Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju ta' l-avukat ġenerali — Riċerka

Question

B'riferenza għall-ittra annessa, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-riċerka ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali kif imsemmi? X'irriżulta minn din ir-riċerka?

Response (BORG, TONIO)

L-uffiċju tiegħi għamel riċerki estensivi u komplessi dwar il-materja iżda dawn ir-riċerki kienu inkonklussivi. Din ir-riċerka kienet tinvolvi kuntratti antiki ħafna li jirrigwardaw nies mejta u l-eredi tagħhom li huma wkoll illum mejta. Ir-riċerki kienu jirrikjedu li wieħed jirrisali għal żmien sa qabel twaqqaf ir-Reġistur Pubbliku. Għalhekk sa issa ma tista' tinġibed ebda konklużjoni dwar il-pożizzjoni legali.

SIS for all

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet lill-Gvern Malti l-ispiża biex Malta issieħbet fis-SIS for all? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża biex Malta wara tissieħeb fis-SIS II?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 24051. Malta tissieħeb fis-SISoneforall meta jkunu konklużi l-preparamenti kollha tekniċi u amministrattivi neċessarji u wara li jiġi assigurat mill-Kummissjoni Ewropea li lħaqna l-livelli stabbiliti. Kif diġa għidt fit-tweġiba hawn fuq imsemmija, ħafna mill-ispejjeż li ser jintefqu għal din is-sistema kienu xorta waħda ser jintużaw biex inkunu nistgħu ningħataw aċċess għas-SIS II.

Ħal Tarxien — Dar Aspinall

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24835 u r-risposta li ngħatajt għaliha dwar Dar Aspinall f'Ħal Tarxien, peress li ġejt mitlub nindika l-indirizz ta' din id-dar, jista' l-Viċi Prim Ministru jinnota li din tinsab fi Triq Paola, Tarxien fejn qabel kien hemm l-Għassa tal-Pulizija, sabiex tkun tista' tiġi devoluta lill-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix tal-Gvern.

Imrieħel — Klieb jiġru barra

Question

Jistgħu l-Pulizija jaraw għalfejn l-Imrieħel, in-naħa ta' Hal Qormi (ħdejn il-ħotba) hemm ħafna klieb jiġru li qed ikunu ta' periklu għan-nies li jkun hemm għaddejjin biex imorru jaħdmu fl-għelieqi tagħhom? Jistgħu jaraw ukoll li s-sid jorbot dawn il-klieb ħalli ma jdejqu lill-ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi investigat.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Lista ta' aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet tal-privat — Subbasta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm marru postijiet tal-privat bis-subbasta, sena b'sena, fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u din is-sena s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ postijiet tal-privat li ġew illiberati wara proċedura bis-subbasta kienu kif ġej: MaltaGħawdex 200041 2001215 200229xejn 2003293 2004368 200543xejn 2006443 2007 (sat-28/03/07)4xejn (sas-27/03/07)

Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga allegazzjonijiet li wasluli li meta ċerti nies ġieli marru jħallsu fl-uffiċċju tar-reġistratur tal-qorti mhux dejjem ingħataw riċevuta, anke meta speċifikament talbu li tingħatalhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma joħorġu l-ebda irċevuti mill-uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali li mhix funzjoni tiegħu li jirċievi xi ħlas, pero' għal ħlasijiet li jsiru fir-Reġistru Ċivili toħroġ irċevuta mal-pagament.

Applikazzjonijiet għal visas

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24468, jista’ l-Vici Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għal visas fl-istess żmien u kemm minnhom ġew rifjutati mill-pulizija ta' l-immigrazzjoni? Ta’ liema nazzjonalita` kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Settembru ta' l-2006 u Frar ta' l-2007, kien hemm 20,218 talba għal visa minn persuni ta' nazzjonalita' barranija sabiex jiġu Malta, li minnhom 1,564 ġew rifjutati, kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Rapporti ta' reati.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Marzu ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 65 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family5 Arson4 Attempted offences74 Bodily harm82 Damage231 Drugs16 Forgery7 Fraud8 Homicide1 Illegal Immigration3 Perjury / false swearing1 Prostitution5 Sexual offences8 Theft585 Threats and private violence3 Violence against public officers9

Kunsilli Lokali — Ħlas ta' VAT

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu VAT il-kunsilli lokali kollha ta' Malta u t'Għawdex, kunsill b'kunsill mill-1995 meta ġiet introdotta l-VAT sa Marzu 2007 sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella fejn hemm indikat il-VAT imħallsa mill-Kunsilli Lokali għas-snin finanzjarji tal-Kunsilli 2003-04 sa 2005-06, liema informazzjoni kienet intalbet fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20845. Għar-rigward is-snin l-oħra, billi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Każijiet ta' suwiċidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-1966 u l-2006? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin kif ukoll in-numru ta' nisa u rġiel u kemm minnhom kienu adoloxxenti taħt it-18-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.

Kiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li titranġa s-sitwazzjoni ta' min qed jikri lil terzi u dawn it-terzi jmorru r-residenza San Vincenz de Paule bir-riżultat li d-dar tkun vojta? Tista' id-dar terġa' iddur fuq is-sid proprja, ġaladarba dawn in-nies issa għandhom akkomodazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li każijiet bħal dawn jiġu deċiżi mit-Tribunal tal-Kera skond il-liġi.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23555.

San Ġwann — Triq Furrajna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24375 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika jekk Triq Furrajna, San Gwann hix triq privata jew waħda pubblika għaliex bħalissa hemm katina li qed iċċaħħad l-aċċess għaliha u dan wkoll minħabba l-istat ta' telqa u ħmieġ li tinsab fiha din it-trejqa? Jekk ovvjament hija triq pubblika, wieħed għandu jirreferi dan il-każ lill-kunsill lokali għal azzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-indafa pubblika.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet iffurmata mill-privat wara żvilupp fuq art li mhix tal-Gvern.

Assistent Kummissarju, Supretendent, Spettur — Vakanzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vakanzi li hemm bħalissa fir-rank ta' assistent kummissarju, supretendenti u spetturi? Meta se jimtlew dawn il-vakanzi? Jista' jgħid ukoll jekk f'wieħed minn dawn ir-ranks hemmx xi talbiet biex jiġi estiż is-servizz wara li l-uffiċjal konċernat ikun għalaq is-60 jew il-61 sena? Kemm minn dawn l-uffiċjali jgħalqu s-60 sena matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemm ebda vakanza fir-rank ta' Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li hemm vakanzi ta' żewġ Supretendenti u ħmistax-il Spettur. Infurmat ukoll illi nhar il-Ġimgħa, 13 ta' April, għalqu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Spettur. Infurmat ukoll illi matul din is-sena hemm Assistent Kummissarju li ser jagħlaq il-61 sena u Supretendent li ser jagħlaq is-60 sena. Dawn it-tnejn talbu estensjoni biex ikomplu bis-servizz, liema talba ġiet milqugħa.

Żejtun — Nies li qed jinġabru qrib l-uffiċċju tal-posta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi bis-serjeta' mill-pulizija sabiex ċorma nies li qed jinġabru b'mod regolari quddiem l-uffiċċju tal-posta fi Triq id-Duluri fiż-Żejtun speċjalment meta jaslu ċ-ċekkijiet tas-sigurta' soċjali u dan qed jagħmluh sa minn kmieni filgħodu b'detriment u b'fastidju kbir għar-residenti kollha, ma tibqax issir anke minħabba kliem oxxen u fastidju li qed jingħata lil bosta persuni, kif ukoll għas-sigurta' ta' l-istess ħaddiema tal-posta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm dan l-inkonvenjent.

Kunsill Lokali tal-Pieta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji u jgħid x'ġara mill-investigazzjoni li kienet qed issir rigward il-kunsill lokali ta' Tal-Pieta' dwar allegat serq ta' dawl?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-każ ta' extension tad-dawl li kienet imqabbda ma' wall socket fil-bini tal-Kunsill Lokali tal-Pieta', ninsab infurmat illi għalkemm prima facie ma jidhirx li kien qed isir serq ta' kurrent elettriku, stante li l-konsum kien qed ikun reġistrat, il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

Birkirkara — Ħsara fi Triq il-Ven. Nazju Falzon

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-kummissarju ta' l-artijiet m'huwiex qed jikkopera ma' l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika ħalli tissewwa ħsara fid-drenaġġ fi Triq il-Ven. Nazju Falzon, f'Birkirkara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-6 ta' Frar 2007, id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' talab lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar sabiex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa. Fit-23 ta' Marzu 2007 id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' rega' fakkar lid-Dipartiment ikkonċernat sabiex jagħmel ix-xogħlijiet.