Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25798 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Stock Exchange — Equity Trading

Question

Jista' jikkonferma l-Ministru li f'termini ta' valur f'liri Maltin, l-equity trading fil-Malta Stock Exchange naqas b'83.3% bejn Jannar u tmiem April 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-trading fil-Borża hu rapurtat fil-gazzetti lokali.
Leg 9 PQ #25224 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Propjeta Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtratx propjeta hawn Malta is-sena l-oħra minn persuni barranin? Kemm swietu u minn liema pajjiżi kienu x-xerrejja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjeta’ immobbli f’Malta matul s-sena 2000 kien ta’ mitejn u tnejn u disgħin (292). Il-valur globali tal-proprjeta’ immobbli li ngħata l-permess fuqha kien ta’ wieħed u għoxrin miljun, tlett mija u tlieta u sebgħin elf, mitejn u ħames liri (Lm 21,373,205). In-numru globali ta’ tlett mija u sitta u sebgħin (376) hu dovut għax proprjeta’ waħda tkun setgħet inxtrat minn kopja li ċ-ċittadinanza individwali tagħha tkun diversa. Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi ċ-ċittadinanza tax-xerreja.
Leg 9 PQ #25228 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Żjara tal-Papa

Question

Billi l-gvern qed jaħseb li jgħati ġurnata vaganza għal waqt iż-żjara tal-Papa, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li tiġi tiswa għall-ekonomija tal-pajjiż miżura bħal din f'termini finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jidhirx li mistoqsija bħal din titlob risposta fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Leg 9 PQ #25439 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru matul l-1999 u sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' 'mobile phones' li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tal-Finanzi fis-sena 1999 kienu tmienja filwaqt li fis-sena 2000 kienu tnax.
Leg 9 PQ #25759 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pagamenti Eċċezzjonali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2001 kienx hemm pagamenti eċċezzjonali fir-rigward ta' benefiċċji ta' sigurta' soċjali u flus allokati lill-kunsilli lokali li għollew l-ispiża tal-gvern matul dan il-perjodu? Jista' jelenka dawn il-pagamenti u jgħid għall kemm kienu jlaħħqu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena ma kienx hemm pagamenti eċċezzjonali fir-rigward ta' benefiċċji ta' sigurta' soċjali u flus allokati lill-Kunsilli Lokali. Dawn kienu fuq l-istess livelli tas-sena l-oħra għall-istess perijodu, bid-differenza li, għar-rigward tal-benefiċċji soċjali, xi pagamenti li d-dipartiment għamel fl-aħħar ta' Marzu ġew ikkuntjati mal-pagamenti li d-dipartiment ħallas f'April.
Leg 9 PQ #25760 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Court Fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq id-dħul tal-Gvern minn court fees matul l-ewwel tliet xhur tas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25761 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq l-ammont ta' profitti li għadda il-bank ċentrali lill-Gvern matul l-ewwel tliet xhur tal-1999, 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25763 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dejn Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilaħħaq id-dejn pubbliku fix-xhur bejn Diċembru 2000 u April 2001, xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25764 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ tal-kont li għandu l-Gvern mal-Bank Ċentrali fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar bejn Diċembru 2000 u April 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25356 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25754 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq benefiċċji tas-Sigurta' Soċjali fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 1999, Jannar, Frar u Marzu 2000, Novembru u Diċembru 2000 u Jannar, Frar u Marzu 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25755 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Personal Emoluments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża fuq personal emoluments matul l-ewwel tliet xhur tal-1999,2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25756 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Imgħaxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża fuq imgħaxijiet tad-dejn matul l-ewwel tliet xhur tal-1999, 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25757 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Import Duty

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq id-dħul tal-Gvern mill-import duty fuq il-karozzi u mir-reġistrazzjoni ta' karrozzi matul l-ewwel tliet xhur tal-1999, 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Leg 9 PQ #25758 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern għaddiex xi sussidju anke f'forma ta' eżenzjoni minn importi tad-dwana, lill-Enemalta matul l-ewwel tliet xhur ta-sena 2001 u jekk iva, għal kemm jammonta dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ġie imħabbar fid-Diskors tal-Budget għal din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta, matul is-sena 2001, qed tgawdi minn eżenzjoni ta' Lm1.6 miljuni fuq dazji tas-sisa.
Leg 9 PQ #25937 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Żviluppi

Question

Peress li ħafna residenti b'mard kroniku u anzjani b'ħafna taraġ qed jistennew żviluppi fir-rigward ta' dak li staqsejt f'mistoqsija parlamentari nru 23895, hemm xi żviluppi li bihom dawn il-lifts hekk meħtieġa jibda jiġi stallati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-ewwel tender kellha tiġi kkanċellata, ħarġu żewġ offerti separati għall-lifts fil-Floriana. Dawn huma Advert CT 115/2001 (Triq il-Fosos) u Advert CT 117/2001 (Triq Sant’ Anna). Dawn iż-żewġ offerti għalqu fis-26 t’April 2001 u l-offerti ntbgħatu lill-Awtorita’ tad-Djar biex issir l-aġġudikazzjoni fuqhom. Sal-lum ir-rapporti mill-Awtorita għadhom ma waslux fid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #25211 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħi, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom.
Leg 9 PQ #25344 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25648 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Intelligence Unit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-financial intelligence unit huwiex ser jiġi imwaqqaf mil-ministeru tal-finanzi jew inkella fil-ministeru imsemmi, minħabba f'dak il gemm irrapurtat f'kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Financial Intelligence Unit se tkun twieġeb għall-Ministru tal-Finanzi bħala unit indipendenti.
Leg 9 PQ #25649 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni

Question

Billi spiss qed jidhru rapporti li l-proċess ta' privatizzazzjoni miexi ġmielu, jista' l-Ministru jagħti r-rendikont fhiex waslet il-privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ingaġġata f'dal proċess? Billi l-Prim Ministru indika li huwa mistenni li jipprova jinkiseb kunsens qabel jitkompla il-proċess ta' privatizzazzjoni, jista' jgħid f'termini effettivi kif biħsiebkom tilħqu dan il-għan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ngaġġata f'dal proċess huwa kif imsemmi hawn taħt:- 1. Malta Freeport Terminals: Irċevejna l'Expressions of Interest minn erbatax il-kumpanija. Fil-ġranet li ġejjin sejrin jintbagħtu l-Information Memorandum. 2. Kordin Grain Terminal: Disa kumpaniji wieġbu għas-sejħa għall-Expression of Interest. Fil-ġranet li ġejjin jintbagħat l-Information Memorandum. 3. Mediterranean Offshore Bunkering Company: Sittax il-kumpanija wrew interess f'din il-privatizzazzjoni. 4. Dipartiment tal-Lottu: Ippreżentajt għal-ewwel qari il-Liġi ġdida dwar il-Lotterji liema liġi dalwaqt tiġi ppreżentata fil-Parlament. F'Mejju sejra toħroġ Request for Proposal għal din il-privatizzazzjoni. 5. Malta International Airport: Il-konsulenti bħalissa għaddejin bid-due diligence exercise. 6. Bank of Valletta: Sejrin jiġu appuntati awdituri għal dan il-proċess. Fi stadji differenti tal-proċess il-Privatisation Unit kif ukoll il-konsulenti involuti qegħdin jiltaqgħu mal-partijiet interessati f'dan il-proċess.