Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Malta Maritime Forum matul din l-aħħar sena wara li ġie mwaqqaf lejn l-aħħar tas-sena 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Maritime Forum hija entità privata u għaldaqstant ma tistax tingħata informazzjoni f’dan ir-rigward. Madanakollu, inżid li Transport Malta tappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tal-Malta Maritime Forum għat-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija marittima f’Malta.
Att dwar il-Bastimenti Merkantili – bastimenti u tunnellaġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bastimenti u x’inhu t-tunnellaġġ totali reġistrat taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili? Kif jitqabbel dan mas-snin 2011 sal-2015, sena b’sena? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab ir-reġistru marittimu ta’ Malta ikkumparat ma’ dak ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa kif ukoll fuq livell internazzjonali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar t’Awwissu 2016, l-ammont ta’ bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili kien jammonta għal 7,656 b’tunnellaġġ gross ta’ 70,254, 701.
Bejn l-2011 u l-2015 it-tunnellaġġ reġistrat taħt l-istess Att kien kif ġej:
2011 - 5,847 bastiment b’ tunnellaġġ gross ta’ 45,626,545
2012 - 5,956 bastiment b’ tunnellaġġ gross ta’ 45,626,387
2013 - 6,249 bastiment b’ tunnellaġġ gross ta’ 51,373,705
2014 - 6,667 bastiment b’ tunnellaġġ gross ta’ 57, 873,158
2015 - 7,249 bastiment b’ tunnellaġġ gross ta’ 66, 163,167
Ir-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili ta’ Malta huwa l-akbar reġistru tal-bastimenti fl-Ewropa u s-sitt wieħed fuq livell internazzjonali.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u d-dekasteru kollu li jaqgħu, taħt il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Raħal Ġdid li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru dawn ix-xogħlijiet fuq toroq f’Raħal Ġdid hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Paola
Vjal Santa Luċija
Road Surface Repair Works
Paola
Vjal Sir Paul Boffa
Road Surface Repair Works
Paola
Triq Għajn Dwieli
Road Surface Repair Works
Paola
p/o Triq l-Arkata and p/o Triq l-Ibjar
Construction and Surfacing
Paola
p/o Triq Ninu Cremona
Construction and Surfacing
Ħal Tarxien – toroq asfaltati minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Tarxien li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet tat-toroq ġewwa Ħal Tarxien hekk kif ġej:
- Triq San Anard
- Triq il-Palma
- Parti minn Triq it-Tamal
- Parti minn Triq Lorenzo Gonzi
- Parti minn Triq l-Isqajjaq
Xogħlijiet għaddejjin ukoll bħalissa fuq:
- Triq Birżebbuġa
- Triq San Franġisk
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Gudja li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq toroq fil-Gudja hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Gudja
Rużar Formosa
Reconstruction & Paving – Residential Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Għaxaq li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru / kienu għaddejjin xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq f’Ħal Għaxaq hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Għaxaq
Triq in-Niġem
Construction and Surfacing, Residential Road
Għaxaq
Triq Garakol & part of Triq GM Farrugia
Construction and surfacing, Residential Road
Għaxaq
Triq Wenzu Dalli
Construction and surfacing, Residential Road
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Marsa li ġew asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar 12-il xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’dawn l-aħħar 12-il xahar u sal-aħħar ta’ Settembru saru xogħlijiet fuq diversi partijiet ta’ toroq fil-Marsa hekk kif ġej:
Location
Street
Project
Marsa
Triq it-Tigrija
Road Surface Repair Works
Marsa
Triq Aldo Moro
Road Surface Repair Works
Marsa
Triq il-Labour
Road Surface Repair Works
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f’Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN T f'Għawdex? Liema minn dawn it-toroq saru b'ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u f'kull każ ta' kull triq meta nbeda u tlesta x-xogħol u kemm kien il-ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T u li għadhom ma sarux? Meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li toroq ko-finanzjati bil-fondi Ewropej mill-programm għall-perjodu bejn l-2004 u l-2013 hu kif ġej:
Bejn l-2005-2006 saret Triq Ħal Far Fażi III mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006-2008 sar il-pont ta’ Triq Reġjonali, f’San Ġiljan mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali b’75% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Fl-2006 saret Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, f’Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006 u l-2007 saret il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2006-2007 saret Triq l-Imġarr mit-terminal fl-Imġarr sar-roundabout tal-ħeliport fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Fl-2010 saret Triq l-Imġarr mir-roundabout tal-ħeliport sar-roundabout Tal-Ħniena fix-Xewkija, Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Vjal Garibaldi, Ħal Luqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saru Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa u l-Furjana mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2012 saret Triq il-Marfa, fiċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011 u l-2012 saru Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika fir-Rabat u x-Xewkija Għawdex mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’ 85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2013 saret il-bypass tal-Mellieħa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2011-2014 saret kostruzzjoni ta’ underpass minn Triq Diċembru 13 sar-roundabout tal-Menqa mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Bejn l-2013-2015 saret rikostruzzjoni ta’ Triq is-Salina, fil-Coast Road mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’85% ko-finanzjament tal-ispiża eliġibbli.
Dawn il-proġetti ġew identifikati sabiex jiġu kkunsidrati għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea tul il-perjodu 2014-2020:
- Addolorata Junction (tneħħija ta’
traffic bottleneck
f’
node
s EA20a-EA21a)
- Kappara Junction (tneħħija ta’
traffic bottleneck
u
upgrade
ta’ Triq Reġjonali f’
nodes
EA14 u EA16)
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra b'dak li għamel minn mindu stqarr li qed jistudja sistema biex jiġu reġistrati u kkontrollati vetturi minn barra l-pajjiż, speċjalment fejn jitratta ħruġ ta' ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet li jiġu mwettqa għax sal-lum dawn jistgħu jiskapulaw b'diskriminazzjoni ma' karozzi rreġistrati f’Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27461.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27709, il-mistoqsija ma tirrigwardax il-loading/unloading, iżda it-tneħħija ta' ħafna postijiet ta' parkeġġ li jaffettwaw ir-residenti. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jikkunsidra li jkun hemm xi forma ta' parkeġġ għar-residenti, imqar għal 5 minuti, kemm kemm iniżlu l-affarijiet tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Rue d’Argens hija waħda mir-rotot alternattivi għal tul il-Proġett tal-Kappara. Il-parkeġġ tneħħa minħabba iż-żieda sostanzjali fl-influss tat-traffiku li kien mistenni jgħaddi u qiegħed jgħaddi mir-rotot alternattivi. Għaldaqstant, filwaqt li nifhmu li huwa ta’ nkonvjent għar-residenti, f’dan l-istadju ma nistgħux nintroduċu, anke b’mod limitat, il-parkeġġi tul din it-triq minħabba raġunijiet ta’ spazju, sigurta’ u cirkolazzjoni tat-traffiku.
Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li Transport Malta (TM) tagħti wiċċ ġdid lit-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed camera
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Transport Malta (TM) hijiex ser tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha sabiex tiġi installata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi magħrufa bħala l-bypass, hekk kif baqgħu jsiru inċidenti minħabba veloċità eċċessiva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-LESA rċeviet talba għall-installazzjoni ta’ speed camera fit-triq imsemmija. Bħala proċedura din it-talba tiġi mressqa quddiem it-Traffic Management Committee għall-approvazzjoni. Minħabba aġenda mimlija tal-laqgħa li għaddiet, din ma leħqitx ġiet diskussa. Għaldaqstant din ser tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss.
Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li tbiddel sleeping policeman ineffettivi għal oħrajn b'kapaċità aħjar u li jnaqqsu l-veloċità tal-karozzi fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali u l-uniku talba din is-sena kienet għal tibdil ta’ Road Humps biex isiru Rubber Road Thumps. Dawn ma ġewx approvati għaliex skont il-policy ta’ Transport Malta dawn it-thumps ma jiġux approvati ġewwa toroq wesgħin aktar minn 3 metri.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-aċċess għat-triq f'Dock 7 ingħalaq għall-pubbliku b'konsegwenza li l-konġestjoni għat-traffiku fin-naħa t'isfel ta' Malta qed jiżdied?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aċċess għat-triq f’Dock 7 ingħalaq minħabba l-iżvilupp ta’ maritime hub fl-istess akwata. Madankollu ntlaħaq ftehim fil-ġranet li għaddew sabiex din it-triq terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u b’hekk tgħin sabiex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku.
Dan l-aċċess temporanju se jkun aċċessibli għal vetturi privati u mhux għal vetturi kbar minħabba l-limitazzjonijiet tas-sit. Dan l-aċċess se jkun miftuħ bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, festi esklużi, matul il-ħinijiet ta’ filgħodu bejn is-6am u d-9.30am direzzjoni lejn il-Belt Valletta, sakemm jitlesta x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq rotta alternattiva li mistennija tibqa’ fis-seħħ b’ mod permanenti.
Napprezza li l-Onor. Interpellant qed jara l-importanza ta’ l-użu ta’ din it-triq alternattiva.
Dipartiment tax-Xogħlijiet – manutenzjoni ta’ mollijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-manutenzjoni f’mollijiet differenti li saret din is-sena permezz tal-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li mill-bidu tal-2016, is-Sezzjoni Marittima fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura wettqet dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq mollijiet:
· Rinforzar ta’ moll u ħajt li jżommu t-triq fil-Bajja tal-Kalkara
· Xogħol ta’ rinfurzar fuq il-moll ta’ barra tal-istrutturi tas-Salini
· Tiswija tal-pjattaforma tax-
Chalet
· Tiswija ta’ kaptelli li jifformaw parti mill-moll ta’ ġewwa tal-Bajja ta’Marsaskala
Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti li l-uffiċċju tar-Riabilitazzjoni fil-lokalità tal-Belt Valletta, qed jaħdem fuqhom u oħrajn li qegħdin fil- pipeline? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar meta se jibdew jew jitlestew dawn l-interventi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol li sar min-naħa tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura kien hekk:
Xogħlijiet għaddejjin:
Monumenti ta’ ġol-Barrakka ta’ Fuq – 50% diġa kompluti
Torri ta’ Wignacourt – restawr ġie konkluż riċentement.
Xogħol kontinwu ta’ manutenzjoni ġewwa Pjazza San Ġorġ u ħdejn il-monument tal-Qanpiena tal-Assedju
Strada Stretta – ġie konkluz riċentement xogħol ta’ pavimentar f’din it-Triq. Dalwaqt tiġi nstallata sistema ta’ dawl.
Xogħlijiet li huma ppjanati:
Koppla u Kuppletti tal-knisja ta’ Santu Wistin, Valletta – xogħol fuq il-kuppletti issa tlestew; xogħol fuq il-koppla għadu pendenti
Funtana ta’ Wignacourt ġewwa Ġnien San Filippu, Floriana
Funtana tat-Tritoni
Triq Mikiel Anton Vassalli – restawr tal-pavimentar
Triq it-Teżorerija – restawr tal-pavimentar
Installazzjoni ta’ street furniture ġewwa Triq ir-Repubblika
Riabilitazzjoni taz-zona taħt l-arkati ta’ Misraħ San Ġwann.
Jista’ l-Ministru jgħid x’proġetti għaddejjin u jekk hemmx pjan li fiż-żmien li ġej isiru xi proġetti oħra ta’ riabilitazzjoni fil-Kottonera?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Xogħlijiet għaddejjin:
Knisja ta’ Santa Tereża, Bormla – restawr tal-faċċati esterni huma konklużi; installazzjoni ta’ dawl fuq il-faċċata għadu pendenti
Knisja ta’ San Ġiljan, Isla – xogħol ta’ restawr fuq il-faċċati tal-knisja għadhom kif bdew
Kjostru tal-Kunvent tad-Dumnikani, Birgu – xogħol konkluz riċentament
Restawr tat-taraġ estern tal-Knisja ta’ San Lawrence, Birgu – xogħol konkluz riċentament
Tisbiħ tal-faċċati esterni tal-Każin tal-Banda San Ġorġ Bormla – xogħol wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu
Knisja Parrokkjali, l-Isla – restawr ta’ skultura li nstabet fuq il-pilastri tal-Knisja
Knisja Parrokkjali, l-Isla – restawr tal-koppla. Xogħol għandu jibda ftit ġimgħat oħra
Restawr tal-istatwa ta’ Sant Elijah, Bormla – xogħol wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu
Kunvent tal-Kapuċċini – disinfestazzjoni tal-kor tal-injam - xogħol konkluz riċentament.
Knisja Parrokkjali ta’ Bormla – restawr tal-Kaxxa Rizzi tal-injam ġewwa s-sagristija tal-knisja – xogħol għadu għaddej
Xogħlijiet li huma ppjanati:
Monument tal-Gwerra, Isla
Restawr tan-Niċċa ta’ San Filippu, Birgu
Restawr tal-faċċata tal-Kazin La Vincitrice, Isla
Pavimentar taz-zona ta’ Bieb Sant’ Anna, Isla
Kunvent tal-Kapuċċini – restawr tat-torri tal-arloġġ
Restawr tal-faċċata tal-Każin Prince of Wales Own
Restawr tal-lanterna tal-Knisja tal-Annunzjata, Birgu
Restawr tal-kampnari tal-knisja ta’ San Lawrenz, Birgu
Riabilitazzjoni u restawr ta’ Triq is-Sur, Isla
Riabilitazzjoni taż-żona magħrufa bħala tas-Sirena, Isla
Restawr tal-ħitan esterni ta’ Wied Għammieq, Kalkara
Restawr tal-Knisja ta’ San Filippu, l-Isla
Riabilitazzjoni tax-xatt tal-Kalkara – mill-bajja tar-Rinella sa taħt Bighi
Jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ proġetti nazzjonali li għaddejjin bil-manutenzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-proġett ta’ Baċir Numru 1 f’ Bormla kif ukoll il-Foss tal-Imdina.
Il-Grand Harbour Regeneration Corporation ingħatat r-responsabilita’ biex tieħu ħsieb il-manutenzzjoni, dwal, indafa u xogħolijiet oħra fil-Belt Valletta. Fost dawn hemm il-manutenzjoni tal-pjazzez bħal San Ġorġ, Kastilja u San Ġwann u areas residenżjali fejn ser jibda irranġar ta’ ċertu bankini u spazju miftuħ ieħor.
Id-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttua fi ħdan Transport Malta qiegħed kontinwament għaddej bi programm ta’ manutenzjoni fuq it-toroq arterjali u distributorji li għalihom huwa responsabbli l-istess Direttorat. Il-programm ta’ manutenzjoni l-ħin kollu jiġi mibdul skont il-prioritajiet tal-pajjiż, fondi pubbliċi u l-proċess ta’ akwist tal-kuntratturi.
Strateġija Nazzjonali tat-Trasport – konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proċess li kien jinvolvi l-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport (National Transport Strategy) u l-Master Plan, u x’inhu l-pass li jmiss wara li l-proċess ta’ konsultazzjoni jiġi konkluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-National Transport Strategy 2050 u l-abbozz tat-Transport Master Plan 2025 ġew maħruġa għall-konsultazzjoni pubblika fl-24 ta’Ġunju 2016 fejn saret konsultazzjoni wiesa’ ma’ stakeholders, korpi kostitwiti u soċjeta’ ċivili.
Id-dokumenti tal-konsultazzjoni ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta kif ukoll fuq is-sit uffiċċjali tal-Gvern għall-konsultazzjonijiet pubbliċi. Intużaw ukoll il-mezzi tax-xandir sabiex jippromwovu din il-konsultazzjoni.
Bejn Ġunju u Awwissu 2016 saru wkoll numru ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders li talbu iktar informazzjoni fuq il-kontenut tad-dokumentazzjoni. Dawn kienu jinkludu il-GRTU, Kamra tal-Periti, Chamber of Planners, Malta Insurance Association, il-Gozo Regional Committee u l-Imriehel Enterprise Zone Foundation.
Minħabba l-interess qawwi li ntwera fuq dan is-suġġett, il-konsultazzjoni ġiet estiża sat-18 ta’ Awwissu 2016.