Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34363 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tas-Sliema — Triq Viani - Servizz ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex residenti fi Triq Viani f'Tas-Sliema jkollhom is-servizz ta' l-ilma wara li ilhom tlett ijiem bla ilma fid-djar tagħhom b'ħafna tbatija għalihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tħejji l-pjanijiet biex jinbidlu l-mains ta' l-ilma bil-ħsieb li titjieb il-pressa ta' l-ilma fi Triq Viani f'Tas-Sliema. Dan qed isir minħabba li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'din it-triq tinsab fi stat ħażin b'konsegwenzi li l-pressa titbaxxa.
Leg 9 PQ #34369 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kont tad-Dawl — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li jinqaleb fuq isimha l-kont tad-dawl l-anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament u li ilha tagħmel it-talba għal tant żmien wara li żewġha miet madwar disa' snin ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet il-passi meħtieġa sabiex il-kont li qed issir riferenza għalih jinqaleb fuq isem il-konsumatriċi.
Leg 9 PQ #34406 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx riżolta t-tilwima industrijali bejn il-ħaddiema tal-water services u l-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kwistjoni ma ġietx riżolta għax it-talba għal żidiet fil-pagi u salarji li għamlet il-G.W.U. hi għola minn dak li lest jagħti l-Gvern.
Leg 9 PQ #34409 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jara li jinbiddlu l-bozoz li huma kollha mitfija fi Triq Sir Philip Pullicino, Imtarfa għaliex ilha mitfija żmien twil? Possibbli jinterveni l-Ministru għaliex ir-residenti ilhom żmien jiġru mingħand il-kunsill għall-Enemalta u sadattant it-triq baqgħat mitfija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #32739 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vultaġġ Baxx fil-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 31093 li saret fil-21 ta' Jannar 2002 dwar vultaġġ ta' dawl baxx fil-Baħrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31093 waqt is-Seduta numru 720.
Leg 9 PQ #34267 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Attard - Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament il-korporazzjoni għas-servizz ta' l-ilma qiegħda tinsisti li din il-persuna tħallas nofs il-kont għall-konsum ta' l-elettriku u ta' l-ilma meta dan il-kont hu tant għoli u meta din il-persuna żgur li m'għandha l-ebda mod kif tħallas somma ta' flus daqshekk kbira?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ammont dovut mill-konsumatur li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ilu jakkumula mill-kont li nħareġ f'Novembru 1998. Dan il-kont, u l-kontijiet li nħarġu sussegwentement, baqgħu ma tħallsux u lanqas ma saru pagamenti akkont. Fiċ-ċirkostanzi, f'Jannar ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma talbet lill-Korporazzjoni Enemalta biex tissospendi l-provvista ta' l-elettriku. Uffiċċjali ta' dik il-Korporazzjoni kellmu personalment lill-konsumatur iżda dan baqa' ma għamel l-ebda pagament. Għaldaqstant is-servizz ta' l-elettriku ġie sospiż fl-14 ta' Mejju. Tajjeb infakkar li f'każi bħal dan, hija l-policy taż-żewġ Korporazzjonijiet li biex jingħata lura s-servizz, il-konsumatur irid iħallas nofs l-ammont dovut u jiffirma ftehim dwar kif ser iħallas il-kumplament. Ma jidhirx li hemm lok li din il-policy ma tkunx applikata f'dan il-każ ukoll.
Leg 9 PQ #32679 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #32737 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Triq Tumas Xerri - Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 31094 u cioe peress li n-numru ta' residenti mill-Baħrija jilmentaw li l-pressa ta' l-ilma hija baxxa ħafna fosthom dawk ta' Triq Tumas Xerri, jista' l-Ministru jara li titranġa s-sitwazzjoni mmedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tippjana biex fi żmien mhux il-bogħod isir xogħol ta' bdil ta' mains ta' l-inħawi tat-triq imsemmija u b'hekk titjieb il-provvista ta' l-ilma ta' dawk l-inħawi.
Leg 9 PQ #34295 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fir-residenza ta' familja li l-partikolaritajiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija, minħabba kontijiet esaġerati tad-dawl u ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija kemm lill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni solita għal każi bħal dan.
Leg 9 PQ #34300 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Paola

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żvilupp sar dwar il-wire ta' l-elettriku li huwa perikoluż peress li qiegħed jiġbed ġebel ta' faċċata tar-residenza tal-familja li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dan l-ilment ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34201 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li dan l-aħħar sitt xhur ingħataw kuntratti biex jaħdmu xogħol tal-korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kuntratturi li matul dawn l-aħħar sitt xhur ingħataw kuntratti ta' xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta kienu dawn li ġejjin: J & R Skip Hire Ta' Falzon Landrovers Salvu Meli & Sons George Paċe Ltd. Swaey Bros Ltd. J & J Co Ltd. P. Grech A. Falzon P & J Debono Alfred Mizzi Bonnici Bros. Michael Galea Far Cut Co. Ltd. F & C Grech Ivan Borg Joe Desira Mario Spiteri Polidano Bros. Salvu Fenech Toni Aquilina Ltd. V & C Contractors Conti Anglu Said Publius Buttigieg Firetech Ltd. Malta Drydocks Falzon Service Station M.O.B.C. Sebastian Borg C & F Building Cont. Ltd. Joe Grech Paul Psaila MPS & Mosta DC Charles Camilleri
Leg 9 PQ #34202 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MISCO/KPMG

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34008 jista' l-Ministru jispeċifika x'rapporti għamlu l-kumpaniji MISCO/KPMG għan-numru ta' dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar diversi azjendi li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Din il-lista ma tinkludix rapporti li jistgħu jkunu ta' natura kummerċjali jew kummerċjalment sensittivi għall-istess azjendi.
Leg 9 PQ #34212 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li dawn l-aħħar sitt xhur ingħataw kuntratti biex jaħdmu xogħol tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-kuntratturi li matul dawn l-aħħar sitt xhur ingħataw kuntratti biex jagħmlu xogħol tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #34224 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Sena Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta, wara tant snin, biddlet is-sena finanzjarja tagħha minn Marzu għal Lulju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Air Malta iddeċidiet li tibdel is-sena finanzjarja minn Marzu għal-Lulju għal raġunijiet kummerċjali.
Leg 9 PQ #34225 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32596, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Air Malta fil-każi elenkati u dan mill-1996/97 sal 2001/2002

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-każi kollha l-Air Malta ħadet il-passi meħtieġa. Ma nħossx li jkun prudenti li jiġu ppubblikati id-dettalji.
Leg 9 PQ #34232 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Forti Chambrai — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34069 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambrai? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? Fiex wasal il-proġett innifsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li f'Diċembru 2001, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ħarġet stop notice fuq ix-xogħol li kien qiegħed jiġi mniedi mill-kumpanija Fort Chambray Development Limited. L-iżviluppatur kien għamel ir-rappreżentazzjoni tiegħu ma' l-Awtorita' u mal-Bord ta' l-Appell, liema appell qiegħed għas-sentenza. Sadanittant ix-xogħol fuq il-proġett huwa prattikament wieqaf u mestenni jerġa' jaqbad ir-ritmu wara d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell. S'issa l-Gvern ma ħa l-ebda pożizzjoni dwar in-negozjant Taljan Roberto Memmo bħala azzjonista fil-kumpanija Fort Chambray Development Limited.
Leg 9 PQ #34237 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżorsi ħarġet il-Maltacom biex tinbotta 'l quddiem il-kandidatura tas-Sur Tonry de Borro għall-post ta' segretarju ġenerali tal-organizzazzjoni dinjija tat-telekomunikazzjoni - ITU?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34238 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Segretarju Ġenerali ta' l-ITU

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż daħlet fihom il-Maltacom fil-vjaġġi u l-kampanja elettorali li għamel is-Sur Tony de Bono fil-pajjiżi tad-Danimarka, Iżlanda, Libanu, Afrika ta' Isfel, Svizzera, Renju Unit, Stati Uniti u Venezuela biex jinħatar segretarju ġenerali ta' l-ITU?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MNL

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Laboratorju Nazzjonali Malti (MNL) se jimpjega esperti forenziċi tal-marki tas-swaba? Jekk fl-affermattiv, dawn se jkunu part-time jew full-time?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Laboratorju Nazzjonali ta' Malta kellu diskussjonijiet kemm mal-Forensic Science Service kif ukoll mal-Laboratory of the Government Chemist fl-Ingilterra biex dawn jipprovdu taħriġ għall-esperti f'dan il-qasam. Fil-preżent, il-Laboratorju Nazzjonali qiegħed jistenna dettalji dwar dan it-taħriġ. Il-Laboratorju Nazzjonali ta' Malta huwa nteressat li dawn l-esperti jkunu aċċessibbli hawn Malta u lest jinvesti biex ikun hemm is-servizz f'dan il-qasam. Huwa lest jidħol f'kuntratt biex jipprovdi s-servizz neċessarju u jekk ikun hawn esperti f'dan il-qasam, joffri s-servizzi kollha biex dan ikun jista', b'mod kummerċjali, joffri dan is-servizz. Jekk min-naħa tal-Qorti jkun hemm il-ħtieġa, inklużi servizzi oħra, li dan is-servizz ikun fuq bażi full-time, il-Laboratorju lest jimpjega nies fuq bażi full-time sakemm it-talba għal dawn is-servizzi ssir direttament lill-istess Laboratorju Nazzjonali.
Leg 9 PQ #34241 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34105, jista' jgħid x'perċentaġġ ta' l-ilma tax-xorb qiegħed jiġi mill-boreholes u nixxijiet meta mqabbel ma' dak prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis, matul din is-sena, kull xahar separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-produzzjoni ta' l-ilma f'persentaġġ mill-impjanti tar-reverse osmosis u boreholes u nixxiegħat kienet kif ġej: XAHAR IMPJANTI TAR- BOREHOLES U REVERSE OSMOSIS NIXXIEGĦAT Jannar 2002 52 fil-mija 21 fil-mija Frar 2002 47 fil-mija 23 fil-mija Marzu 2002 46 fil-mija 23 fil-mija April 2002 47 fil-mija 23 fil-mija Mejju 2002 53 fil-mija 20 fil-mija