Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32800 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi parkeġġ riservat għall-membri parlamentari fl-isptarijiet statali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-grounds ta` l-iSptar San Luqa hemm tliet (3) postijiet riservati għal V.I.Ps (inklużi Membri Parlamentari). M'hemmx ħtieġa ta` postijiet riservati fi sptarijiet oħra ta` l-iStat.
Leg 9 PQ #32846 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

BSC — Nursing Students

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jingħata l-kuntratt lill-BSC nursing students ta' l-2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-BSc nursing students ta` l-2001 iffirmaw il-kuntratt fit-18 ta` April 2002.
Leg 9 PQ #32848 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sanita — Ċertifikati Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32773 u cioe, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru wara l-PQ 31524 fejn l-istess sinjura għaddiet fis-sanita l-ċertifikati mediċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit kif l-aħjar jiġi solvut il-każ. Infurmat ukoll li passi legali ser jittieħdu fil-futur qarib fid-dawl ta` l-istess ċertifikati mediċi li rrefera għalihom l-Onor Membru.
Leg 9 PQ #32862 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat għaliex ħierġa riħa kbira ta' drenaġġ fejn il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn investigazzjoni preliminarja li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-inħawi tal-post indikat, jirriżulta li fil-fatt ħierġa xi riħa mit-tali post. Minn informazzjoni miksuba permezz ta` xi ġirien jirriżulta wkoll li l-istess fond ilu magħluq għal dawn l-aħħar tliet snin u s-sid mhux magħruf. Hekk kif isir magħruf is-sid tal-fond jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 9 PQ #32868 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara: 1) x'inhi r-raġuni li, l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn separatament annessi u li hi pensjonanta, ma tirċievix il-pilloli Diexil, Orovite u Akatimol Memantine li komplessivament jiswew Lm30.87 u li minnhom tinħtieġ pakkett/kaxxa fix-xhar? 2) x'inhi r-raġuni li, anki fil-każ ta' pilloli oħra fejn hi intitolata, dejjem tiġi nformata li ma kienx hemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #32774 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun tista issirilha l-operazzjoni li għandha bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #31103 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-apparat ta' sigurta' ghal saħħet il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol li nxtara matul is-sena 2001 mid-diversi Taqsimiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jvarja minn Taqsima għall-oħra skond il-ħtiġiet partikulari. Madankollu, dan l-apparat jinkludi fost ħwejjeġ oħra: helmets, ear muffs (protezzjoni għall-widnejn), safety spectacles/goggles, safety shoes/boots ħwejjeġ protettivi, high visibility clothing, disposable boiler suites, cold room jackets, tabards, safety chain links, safety nets, safety harness, face masks, respiratory masks, ingwanti heavy duty, safety railings, sinjali ta' direzzjoni, u tagħmir kontra l-ħruq. Matul is-sena 2002 jinxtara dak l-apparat u materjal li jkun hemm bżonn skond il-ħtieġa jew sabiex jinbidel ma tagħmir jew materjal ieħor li jkun qdiem jew li jkun ġarrab xi ħsara.
Leg 9 PQ #32113 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mwiet Traġiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra? X'kienet ir-raġuni tal-mewt tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena li għaddiet (2001) mietu 82 persuna traġikament. Ir-raġuni tal-mewt tagħhom hija kif indikata fit-tabella hawn taħt: Kawż a ta` Mewt Numru ta` Mewt Inċident tat-traffiku fuq l-art 19 Inċident tat-traffiku fuq l-baħar 1 Waqgħa minn xi għoli jew ġo xi ħofra * 13 Għarqa * 11 Xokk ta` l-elettriku 1 Ħruq minn materjal fjammabli 1 Doża qawwija (Overdose) ta` sustanzi * 13 Waqgħa ta` oġġett fuq il-persuna 2 Tgħalliq 11 Minn arma tan-nar jew materjal splużżiv * 6 Minn oġġett li jaqta` * 4 Total 82 * Il-każijiet immarkati bis-simbolu * jistgħu jkunu aċċidentali, suwiċidju, jew omiċidju. Il-kawża tal-mewt f'dawn il-każijiet tiġi stabbilita f'qafas legali mill-Maġistrat li jkun qiegħed jinvestiga l-każ.
Leg 9 PQ #32754 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Health Assistants — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ħsieb li joħorġu l-applikazzjonijiet biex il-health assistants jsiru nursing aides?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-ftehim mal-Unions tal-5 ta' Mejju 1993, Health Assistants ingħataw iċ-ċans għal darba biss li min itemm b'suċċess kors organizzat mid-Diviżjoni tas-Saħħa u jmur jaħdem fis-swali jkun irrikmandat għal grad ta' Nursing Aide. Dan iċ-ċans ingħata u b'riżultat ta' dan numru sostanzjali ta' Health Assistants laħqu Nursing Aides. Għaldaqstant fid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex il-Health Assistants isiru Nursing Aides.
Leg 9 PQ #32768 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli — Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pilloli komuni bħalma huma s-slew k u l-isosorbide dinitrate kienu out of stock dan l-aħħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel xi żmien mingħajr il-pillola Slow K minħabba raġunijiet tekniċi marbutin ma' l-għoti ta' l-offerta relattiva. Xi ċentri tas-Saħħa għamlu żmien qasir mingħajr il-pillola Isosorbide Dinitrate 10mg. sakemm ġiet iċċertifikata l-kwalita' qabel ma seta' jiġi rilaxxat mill-kwarantina. Ninforma 'l-Onor. Interpellant li ż-żewġ mediċini msemmijja issa huma disponibbli.
Leg 9 PQ #32773 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sanita — Ċertifikati Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru wara l-PQ 31524 fejn l-istess sinjura għaddiet fis-sanita l-ċertifikati mediċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32110 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq waiting lists għall xi operazzjoni illum? X'inhi l-operazzjoni u kemm ilhom jistennew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda speċjalment meta jsemmi "xi operazzjoni".
Leg 9 PQ #32111 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Out Patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huma l-ewwel appuntamenti available għall-vista min professur ġo l-out patients illum għall kull professur individwalment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ewwel appuntamenti għal każi ġodda ġewwa l-Out Patients huma kif jidhru fir-rapport li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-listi fir-rapport jirriflettu s-sitwazzjoni fl-4 ta' Marzu 2002.
Leg 9 PQ #32112 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra? Kemm mietu ġo l-isptarijiet tal-Gvern? Kemm fil-privati u kemm banda oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' mwiet fis-sena 2001 skond kif reġistrati fir-Reġistru Nazzjonali huwa ta 3040. Minn dawn, 1938 persuna mietu fl-isptarijiet tal-Gvern (Sptar San Luqa, Sptar Karen Grech, Sptar Monte Carmeli, Sptar Boffa, Sptar Zammit Clapp, Sptar Ġenerali ta' Għawdex). Fl-isptarijiet privati (St. Philips, Capua, St James) mietu 41 persuna, filwaqt li 1061 persuna mietu band'oħra.
Leg 9 PQ #32512 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi soċjali li qed jinżammu fl-Isptar San Luqa? Jista' jagħti r-raġunijiet prinċipali għal dan? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-isptar f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` pazjenti b'każijiet soċjali li qegħdin jinżammu fl-Isptar San Luqa huwa 77. Din l-istatistika hija valida fit-22 ta` Marzu 2002. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-raġuni prinċipali għal din is-sitwazzjoni hija li l-familjari tagħhom ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom. Għar-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant jirrferi lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32609 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani minn San Ġwann li kienu jinqdew għall-mediċini kollha mill-Berġa tal-lokal issa f'ċerti każi qed ikollhom joqgħodu jmorru ċ-ċentru tas-saħħar tal-Gżira bi strapazz kbir għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-uniku tibdil li sar riċenti rigward ġbir ta` mediċini mill-bereġ kollha huwa dak li jikkonċerna mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi. Peress li fil-bereġ m'hemmx servizzi ta` spiżjar, it-tqassim ta` mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi fil-bereġ ma huwiex konformi mal-liġi u għaldaqstant il-pazjenti kienu mitluba biex jibdew jieħdu dawn il-mediċini mill-poliklinika tad-distrett tagħhom. Ċirkulari dwar dawn l-arranġamenti ġodda kienet inħarġet mid-Diviżjoni tas-Saħħa u tqassmet lin-nies kollha li jinqdew mill-bereġ.
Leg 9 PQ #32612 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

San Ġwann — Sqaq Tomna

Question

Jista' l-Ministru jkompli jinvestiga l-problema akuta ta' ġrieden li hemm fi Sqaq Tomna, San Ġwann għaliex għalkemm ġieli marru xi uffiċjali tas-sanita' biex jirrimedjaw il-problema, il-problema għadha akuta aktar minn qatt qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fit-23 ta` Marzu 2002 ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control kienu diġa` għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lokalita` ndikata fil-Mistoqsija wara rapporti li saru lit-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Trattament simili reġa` twettaq fit-28 ta` Marzu 2002. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi taħt kontroll.
Leg 9 PQ #32098 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġo l-isptar isirux implants għal hormone replacement therapy ? Jista' jgħid jekk il-policy tad-dipartiment tas-saħħa giex l-istess li kienet taħt il-ministru preċedenti cioe illi il-HRT tinxtara mil-pazjent iżda l-proċedura ta' impjantazjoni issir ġol-isptar mingħajr ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-policy li tirrigwardja 'Hormone Implants' baqgħat l-istess għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Leg 9 PQ #32556 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Security

Question

Jista l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li kienet għaddiet għal security f'Novembru 2000 mad-dipartiment tas-saħħa, għadha sal-lum ma ġietx mogħtija l-kariga ta' security meta kienet ġiet it-tmien wieħed fl-eżami , b'punteġġ ta' 163?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32669 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Żejtun — Spiżeriji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' applikazzjonijiet pendenti għall-ispiżeriji ġodda fiż-Żejtun? Meta saret kull applikazzjoni u f'isem min saret?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet pendenti għal spiżjeriji ġodda fiż-Żejtun. Dawn l-applikazzjonijiet (sebgħa s'issa) saru f'dati kif indikati fl-istess lista. Dettalji oħra mitluba ma jistgħux jingħataw minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom.