Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha konessjoni jew ħanut tal-ġojellerija (jewellery) f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Pero` ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 374 persuna li għandha liċenzja tan-negozju tal-Pulizija għall-bejgħ ta` ġojellerija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir DNA testing biex jiġu magħrufa speċi protetti bis-CITES? Kemm-il persuna hi mħarġa biex tagħmel dan ix-xogħol? Qatt inqabad xi ħadd permezz ta' DNA testing fuq speċi protetti bis-CITES?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija m`għandhiex persuni mħarrġa sabiex isir DNA testing kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ma kellhiex każijiet fejn inqabad xi ħadd permezz ta` dan it-tip ta` test.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija b'fixed point duties, distrett distrett?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` fixed point duties maħduma mill-Pulizija tad-Distretti tal-Korp tal-Pulizija huma hekk:
Distrett
Numru ta`
fixed points
1
2
2
1
3
xejn
4
xejn
5
3
6
4
6A
1
7
xejn
8
5
9
1
10
1
Jista' l-Minstru jinformana x'passi ħadet il-planning authority u cioe' l-enforcement section dwar kopja ta' ittra li persuna - isimha u kopja ta' l-ittra qed jintbagħtu separatament - irċeviet dwar inkonvenjent għar-residenti ta' toroq partikolari fil-Mosta? Jista' l-Ministru jinformana x'sar minn dakinhar sal-lum u x'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27431 u għall-punti bażiċi ta` l-imsemmija ittra annessa ma` din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet diversi passi kontra s-sid ta` dan l-istabbiliment u nħarġu tlett Avviżi biex Tieqaf u ta` Twettieq li huma:
ECF 1174/00 maħruġ fis-27 ta` Ottubru 2000, talli ġiet imsaqqfa bitħa interna, ftuħ ta` aċċess f`appoġġ minn ħanut għall-ħanut ieħor, bdil t`użu ta` spazju miftuħ għall-parkeġġ ta` karozzi u 'storage area', ftuħ ta` bieb ieħor fl-appoġġ li jagħti għall-istess spazju, tinda fuq l-imsemmi bieb u talli tneħħa l-ispazju approvat għall-parkeġġ fil-permess PA 7388/95, maħruġ fil-11 ta` Marzu 1998, u qiegħed jintuża bħala parti mis-supermarket.
ECF 97/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001, talli sar bdil t`użu f`post adjaċenti mall-parkeġġ minn abitazzjoni għall-store.
ECF 98/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001, talli sar bdil t`użu minn garaxx (għall-ipparkjar ta` karozzi privati) għall-store.
Rigward l-ewwel Avviż, ċioe` ECF 1174/00, il-file relatat ġie riferut għall-Azzjoni Diretta għalkemm hemm applikazzjoni sanatorja li għadha pendenti, b`referenza PA 2910/01. Għar-rigward taż-żewġ Avviżi l-oħra hemm Appelli pendenti kontra dawn l-Avviżi.
Dwar l-użu ta` l-istabbiliment u ksur ieħor ta` l-Att dwar l-Ippjanar (kif imsemmi aktar il-fuq) l-Awtorita` se tieħu l-passi neċessarji.
Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet u ser tibqa` tieħu l-passi kollha meħtieġa skond il-liġi. Jiena nfurmat ukoll, li x-xahar l-ieħor kienet inżammet laqgħa fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, u li għaliha kienu attendew ukoll xi wħud mir-residenti flimkien ma` l-avukat tagħhom, fejn matul din il-laqgħa kien ġie spjegat l-azzjoni kollha li l-Pulizija kienet ħadet u qed tieħu dwar l-ilmenti tagħhom. Wara li ġew iċċarati xi punti, ir-residenti kienu dehru sodisfatti b`dak li l-Pulizija kienet għamlet u qegħdha tagħmel.
Jista' l-Ministru jinformana bil-progress li sar dwar l-ittra li bgħat is-sindku tal-Mosta nhjar is-6 ta' Novembru, 2000 lill-Joint Office li tagħha qed nibgħat kopja separatament?
X'ġara minn din il-miżbla u għaliex sal-lum tħalliet teskala? Jista' l-Ministru jieħu l-passi immedjatai sabiex tissolva l-inġustizzja u l-ksur tal-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-materjal li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tneħħa minn fuq il-post.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi talba għall-żvilupp ta' golf course fil-Wardija? Jista' l-Ministru jinvestiga x'awtorita' għandhom il-persuni li qed javviċinaw lill-bdiewa sabiex jispezzjonawlhom ir-raba jekk huwiex tinħadem peress li fuqu se tiġi żviluppata golf course?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kellhiex talba għal-żvilupp ta` "Golf Course" fil-Wardija.
Minn naħa tad-Dipartiment ta` l-Artijiet ninsab infurmat illi ma għandu l-ebda talba simili, u għaldaqstant ma bagħat l-ebda impjegati sabiex javviċinaw il-bdiewa f`dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħatra ingħatat il-persuna li isimha qed jidher separatament fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Minn meta ingħatat il-ħatra, kemm se jitħallas? Minħabba li fi tweġiba oħra diġa kont għidt li kien sar festin meta din il-persuna kienet irtirat bil-penzjoni, tista' tgħid ir-riċeviment li sar f'Ġunju għal liema skop sar?
Xi spejjeż kienu saru fl-uffiċċju tad-direttur fl-estate managments minn meta ħa l-ħatra ta' direttur? Illum għadu juża dan l-istess uffiċju u jekk qiegħed f'uffiċju ieħor xi spejjeż saru biex kien trasferit l-uffiċju u addattat biex jilqa' ġo fih lid-direttur li ismu qed jidher separatament?
Min hu d-direttur ġenerali tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-estate management bħalissa? Meta kien iffirmat il-kuntratt ta' direttur ġenerali li kien skada aktar kmieni din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onor. Membru ngħatat ħatra ta` konsulent għal perijodu ta` sitt xhur li beda mill-1 ta` Ġunju 2001. Il-persuna hija marbuta tagħti 25 siegħa ta` ħidma fil-ġimgħa b`remunerazzjoni ta` Lm2.88c5 fis-siegħa. Din il-persuna tgawdi minn esperjenza enormi fix-xogħol tad-Dipartiment ta` l-Artijiet peress illi ħadmet f`dan id-dipartiment għall-aktar minn 40 sena, u ftit qabel din il-ħatra irtirat mill-impjieg.
L-okkażjoni msemmija mill-Onor. Membru bħala riċeviment kienet biss il-laqgħa għall-ħaddiema tat-Taqsima li ssir kull sitt xhur, biex l-istess ħaddiema jingħataw rendikont tal-ħidma li tkun saret. Il-ħaddiema tat-Taqsima ħadu din l-okkażjoni biex taw rigal ta` tifkira li xtraw minn buthom stess lill-persuna konċernata.
Ma saru l-ebda spejjeż fl-uffiċċju tad-Direttur għat-Tmexxija tal-Proprjeta` minn mindu ħa l-ħatra. Peress li kien hemm il-ħsieb illi f`dan l-uffiċċju jsiru xogħlijiet ma` l-ewwel fażi tar-rijabilitazzjoni tal-Berġa tal-Baviera, id-Direttur għat-Tmexxija tal-Proprjeta` kien juża parti mill-uffiċċju tas-Segretarjat tiegħu. Illum, li din l-ewwel fażi ta` xogħlijiet bdiet, id-Direttur u s-Segretarjat tiegħu kellhom jivvakaw din il-kamra wkoll u marru f`kamra oħra. F`din l-aħħar kamra, ma saru l-ebda spejjeż biex tilqa` ġo fiha lid-Direttur, ħlief tibjida tal-ħitan li qamet seba` liri u sebgħin ċenteżmu (Lm7.70).
Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern li fiha tinkorpora d-Dipartimenti ta` l-Artijiet u t-Tmexxija tal-Proprjeta` huwa l-Perit John Sciberras. Dan ilu fil-kariga mill-21 t`Ottubru 1997. Il-Perit Sciberras għadu ma ffirmax il-kuntratt ta` Direttur Ġenerali għal tlett snin oħra mill-21 t`Ottubru 2000, li dan il-Gvern għoġbu joffrilu.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tal-Bord tal-Pariri dwar liċenzja tal-Pulizija TL/V/18/98 u TL/V/18/98 u l-proġress li sar mis-27 ta' Diċembru l'hawn?
Peress li jirriżulta li l-inkonvenjent għar-residenti kompla żdied u sar insupportabli wara li żdiedu l-extractors wara l-jum ta' 12 ta' Lulju 2001, jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija għadu għaddej bl-investigazzjoni ta` l-ilmenti mressqa lilu. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi qabel din il-Mistoqsija, il-Pulizija ma kellhiex rapporti dwar inkonvenjent li żdied bi twaħħil ta` extractors addizzjonali. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tagħmel l-istħarriġ issa li saret taf b`dan l-ilment u jittieħdu passi skond ma jirriżulta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-requirements rikjesti mill-Korp tal-Pulizija għall dawk l-uffiċjali li xi darba ġew boarded out u issa qed jitolbu re-instatement? Fil-każ tal-persuna li qed insemmi separatament u li fuqu ġa saqsejt għaliex ma iddaħalx lura, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-rikjesti meħtieġa u li hu ma ssodisfax?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.25986. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma kienx jissodisfa l-kriterji numri 1 u 5.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet mid-dwana bi speċi protetti taħt il-liġi CITES f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu l-ispeċi? Fejn inqabdu l-airport jew is-seaport?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispeċi protetti bħal fkieren, ġlud ta' tjur u annimali, pjanti jew speċi oħra li jkunu konfiskati xi jsir minnhom wara li l-qorti tiddeċiedi s-sentenza ta' konfiska?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Billi pulizija li qed jagħmlu office work fil-korp tal-pulizija li wkoll jiġu mġiegħla jaħdmu sal-5.00 p.m. fis-sajf, is-Sibt sat-3.00 p.m. u anke jiġu mġiegħla jagħmlu għases, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn ma jitħallsux tal-ħin żejjed u lanqas jingħataw time-off-in-lieu bħal pulizija l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawk il-Pulizija fl-overtime grade stazzjonati fl-uffiċini tal-Korp, huma kkompensati bi ħlas ta` overtime jew time off in lieu tal-ħin żejjed li jkunu meħtieġa jagħmlu.
Jista' l-Ministru jerġa jikkonsidra t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 27010 peress li jiena stess għaddejtlu affidavit tal-bidwi konċernat u ritratti li jikkonfermaw li l-ġibja ilha mibnija għall-snin twal u li tikkonferma li r-raba mhux saqwi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-affidavit li qiegħed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Membru jikkonċerna porzjon ta` art magħrufa bħala Porzjon Numru 113c l-Aħrax tal-Madonna, reġistrat bħala tenement 52562. Dan it-tenement ġie tterminat permezz ta` dikjarazzjoni tal-President ta` Malta (numru 512) li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta` Lulju 1998.
Din l-art kienet ġiet identifikata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħala sit biex tiġi żviluppata bħala "Camping Site" u li issa ħareġ il-permess bin-numru 5508/98, sabiex din l-art tiġi żviluppata għal dan l-iskop.
L-applikazzjoni PA2893/01 li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27010 saret mill-Awtorita` tat-Turiżmu sabiex issir mogħdija minn fuq il-blat għal skopijiet ta` diving, biex jitwaqqfu żewġ siti u biex wieħed minn dawn is-siti jsir parking area. L-art fejn irid isir dan ix-xogħol mhijiex mikrija.
Jista' l-Ministru jgħid peress li hemm postijiet ta' divertiment bħal discos li qed jiftħu l-lejl kollu, jista' jgħid liema stabbilimenti ta' discos fil-pajjiż għandhom il-permess jibqgħu miftuħin il-lejl kollu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hawn l-ebda disco li għandu l-permess jibqa` miftuħ il-lejl kollu.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu organizzat il-Health and Safety Committee in Public Places of Entertainment taħt il-protezzjoni ċivili?
X'xogħol għamel mindu twaqqaf dan il-kumitat?
Xi spezzjonijiet saru f'dawn il-postijiet tad-divertiment fl-aħħar tliet xhur biex jiġi verifikat humiex konformi mal-liġi u r-regolamenti?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord dwar il-Kontroll ta` Xogħlijiet tan-Nar u Esplossivi ġie mwaqqaf riċentament fl-1 ta` Lulju ta` din is-sena u għadu fl-istadju li qed jistabilixxi x`sistemi u proċeduri ser jaddotta biex iwettqu l-funzjonijiet tiegħu konnessi mal-liġi u r-regolamenti.