937 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali f'Għawdex. Tista' tgħid x'xogħlijiet saru s'issa fuq l-asfaltar ta' kull waħda mit-toroq imsemmija? Kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda? Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull waħda? Min kien il-kuntrattur għal kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija skond kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21166 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Ċentru komunali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ħariġx tender għat-twaqqif ta' ċentru komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, meta ħareġ u meta ngħata? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma ħariġx u meta hu mistenni li joħroġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għadha ma ħarġitx tender għat-twaqqif ta’ Ċentru Komunali fir-Rabat għar-raġuni li dan il-proġett għadu taħt kunsiderazzjoni.
Leg 10 PQ #21167 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża tal-gvern minn meta għalqet il-biċċerija ta' Għawdex sal-lum, biex il-bhejjem tar-raħħala Għawdxin ittieħdu għal qatla fil-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispiża tal-Gvern minn meta għalqet il-biċċerija ta’ Għawdex sa l-aħħar ta’ Settembru 2006 biex ir-raħħala Għawdxin jieħdu l-bhejjem tagħhom għall-qatla fil-biċċerija Malta hija ta’ Lm30,300.
Leg 10 PQ #21168 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fondi ewropej ġew kommessi mal-Kummissjoni Ewropea għal infiq fuq kull wieħed mill-proġetti għal Għawdex ko-finanzjati mill-UE? Meta sar kull wieħed minn dawn il-commitments u kemm kien l-ammont ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kull benefiċċjarju finali tal-proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, bħal ma huwa wkoll il-Ministeru għal Għawdex, ma jikkommettix fondi mal-Kummissjoni Ewopea. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #21169 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fiera Internazzjonali ta' Malta

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk din is-sena l-Ministeru tagħha ħax stand fil-fiera internazzjonali ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, min għamel użu mill-istand? Jekk fin-negattiv, għaliex il-ministeru ma ħax sehem f'din il-fiera?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għall-fiera internazzjonali ta’ Malta, din is-sena wkoll bi qbil bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Business Chamber, din ta’ l-aħħar allokat l-istands lill-eżibituri Għawdxin fil-Gozo Pavilion.
Leg 10 PQ #21170 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' afforestazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min għamlu u meta? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għad ma għandux pjan integrali ta' afforestazzjoni, izda matul is-sena kollha jkunu qed jitħawwlu siġar u xtieli u tkun qed issir ukoll il-manutenzjoni ta' dawk eżistenti.