Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #16874 Sitting 351 2006-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Beach cleaners

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' beach cleaners li d-dipartiment għandu u liema huma l-bajjiet u x-xtut li dawn huma responsabbli li jnaddfu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta' nies li huma nkarigati jnaddfu ix-xtut huwa ta' 103. Minn dawn 85 persuna huma mpjegati tal-Gvern u 18 ġejjin mill-IPSL. 10 persuni mill-grupp totali jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u manifattura fuq slielem e dustbins fil-workshop. Il-bajjiet u xtut li jiġu mnaddfa mis-sezzjoni huma kif ġej: Ċirkewwa , Torri l-Abjad, Little Armier, Armier, Ta' Kejli, Għadira, Gerbulin, Imġiebaħ, Mistra, Golden Sands, Riviera Bay, Xemxija, Ġnejna, Taħt il-Veċċa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Salini, Baħar iċ-Cagħaq, Pembroke, Bajja tal-Magħtab, San Ġiljan, Bajja ta' San Ġorġ, Sliema, Valletta, L-Isla, Birgu, Kalkara, Rinella, Xagħjra, Wied il-Għajn kollu, Delimara, Kalkara, St Peter's Pool, Xorb il-Għaġin, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Buni u Għar Lapsi.
Leg 10 PQ #16880 Sitting 351 2006-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-2005 l-ispiża globali fuq safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet, dipartiment u kumpanniji fid-dekasteru tiegħu kienet ta' Lm 154,091.29, liema ċifra tħallset kollha.
Leg 10 PQ #14194 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Baħar iċ-Ċagħaq — White Rocks Complex

Question

Jista’ il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jkunx ta' xi preġudizzju, x'se jsir mill-White Rocks Complex f'Bahar iċ-Ċagħaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F’dan l-istadju, m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16163.
Leg 10 PQ #16427 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Diretturi/Chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #16839 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Public service obligation

Question

Jista’ il-Ministru jagħti rendikont ta’ kif il-Lm500,000 li kienu allokati għas-sena 2005 bħala public service obligation tal-gvern, wara li l-istess gvern għalaq l-FM Bronja, kif ġew minfuqa? Jista’ jgħid ukoll x’ser jiġri matul din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa wiegħdt, hekk kif l-awdituri indipendenti jlestu l-awditjar tal-kontijiet inkun f'qagħda li nagħti l-informazzjoni mitluba dwar l-allokazzjoni tal-Gvern għad-diversi ġeneri ta' programmi taħt l-extended public service obligation. Darba jkolli l-kontijiet nkun nista nwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 10 PQ #16840 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kont tat-Turiżmu u l-Kultura

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’ġara mill-idea li kellu l-gvern li jwaqqaf kont tat-turiżmu u l-kultura? Jista’ jgħid jekk din l-idea ġietx imwarrba jew le?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern jemmen bis-sħiħ f’din l-industrija u għalhekk il-flus għall-investiment f’dan is-settur jiġu pprovduti mill-Gvern a bażi ta’ dak li hu meħtieġ għall-industrija, indipendentement mid-dħul li din tiġġenera għall-istess Gvern. Il-prinċipju ta’ l- envelope ġie applikat fil-każ tar-ristrutturar ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fejn, meta permezz ta’ l-eżerċizzju tar- ristrutturar ġew iffrankati Lm 600,000 fi spejjeż amministrattivi, dawn ma tteħdux mill-Gvern iżda ngħataw lura lill-Awtorità biex dawn jintużaw għal skopijiet ta’ marketing. Ta’ min iżid ukoll li l-investiment tal-Gvern f’dawn l-oqsma hu sostanzjali u hu bil-wisq akbar mid-dħul dirett għall-Gvern minn dawn l-attivitajiet li l-biċċa l-kbira tiegħu jmur direttament għand l-operaturi privati fis-settur bħalma huma l-lukandiera u l-operaturi tar-ristoranti u bars.
Leg 10 PQ #16841 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Akkademja Nazzjonali tal-Mużika

Question

Wara li fil-pre-budget document kien tħabbar li ser titwaqqaf akkademja nazzjonali tal-mużika, jista’ il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex din titwaqqaf? Meta huwa maħsub li dan iseħħ u kif ser taħdem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kumitat imwaqqaf mill-Ministeru biex jieħu ħsieb it-twaqqif tal-akkademja tal-mużika ħadem fuq il-policies, termini, u struttura li għandhom iservu bħala l-bażi tal-akkademja. Apparti milli toffri lok biex studenti interessati li jispecjalizzaw fil-mużika ikomplu t-taħriġ tagħhom, l-akkademja ser ikollha ukoll funzjonijiet oħra li jinkludu dak li żżid l-attivitajiet fil-kamp mużikali. L-akkademja għandha l-għan ukoll li tgħolli il-livell mużikali fil-gżejjer billi toffri taħriġ u assistenza lil dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-kamp mużikali. L-akkademja ser tibni ukoll affiljazzjonijiet ma’ akkademji oħra barranin biex tiżgura livell dejjem aktar għoli ta’ tagħlim fil-qasam tal-mużika filwaqt li ser toffri ukoll faċilitajiet oħra bħaċ-ċentru ta’ riċerka mużikali li għandu jgħin lil mużiċisti biex ikomplu t-taħriġ tagħom f’dan il-qasam. L-akkademja ser tkun qed tibni rabtiet tajbin mal-iskola tal-mużika biex tiigura li dak kollu li qed jiġi mgħallem f’din l-iskola ikun marbut ma’ dak li ser jiġi mgħallem fl-akkademja.
Leg 10 PQ #16842 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Xogħol fit-Teatru Manoel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħol sar fit-Teatru Manoel matul is-sena 2005 u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll x’xogħol hemm ippjanat għal matul din is-sena? Kemm huwa stmat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li twettqu fl-2005 u dawk ippjanati li jsiru fl-2006 huma kif ġej: 2005 Xogħol ta' tisbiħ u restawr tal-bitħa liema xogħol ġie jiswa Lm16,553. Tkompla l-proġett ta' manutenzjoni f'Casa Bonici li jinkludi l-installazzjoni tal-lift. Intefqu Lm22,512 fuq dan il-proġett. Sar it-twaqqigħ ta' l-istruttura interna tal-propjeta' f'81, Triq Zekka, Valletta bħala preparazzjoni għall-bini mill-ġdid ta' din l-istess dar f'rehearsals u changing rooms. Matul l-2005 intefqu Lm18,831 fuq dan il-proġett. Sar xogħol strutturali fil-faċilitajiet f'backstage u in-nefqa kienet ta' Lm19,449.50. Twettaq Fire Safety Project b' nefqa ta' Lm22,500. 2006 Se jitkompla l-proġett tar-rikostruzzjoni tal-propjeta 81, Strada Zekka, Valletta fejn in-nefqa hi stmata li ħa tkun tlahhaq madwar Lm129,006. Se tkompli r-rikostruzzjoni tal-faċilitajiet f'backstage - passenger lift - madwar Lm19,449. Twaqqigħ u skavar ta 81, Old Mint Str - madwar Lm12,619 u finishing ta' dan l-istess post li ser jiswa madwar Lm45,212. Issir il-finalizzazjoni tal- manutenzjoni sħiħa ta' Casa Bonici li mistennja tiswa madwar Lm8,714. Fire safety project ta' madwar Lm25,000.
Leg 10 PQ #16843 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Villaġġ tal-Karnival

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-ħsebijiet tal-gvern dwar il-villaġġ tal-karnival li issa ilu mwiegħed snin twal? X’ġara mill-allokazzjoni li kien hemm xi żmien ilu ta’ madwar Lm60,000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Villaġġ tal-Karnival huwa wieħed mill-erba’ proġetti li ġew identifikati bħala ta’ importanza mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Gvern ikkummissjona studju fuq dan il-villaġġ li qed jiġi diskuss mill-Kumitat tal-Kabinett għall-Proġetti Nazzjonali. Il-Lm 65,000 ġew użati biex jiġi riabilitat parti minn Forti Sant’Iermu li kien u qiegħed jintuża minn kumpaniji li jieħdu sehem fil-Karnival.
Leg 10 PQ #16844 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Attivitajiet Kulturali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hu jew xi ħadd mill-ministeru għamlux talba sabiex il-VAT fuq il-biljetti tad-dħul għall-attivitajiet kulturali titneħħa jew titnaqqas ħalli l-biljetti tad-dħul ikunu aktar aċċessibbli għall-familji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li qatt ma saret talba formali ta’ din ix-xorta mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità kulturali fid-dikasteru tiegħi.
Leg 10 PQ #16855 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tourist areas

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-postijiet f'Malta u Għawdex li huma ikkunsidrati bħala tourist areas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iż-żoni identifikati bħala żoni turistiċi huma kif ġej: Tramuntana San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Mellieħa Portijiet (naħa ta’ ġewwa) San Ġiljan, Paceville, Sliema, partijiet tax-xatt tal-Gżira Port il-Kbir u t-Tlitt Ibliet Valletta, partijiet mill-Furjana, it-tlitt ibliet, u partijiet mill-Kalkara Bliet Storiċi (Ċentrali) Mdina, Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli Għawdex Il-gżira kollha, b’enfasi partikulari fuq ix-Xlendi, Marsalforn, Mġarr, Ċittadella u Victoria Żoni kostali Żoni kostali partikularment dawk viċin “resorts” u “dive sites”
Leg 10 PQ #16936 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Sant'Anġlu — Manutenzjoni

Question

Peress li ftit ilu ntqal li se jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni f'Sant'Anġlu, jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li ser jsir ġewwa il-Forti Sant’Anġlu maħsub li jinkludi dan li ġej: · Tindif preliminari ta’ partijiet interni fil-Fortizza min skart u ħaxix ħażin li akkumula f’dawn l-aħħar għoxrin sena. Sal-lum tneħħew madwar ħamsin tunellata skart. · It-tneħħija ta’ binjiet moderni u ntrużivi minn ġewwa il-fortizza fosthom ‘is-swimming pool’ u strutturi ohra marbuta mal-lukanda li nbniet fis- snin sebgħin. · L-introduzzjoni ta’ servizzi essenzjali neqsin jew miksurin bħal elettriku, ilma faċilitajiet sanitarji, telefon, u IT connectivity. It-tranġar ta’ parti mill- Barracks ingliżi biex jistgħu jilqgħu l-uffiċċji tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. · L-introduzzjoni ta’ pjan għas-sigurta' tal-Forti Kollu. · Restawr tal-partijiet storiċi tal-Fortizza.
Leg 10 PQ #16835 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti għal matul din is-sena? Kif beħsiebu jwettaq il-ħidma tiegħu bil-fondi allokati fis-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għall-Istqarijja għall-Istampa Numru 1647/05 ippublikata mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li telenka l-prioritajiet u l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għal din is-sena. Qed inqiegħed kopja ta' din l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #16836 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Festi Nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi deċiżjoni li l-festi nazzjonali ma jibqgħux taħt il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti iżda jibdew jaqgħu taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, minn meta sehh dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti mhux se jibqa’ jorganizza avvenimenti. Dawn issa se jgħaddu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. M’hemm ebda deċiżjoni f'dan l-istadju sabiex il-festi nazzjonali jgħaddu f’idejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għalkemm din il-possibbiltà qiegħda tiġi kkunsidrata.
Leg 10 PQ #16837 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu — Attivitajiet Kulturali

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-attivitajiet kulturali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? Kemm hija l-allokazzjoni għal dawn l-attivitajiet imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-attivitajiet kulturali li sa ftit ilu kienu jaqgħu taħt l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u li issa qed jiġu organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma dawn li ġejjin: · Mediterranean Food Festival 3-5 ta’ Marzu u 10-12 ta’ Marzu · Malta Fireworks Festival 29-30 ta’ April · Malta Historic Cities Festival 5-15 ta’ Ottubru · In Guardia Parade (kif jidher fl-iskeda li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra) · Alarme Re-enactments (kif jidher fl-iskeda li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra). L-ammont allokat għal dawn l-avvenimenti huwa ta’ Lm 175,000.
Leg 10 PQ #16838 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Jazz Festival

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni li l-jazz festival jingħata lill-privat? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-affarijiet u jekk intlaħaqx xi ftehim ma' xi ħadd?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għal Press Release Numru 0135 li ħarġet mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni datata 31 ta’ Jannar 2006. Qed inqiegħed kopja ta' l-istess stqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #16974 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' jagħti lista ta' events f'pajjiżi oħra nklużi fieri u kull tip ta' delegazzjoni li ħadet sehem fiha l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu matul Jannar 2006 pajjiż b'pajjiż? F'kull każ kemm kien hemm persuni li għalihom ħallset l-MTA u f'kull każ kemm marru persuni u x'kienet l-iskop ta' kull żjara u jekk saritx evalwazzjoni fuq bażi ta' value for money għal kull żjara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16817 Sitting 347 2006-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bars/restaurants — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji għal ftuh ta' bars u ristoranti, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma tinżammx statistika ta’ kemm jinfetħu bars u stabbilimenti li jservu ikel ġodda sena b’sena. Għalhekk qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ postijiet liċenzati għal din l-attività sena b’sena mill-1996 sa l-2006.
Leg 10 PQ #16401 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.