Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35028 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett ta' installazzjoni ta' security camera fis-CCF? Min ingħata t-tender? Jistgħu jiġu provduti l-irċevuti li jikkorrespondu ma' din l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Il-proġett ta` installazzjoni ta` security cameras fil-CCF sewa Lm47,020.94. Din it-tender ingħata lill-Dedicated Micros Ltd. Numru tal-Kuntratt CT 356-94 li inħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35029 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa t-tbiddil tal-padlocks taċ-ċelel fis-CCF? Min ingħata t-tender ? Jistgħu jiġi provduti l-irċevuti li jikkorrispondu ma' din l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar ix-xiri tal-katnazzi ingħata fit-tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28900. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35030 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Main Gate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali assenjati mal-main gate tas-CCF bħalissa? Min huma? Kemm tellgħu siegħat overtime din l-aħħar sena, wieħed wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ta` kuljum ikun hemm żewġ uffiċjali assenjati mal-Main Gate. Wieħed ikun xogħol b`overtime bejn is-seba` ta` filgħodu u s-sagħtejn ta` wara nofs in-nhar filwaqt illi mis-sagħtejn ta` wara nofsinhar sad-disa ta` filgħaxija tiġi immanjata minn membru ta` l-Special Response Team li jkun xogħol tal-ġurnata. Din is-sistema bdiet tintuża mit-28 ta` Frar 2002, u l-overtime neċessarju sar minn diversi uffiċjali li huma kompetenti u kapaċi għal dan ix-xogħol. Infurmat illi bejn it-28 ta` Frar 2002 u t-18 ta` Lulju 2002 in-numru ta` sigħat li ħadmu dawn l-uffiċjali individwalment kienu 184,130, 80, 74, 107, 89, 10, 20, 10, 49, 42, 80, 14, 63, 49, 21, 7 u 7. Ma nħossx li l-ismijiet ta` dawn il-persuni għandom ikunu ippublikati.
Leg 9 PQ #35048 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiftaħ kors ieħor għall-uffiċjali kadetti fil-Korp tal-Pulizija? Meta hu maħsub li ser issir sejħa għall-applikazzjonijiet? F'korsijiet bħal dawn ikun hemm numru stabbilit dwar kemm ikunu membri tal-Korp u kemm le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija ta` Malta. Dan qed isir skond sejħa għal applikazzjonijiet li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Ġunju 2002, u li fiha hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali ingaġġ.
Leg 9 PQ #34746 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Traffiku

Question

B'riferenza għal mistoqsija 32589 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużżjonijiet tat-traffiku apportati lill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u kemm dawk bumper to bumper? Kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali f'dan il-perjodu?), jista' l-Ministru jaġġornani sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta` kolliżżjonijiet tat-traffiku u inċidenti tat-traffiku fatali għax-xhur minn April sa Ġunju 2002 hu kif ġej:- Total ta` kolliżżjonijiet - 3,721 Dawk minnhom fatali - 5
Leg 9 PQ #34871 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Msida — Debris

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 34634, ninforma lill-Ministru li qed nirreferi għad-djar li twaqqgħu faċċata ta' fejn inbnew il-housing units il-ġodda fl-Imsida.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` qeghda f`kuntatti ma` l-izviluppatur sabiex jittiehdu il-passi rimedjali u immedjati halli jinzamm is-sid nadif minn debris u materjal iehor ta` bini. Barra minnhekk l-Awtorita` ser tesigi ma` min huwa responsabbli sabiex is-sit tal-progett jigi mdawwar b`hoarding adekwat skond kif imponut fil-kundizzjonijiet tal-permess.
Leg 9 PQ #34880 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Golden Bay

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi tat l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jinbena taraġ tal-injam fuq ir-ramel tal-Golden Bay ? Min applika għal tali permess u meta ħarġu l-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Wara li l-MEPA kienet ghamlet azzjoni diretta fuq it-tarag illegali li kien sar snin ilu saru laqghat preliminari bejn il-perit tal-izviluppatur u l-Awtorita` fejn gie diskuss il-metodu accettabli ghall-Awtorita` ta` kif ghandu jsir tarag temporanju, sakemm tinstab soluzzjoni permanenti ghal rilokazzjoni ta` struttura li tinstab fl-istess bajja. Minkejja li kien indikat lilu il-process biex japplika, l-izviluppatur ghazel li jaghmel ix-xoghlijiet minghajr permess tal-MEPA. Kien ghalhekk li nharget Enforcement Notice u sadanittant saret applikazzjoni sanatorja PA 4066/02.
Leg 9 PQ #34900 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Bagi

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kwalunkwe opra tal-baħar ma' tibqax tiġi misjuqa fil-viċinanzi tax-xtajtiet u l-bajjiet fi Qui-Si-Sana, Chalet, Fond Għadir u Exiles f'tas-Sliema u dan biex ma jkomplix jinħoloq periklu għall-għawwiema li jgħumu fl-inħawi? Jikkonsidra l-Ministru li jsiru bagi madwar l-inħawi biex jimmarkaw id-distanza ta sa fejn għandhom jaslu l-opri tal-baħar?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li gentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat, ninsab infurmat illi l-Pulizija din is-sena ziedet il-prezenza taghha fuq il-bahar, sabiex tissorvelja aktar dwar abbuzi li jista` jkun hemm minn sewwieqa ta` opri tal-bahar fil-vicinanzi tax-xtajtiet.
Leg 9 PQ #34902 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Chalet — Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bini magħruf 'Chalet' f'tas-Sliema jiġi magħluq għall-aċċess pubbliku peress li minkejja li huwa ddikjarat perikoluż u ikkundanat, qiegħed issir użu tiegħu min-nies b'periklu għall-saħħithom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li xoghlijiet ta` tiswija u maintenance fuq proprjeta` mhux residenzjali tal-Gvern, inkluz l-imbarrar ta` access, jaqghu taht ir-responsabbilita` tad-Dipartiment tal-Construction and Maintenance fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura. Dawn ix-xoghlijiet izda jsiru wara li jigu awtorizzati mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern. Fil-kaz tax-Chalet f`Tas-Sliema ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern diga` talbet lid-Dipartiment imsemmi sabiex inehhi kull periklu li jista` jkun hemm.

Espropjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-postijiet 27, 28 u 29 Strait Str, Valletta, ġewx esproprijati jew le u jekk iva, f'liema stadju waslu l-proċeduri

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post Numru 27 Triq id-Dejqa, il-Belt fil-fatt huwa tal-Gvern. Minn naha l-ohra il-postijiet 28 u 29 fl-istess triq kienu gew iddikjarati li huma mehtiega ghal skop pubbliku taht l-Ordinanza dwar Akkwist ta` Artijiet ghal Skopijiet Pubblici u t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qieghda fil-process li tistabilixxi min huma s-sidien ta` din il-proprjeta.`
Leg 9 PQ #35024 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex legali li kwalunkwe priġunier mid-divizjoni tas-CCF jinżam arrestat għal 4 snin mingħajr ma' jibda għaddej ġuri? Dan ma jmurx kontra l-konvenzjoni ewropeja għad-drittijiet tal-bniedem?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf l-Onor. Interpellant it-tul taż-żmien sabiex wieħed jgħaddi ġuri ma jiddependix la mill-Gvern, la mill-Opposizzjoni u lanqas mill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi. Jeżistu rimedji taħt diversi liġijiet għal min jidhirlu li l-każ tiegħu fil-Qorti qed idum wisq. Japprezza l-Onor. Interpellant li fil-kariga tiegħi preżenti ma nistax nagħti pariri legali dwar il-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem fuq każi individwali: iżda konvint li hemm diversi persuni li dal-parir jistgħu jagħtuh.
Leg 9 PQ #34847 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Msida — Rubbish Dump

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax titkompla titwaqqa' l-kamra antika li parti minnha diġa' hi mwaqqgħa li hemm kantuniera f'St. Venera Road, Msida ma' Valley Road, Msida minħabba li din qed tispiċċa bħala rubbish dump għall-inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

L-ilment ser jiġi investigat.
Leg 9 PQ #34864 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għawdex/Kemmuna — Draft Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft local plan għal Għawdex u Kemmuna maħruġ mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna li hu maqsum f`żewġ partijiet, (Draft land-use policies u Draft policy maps). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #34879 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sirens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara li tas-Sirens kisru l-liġi u għalqu l-aċċess għall-pubbliku li kien hemm mal-Kosta tal-bajja fejn għandhom il-pixxina tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Il-każ qed jiġi nvestigat anke fid-dawl tal-kundizzjonijiet imposti fil-kuntratt taċ-ċens ta' l-art kif għaddiet b'riżoluzzjoni parlamentari.
Leg 9 PQ #34890 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Triq il-Ħabs Antik

Question

B'riferenza għall-bini ta' appartamenti ħdejn St. Anġlu, l-Birgu, jista' l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Triq il-Ħabs Antik li l-għoli ta' dawn l-appartamenti mhux ser jaqbeż it-triq imsemmija? Jista' jgħid wkoll jekk hux qed jimxu fuq dak approvat mill-Awtorita` tal-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-21 ta` Ġunju 2002, l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat ammenda għal permess tal-blokk residenzjali li għalih tirreferi il-Mistoqsija Parlamentari. Il-permess il-ġdid ma jipprevedix li l-bini jaqbeż l-għoli ta` Triq il-Ħabs l-Antik. Il-bini qiegħed jinbena skond dan l-aħħar permess. Għad iridu jsiru xi alterazzjonijiet biex jitneħħa parti mill-bini li mhux qiegħed jitkompla wara li nħareġ il-permess emendat.
Leg 9 PQ #34908 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trasport Topic Paper

Question

Jista' l-Ministru jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tat-Trasport Topic Paper maħruġ mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30063.
Leg 9 PQ #34919 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rinella — Kalkara

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara nhar it-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2002, fejn kien hemm roqgħa żejt fil-bajja tar-Rinella, Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx site plan u pjan ta' proċess dwar il-ħażna u tindif fit-tankijiet viċin il-bajja ta' Rinella? X'informazzjoni hemm dwar użu ta' additives ma' hydrocarbons? Jekk huwa l-każ, x'tip u kemm kien l-ammont ta' żejt kalkulat li ħareġ meta sar l-inċident; u x'azzjoni qed tittieħed biex jiġu evitati inċidenti simili?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li jeżisti proċess rigward il-ħażna u tindif fit-tankijiet li t-Tarzna għandha fl-inħawi msemmija. Dan il-proċess jikkonsisti fl-ilqugħ taż-żejt u ilma ġewwa t-tankijiet u separazzjoni permezz ta` sħana u gravita`. Ma jintużaw l-ebda "additives" fit-trattament taż-żejt. L-ammont ta` żejt li aċċidentalment spiċċa fil-baħar kien ta` madwar tlitt metri kubi u kien żejt ta` oriġini minerali. Dan inġabar mill-Oil Pollution Module li taqa` taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Sabiex fil-futur jiġu evitati inċidenti simili, ser jitwaħħal valve fuq il-pipeline, jinbena ħajt baxx quddiem il-boiler house u jiġu adottati proċeduri bil-miktub meta jsir trasferiment ta` żejt.
Leg 9 PQ #34976 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Mejju 2002 kien hemm 632 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #34977 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti serq matul Mejju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Mejju 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta` serq. Hold up 3 Pick Pocketing 28 Snatch & grab 24 Serq minn dgħajjes 4 Serq ta` dgħajjes 3 Serq ta` karozzi 94 Serq minn karozzi 326 Serq minn barijiet/lukandi 91 Serq minn fabbriki 6 Serq minn residenzi 64 Serq minn ħwienet 77 Serq minn xtajtiet 4 Serq ieħor 225
Leg 9 PQ #34978 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati ? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati matul Gunju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ġunju 2002 kien hemm 372 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.