Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li-d-dettalji tagħhom qed nehmeż separatament qed tinqata’ ta' spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom hafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Lija/Ħal Balzan — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm-il siegħa kull darba? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m. fl-inħawi ta' Triq il-Forn f'Ħal Lija kien għadu ma ġiex bi pressa normali fuq 30 siegħa wara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Drydocks — Persuni ta' nazzjonalita' barranija jagħmlu xogħol ta' scaffolders
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'Jannar li għadda fit-tarzna ta' Bormla kien hemm 25 barrani jagħmlu xogħol ta' scaffolders? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Min ġabhom? Kemm tħallsu? Fuq liema xogħol ħadmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-barranin li qed jirreferi għalihom l-Onerovoli Interpellant ma tqabbdux direttament mit-Tarzna imma minn kumpanija privata li tipprovdi servizz ta' scaffolding lit-Tarzna. Konsegwentement, il-bqija tal-mistoqsija mhix applikabbli.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 410 fejn il-Ministru qal li m'hemmx ħaddiema barranin mas-sezzjoni ta' l-iscaffolding fit-tarzna, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm kuntrattur għall-istess xogħol bl-isem ta' Cape East? Fuq liema biċċiet ta' xogħol intuża s-servizz tal-Cape East minn Jannar sal-lum? Kemm kien hemm ħaddiema barranin involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kuntrattur "Cape East", għandu ftehim mat-Tarzna biex:
(a) jipprovdi apparat ta' scaffolding
(b) jipprovdi taħriġ lill-ħaddiema tat-Tarzna
(c) ċertifikazzjoni ta' l-armar
(d) jipprovdi servizzi ta' pariri u ppjanar ta' scaffolding
Ninsab infurmat li bħalissa hemm sitt ħaddiema barranin mal-kumpanija Cape East.
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Possibbli l-Maltacom tara li taghmel it-transfer ta' dan it-telefon li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-aqsar żmien possibbli għaliex f'din id-dar jghix tifel żgħir li hu marid serjament u minħabba f'hekk ikun hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma’ l-isptar u t-tabib, u xi drabi anki b’mod urġenti?
Billi l-familja subscriber ta' dan it-telefon ilha ħafna tinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli jsir fl-aqsar żmien possibbli minħabba r-raġunijiet imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jinvestiga ilment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar qed isofru ta' spiss qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku? Billi dan qed jiġri ta' spiss possibbli li din il-problema tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 489 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil-crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 798 u cioe' jista' jintervjeni fil-każ ta' żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' dawl baxx tant li mhux l-ewwel darba li spiċċaw bla dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-problema ta' dawl baxx li saret referenza għaliha qiegħdha tiġi nvestigata biex isir ix-xogħol meħtieġ flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Min se jkun responsabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-E-Europe 2005 action plan - il-Ministeru tiegħek jew il-Ministeri kkonċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-implimentazzjoni tal-e-Europe 2005 action plan hija kkordinata mill-Ministeru tiegħi. Madanakollu minħabba li l-pjan ikopri diversi oqsma tal-Gvern, is-soċjeta' u l-ekonomija, l-attwazzjoni tad-diversi inizjattivi hija r-responsabbilta' ta' dak il-Ministeru jew l-entita' responsabbli minnha (eż: Ministeru ta' l-Edukazzjoni viz.l-ICT fl-iskejjel).
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 453 u cioe' jgħid x'kien id-dħul u l-ħruġ u l-volum tax-xogħol tal-kumpanija MOBC fis-sena 2000, 2001 u 2002? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-kontijiet awditjati tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tliet snin imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-MOBC topera f'suq kummerċjali l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali.
X'inhuma r-raġunijiet li għalihom is-Sur Louis Grech tneħħa minn chairman tal-Air Malta wara li wera tant ħila fit-tmexxija tal-kumpannija u b'suċċess rnexxiha biex tegħleb diffikultajiet kbar fi żmien iebes ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hija prerogattiva tal-Gvern li jaħtar membri fuq bordijiet ta' kumpaniji li fihom il-Gvern għandu sehem.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa biex tneħħi l-arbli tad-dawl li hemm mad-dar f'kantuniera bejn Triq il-Kappillan Magri ma' Triq il-Vitorja l-Mellieħa għax huma faċli biex min irid jitla' magħhom għall fuq il-bejt tad-dar in kwistjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol biex jitneħħew l-arbli msemmija diġa' mibdi u għandhom jitneħħew immedjatament malli jitneħħew cables ta' entitajiet oħra . Talba lil dawn l-entitajiet diġa' saret.