Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawk il-persuni li joqogħdu Wied il-Għajn li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista’ jgħid x’inhi l-eta` tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta’ dawk il-persuni li joqogħdu Wied il-Għajn u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Frar 2007, fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 163.
Eta’
Numru ta’ persuni
Taħt il-25 sena
37
Minn 25 sa 39 sena
58
Minn 40 sena `l fuq
68
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-riżultati ta' l-eżamijiet ta' nofs is-sena fil-Liċeo tal-Ħamrun għadhom ma ntbagħtux lil familji tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap ta' l-iskola qassam ir-rizultati ta' l-ezamijiet ta' nofs is-sena waqt il-Parents Day nhar il-Ħamis 29 ta' Marzu 2007. Ir-rizultati ta' dawk l-istudenti li l-ġenituri tagħhom m'attendewx għall-Parents Day intbagħtu immedjatament bil-posta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet nieqsa u f’liema skejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm acting heads u acting assistant heads u f’liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji s'issa irtiraw jew waslu biex jirtiraw 11-il Kap ta' Skola u 7 Assistenti Kapijiet f'dawn l-iskejjel :
Kapijiet : B'Kara, Baħrija, Mqabba, Naxxar, Paola 'A', Rabat 'B', Tarxien, Għarb, San Lawrenz, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex).
Assistenti Kapijiet : Mellieħa, Mġarr, Żejtun 'B', Gżira, Dingli, St Venera u Victoria.
Informat ukoll li fl-iskejjel Sekondarji irtiraw jew se jirtiraw 5 Kapijiet ta' Skola u 4 Assistenti Kapijiet f'dawn l-iskejjel :
Kapijiet : Fortini BSS, Żebbuġ BSS, Ħandaq BJL, Verdala BJL u Corradino.
Assistenti Kapijiet : Corradino BJL, Verdala BJL, Giovanni Curmi H.S.S. u Sir Refalo Post Secondary.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li tiġi introdotta hot linefejn ħaddiema fis-settur turistiku u anke tal-manifattura jistgħu jirrapportaw dewmien fil-ħlas tal-paga mis-sidien ta' l-ażjendi jew lukandi li jaħdmu fihom billi qed jasluli diversi rapporti ta' ażjendi, speċjalment lukandi, li ġieli jdumu 'l fuq minn xahar biex iħallsu lill-ħaddiema tagħhom? Jista' jinvestiga rapporti li wasluli li meta xi ħaddiema ċemplu d-dipartiment tax-xogħol biex jirrappurtaw każ speċifiku bħal dan qalulhom jieħdu ftit tal-paċenzja għax dejjem jagħtuhom madwar xahar żmien biex iħallsu qabel jieħdu passi kontrihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm diversi numri tat-telefon fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ Impjieg li qegħdin għall-uzu tal-pubbliku u li jintuzaw biex jiġu mistoqsija domandi fuq kundizzjonijiet ta' l-impjieg. Dawn jinkludu:
21224245
21224246
21225215
21222068
21223658
Skond l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ Impjieg rigward ħlas ta’ pagi għandu jsir f’intervall regolari ta’ mhux iktar minn erba’ġimgħat b’lura.
F’kazi fejn impjegat ikun għadu fl-impieg, u jiġi rappurtat li ma sarx xi ħlas ta’ paga dovuta, tittieħed azzjoni immedjata biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
F’kaz li xi ħadd ikollu l-impjieg terminat, l-interpretazzjoni tal-Qrati hi li min iħaddem għandu sa erba’ ġimgħat zmien wara li jkun sar ix-xoghol biex iħallas il-pagi. Din hija r-raġuni għalfejn ma jistgħux jittieħdu passi bil-Qorti kontra min iħaddem qabel ma jgħaddi perjodu ta’ madwar xahar.
Jekk L-Onor. Membru għandu xi informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, jista' jekk jogħġbu jghaddili l-informazzjoni relevanti biex ikunu jistgħu isiru l-aċċertazzjonijiet neċessarji.
Skejjel ta' l-istat. — Abbuż ta' droga jew alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat kienx hemm rapporti dwar abbuż ta' droga u/jew alkoħol? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm studenti nvoluti u ta' liema etajiet kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
F’din il-materja l-iskejjel Statali kif ukoll tal-Knisja huma gwidati mill-proċeduri stipulati fil-Politika Nazzjonali Tackling Substance Abuse (Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, 2001).
Studenti referuti mill-iskejjel ta’ l-Istat lill- Unit Substance Abuse Policy Team, fit-tieni term, kienu mqassma hekk:
Eta’ Numru ta’ Studenti
12 1
13 2
14 1
15 8
15+ 4
Informat li għalkemm dawn l-istudenti ġew referuti mill-iskejjel, dan ma għandu bl-edba mod jiġi interpretat li dawn l-istudenti abbużaw mid-droga fl-iskola.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24630 rigward l-art maġenb il-bitħa ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa biex ikunu jistgħu jsiru faċilitajiet sportivi fosthom mini pitch b'turf artifiċjali li għalih hemm fondi mill-UEFA, tista' d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tagħmel it-tali talba msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern u l-Kunsill Malti għall-iSport diġa' qed jgħinu lill-Mellieħa SC fil-proġett tal-ground tagħhom li hemm ezattament biswit l-iskola. B'danakollu ser nara x'timplika l-materja mqanqla mill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma taħt il-21 sena? Kemm nisa u kemm irġiel? Minn liema lokalitajiet huma dawn ta' l-aħħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Frar 2007 fuq l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 6,406 u 781 rispettivament. Kien hemm 5,534 irġiel u 1,653 nisa. Minn dawn kien hemm 819 persuna taħt l-20 sena, 466 irġiel u 353 nisa. Informazzjoni dwar minn liema lokalitajiet dawn ta’ l-aħħar kienu ġejjien, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab informat ukoll li matul dawn l-ewwel 3 xhur tas-sena 2007, 864 persuna li kienu qed jirreġistraw ma' l-ETC sabu xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid minn fost dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol kemm minnhom huma meqjusa bħala li m'għandhomx snajja? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena? Kemm minn dawk li qed jirreġistraw huma 'l fuq minn 50 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Membru jkun preċiz u jiddefinixxi x'jifhem b'persuni 'li m'għandhomx snajja'?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' Kindergarten Assistants u jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ammont sabiex taqdi l-ħtiġijiet li għandha d-diviżjoni llum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni ta' Supply Kindergarten Assistants.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-diviżjoni tagħmel sejħa għall-Kindergarten Assistants regolari minflok sejħiet għal dawk supply?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sejħiet għall-Kindergarten Assistants regolari jsiru meta jinħass il-ħtieġa li jkun hemm bzonn sejħiet ta' din ix-xorta. Informat li billi r-rata tat-twelid hi dik li hi, għad m'hemmx il-ħtieġa li toħroġ sejħa għall-Kindergarten Assistants regolari.
B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari 24463, jista’ l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena skolastika saru spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti minn uffiċjali tad-dipartiment sabiex jiżguraw li m’hemmx ikel u xorb li jista’ jkun ħażin għas-saħħa ta' l-istudenti minħabba li skond it-tweġiba ntqal li ma sarux rapporti dwar dan? Dan ifisser li d-diviżjoni timxi biss fuq rapporti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mainl-antik tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon f'Ħal-Luqa hux se jinbidel filwaqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-bdil tal-kanen ta' l-ilma milll-kunsill lokali u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li din it-triq se tingħata t-tarmac mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol minħabba li riċentement reġa' kien hemm żbroff tad-drenaġġ fid-djar tar-residenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 23373, jista' l-Ministru jikkonferma huwiex jgħid li jekk xi ħadd, hu min hu, jitqabbad minn sponsor barra mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, jista' jibda jagħti l-lezzjonijiet fl-iskejjel tal-gvern anke jekk dan l-individwu m'għandux kwalifiki? F'dak il-każ, x'valur għandu l-warrantta' l-għalliema? Peress li l-Ministru sejjaħ dan l-esperiment suċċess, jista' jgħid fuq liema kriterji sejjaħlu suċċess? Jista' jikkonferma jekk dan huwiex l-ewwel pass lejn il-privatizzazzjoni ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, fejn enti privati jiddeċiedu huma min jgħallem u min ma jgħallimx fl-iskejjel tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma nifhimx jekk l-aħħar mistoqsija ta' l-Onor. Membru timplikax li l-Oppozizzjoni hi kontra l-iskejjel privati u tal-Knisja li ilhom snin twal jagħtu servizzi edukattivi f'pajjizna.
Għall-bqija tal-Mistoqsijiet irrid ngħid li filwaqt li għat-tagħlim kollu formali fl-iskejjel l-għalliema jeħtieġu warrant, hemm ħafna attivitajiet edukattivi, inkluz drama, li jistgħu jsiru b'mod effettiv minn persuni kwalifikati u ta' esperjenza. Fi proċess ta' tagħlim tul il-ħajja f'kull komunita' dawn il-programmi huma meħtieġa u validi.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ikliet/hospitality
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23294 u jgħid: matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-entikollha li jaqgħu taħtu?