Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal Internazzjonali u Kummerċjali ta' l-Arbitraġġ

Question

Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi li permezz tagħha twaqqaf it-Tribunal Internazzjonali u Kummerċjali ta' l-Arbitraġġ, kemm-il darba ltaqa'? Kemm il-każ ittratta? X'kienu id-deċiżjonijiet li ħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Sal-lum l-ebda kaz ta' arbitragg internazzjonali kummercjali ma gie registrat fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg. Ta' min ighid li t-Taqsimiet V u VII tal-ligi dwar arbitragg internazzjonali dahlu fis-sehh fl-1 ta' Awissu u fil-15 ta' Settembru ta' din is-sena rispettivament.

Qrati — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Qrati mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza ghall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, kien hemm erbatax-il persuna li gew impjegati fil-Qorti bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000. Minn dawn, tlettax gew impjegati bhala Deputati Registraturi fuq bazi kuntrattwali b'sehh mit-12 ta' Mejju 2000 u dan wara li harget sejha ghall-applikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar 2000. Giet ukoll impjegata persuna fil-grad ta' Skrivan Sostitut Kazwali fuq kuntratt definit. Din bdiet tahdem b'sehh mis-7 ta' Settembru 2000 wara li dehret quddiem Bord ta' l-Ghazla li kkonduca l-interviews. Skond cirkolari ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru Numru 23/99 u 40/99, l-ingagg ta' dawn l-impjegati jista jsir jew permezz ta sejha pubblika jew permezz tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. L-ingagg mill-Qorti sar permezz tal-Korporazzjoni hawn fuq msemmija. Ma gew impjegati l-ebda haddiema godda minghajr ma kien hemm xi sejha ghall-applikazzjonijiet

Qorti — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti u/jew weħlu xi multa jew ħabs għax kisru l-liġi kontra d-dagħa f'dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u x'weħħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Billi l-akkuzi fuq reati inkluzi dawk li kisru l-ligi kontra d-dagha isiru mill-Pulizija, nissuggerixxi li din id-domanda tigi riferita lilhom. Barra minn hekk fil-Qrati ma tinzammx tali statistika.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ga kelli l-opportunita' nwiegeb l-Onorevoli Interpellant f'okkazjonijiet ohra, sakemm ma ninghatax raguni l-ghala qed tintalab , ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni mitluba. Nigbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli membru ghall-allokazzjonijiet ghall-Hospitality li hemm fl-Estimi Generali taht il-vot tal-Ministeru tieghi u dawk tad-dipartiment li jaqghu tahtu.

Kunsilli Lokali — Ilmenti

Question

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jirċievi ilmenti mill-pubbliku dwar xi irregolaritajiet partikolarment mil-lat ta' sinjali tat-traffiku, eċċ? F'eventwalita' bħal din, x'passi jieħu d-dipartiment? Il-kunsilli jirrispondu u jpoġġu fil-prattika r-rakkmandazzjonijiet tad-dipartiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghalkemm l-ilmenti fuq il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ghandhom jigu ndirizzati lill-Kunsill tal-lokalita' koncernata, jkun hemm kazijiet fejn l-ilment jintbaghat id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. F'dan il-kaz id-Dipartiment jigbed l-attenzjoni tal-Kunsilli Lokali biex l-ilment jigi pprocessat u kkunsidrat skond ir-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar l-ilmenti. Ma jirrizultax li hemm xi ilmenti li ma gewx ikkunsidrati mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #19498 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #19498 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Iz-zidiet fit-Tariffi gew pubblikati fl-Avvizi Legali min numru 138 sa 142 u emendati bl-Avvizi Legali min-numru 197 sa 201. L-Onorevoli Interpellant jista' jaghmel referenza ghal dawn l-Avvizi Legali.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu ta' l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kemm ingħataw ċitazzjonijiet, kemm kien jammonta ir-revenue minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kienu r-raġunijiet ta' kontravenzjonijiet li għalihom ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 9 PQ #19413 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18691 fis-seduta 373 tas-27 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19450 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Ġemellaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' dawk l-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin li għandhom ġemellaġġ ma' xi belt barranija, u f'kull każ ma' min?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #19521 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Drivers tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jivverifika li d-drivers tal-maġistrati li hemm bħalissa se jispiċċalhom ix-xogħol tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn id-drivers? Min se jieħu post id-drivers preżenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet ta' dawn id-drivers il-ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal issa l-Membri tal-Gudikatura ghandhom servizz ta` trasport minn kuntrattur li gie mqabbad ghal dan il-ghan mill-Qorti wara li saret sejha ghall-offerti. Ghaldaqstant l-ingagg ta` drivers ghal tali servizz hu r-risponsabbilta` tal-kuntrattur tul il-perjodu tal-kuntratt.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18150?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m`ghandhiex konsulenti barranin li qed jaghtu servizz fid-dekasteru tieghi.

Paola — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasslu t-taħdidiet bejn il-gvern Libjan u l-kunsill lokali Paola dwar Ġnien Gaddafi ġewwa r-Raħal il-Ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill Lokali koncernat.

Qrati — Kawżi Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18183?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Prim` Awla tal-Qorti Civili hemm pendenti 9224 kawzi; fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) hemm 2700 hawzi civili pendenti; u fit-Tribunal tat-Talbiet iz-Zghar hemm 948 kawzi pendenti. L-informazzjoni mitluba fil-paragrafu (1) ser tigi mpoggia fuq il-mejda tal-kamra. Il-Magistrati li jaghmlu kawzi civili huma l-Magistrati Meli, Montebello, Apap Bogogna u Mallia. L-Informazzjoni mitluba fil-paragrafu (3) tad-domanda tirrikjedi ricerka fit-tul fuq il-kawzi kollha individwali li llum huma differiti ghas-sentenza u dan ukoll sabiex jigi stabbilit liema minnhom ilhom differiti f`dawn l-ahhar sentejn sempliciment ghas-sentenza. Barra minn hekk il-maggor parti tal-processi li huma differiti ghas-sentenza jkunu ghand il-Gudikanti u ma jkuknux disponibbli. M`hinix f`pozizzjoni lanqas li naghti l-informazzjoni mitluba fil-paragrafu (4) billi l-ghoti tas-sentenzi ma jaqax taht l-iskrutinju ta` l-Amministrazzjoni.
Leg 9 PQ #19384 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fit-tariffi tal-qorti hijiex b'xi mod jew ieħor relatata mal-ħtieġa ta' finanzjament taż-żieda f'allowances li se jkun hemm għal membri tal-ġudikatura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li le.

Kunsilli Lokali — Ħlas ta' kera ta' artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali hux qed jiġu mitluba jħallsu kirjiet għall-artijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħhom, bħal, ngħidu aħna, ġobba pubbliċi?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ebda kera ma tithallas ghall-artijiet bhal gonna pubblici li ghall-manutenzjoni jaqghu taht ir-responsabbilta tal-Kunsilli Lokali.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18127?

Response (GATT, AUSTIN)

Konsulenti li qed jaghtu servizz lill-Ministeru jew dipartimenti li jaqghu taht id-dikasteru tieghi huma dawn: Kunsilli Lokali Dr Anthony Cutajar - konsulent legali bi hlas ta` LM100 + vat fix-xahar Is-Sur Maurice Caruana - Konsulent bi hlas ta` Lm5000 fis-sena u uzu ta` karozza Il-Qorti L-Inginier Joseph Muscat - Konsulent tekniku bi hlas ta` Lm100 fix-xahar + vat. Ministeru Tonna, Camilleri & Associates fuq EU Conventions. Saru (4) studji bejn Lulju - Awwissu 1999 ghall-hlas ta` LM500 + Lm75 vat ghal kull studju. Dr David Fabri, Dr Joe Azzopardi, Dr Franco Vassallo, konsulenza fuq amendi ghall-kodici ta` Organizzazzjoni u Procedura Civili fir-rigward ta` warrants ta` qbid u bejgh bis-subbasta ghall-hlas ta` Lm250 + vat lil kull wiehed mit-tlett avukati. Dr Vanni Bruno, xoghol konness mar-revizjoni tal-Ligijiet ta` Malta (skond l-Att tal-1980) u mal-hrug tal-Edizzjoni tal-Ligijiet ta` Malta. Legislazzjoni Sussidarja fuq C.D. Rom. Kuntratt bi hlas ta` LM2400 + vat. Dr Vanni Bruno, gbir ta` legizlazzjoni sussidjarja kollha, mill-bidu tas-seklu sal-lum, integrazzjoni u kollezzjoni, preparazzjoni ta` draft finali ghall-approvazzjoni tal-Law Commission u Lm10,000 fis-sena ghall-erba snin. P.L. Joseph Gatt, xoghol ta` pubblikazzjoni ta` Sentenzi tal-Qrati. Kuntratt (indefinit) bi hlas ta` Lm2400 + vat fis-sena. Dr Vanni Bruno, xoghol konness ma drafting ta` Ligijiet u ma traduzzjoni tal-Aquis. Kuntratt ghal tlett snin b`ingagg bhala konsulent u hlas ta` Lm15,000 fis-sena.

Gustizzja u Gvern Lokali — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghad-domanda Nru. 18472 fis-seduta 365.
Leg 9 PQ #19022 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-lokalitajiet li għad m'għandhomx is-servizz ta' gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Lokalitajiet li ghad m'ghandhomx is-servizz ta' Gwardjan Lokali huma dawn li gejjin: 1. Birzebbuga 2. Floriana 3. Isla 4. Marsa 5. Mtarfa 6. Xghajra 7. Xaghra -Ghawdex