Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istudju li kien qiegħed isir mill-Universita' ta' Bologna dwar is-swar fl-Imdina tlestiex? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa dan l-istudju u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-istudju dwar is-swar fl-Imdina li kien ikkomissjonat f'April 2001, sar mill-Universita' ta' Bologna u tlesta' fl-2003. In-nefqa totali ta' l-istudju kienet ta' madwar Lm230,000 (550,026.76 Euros)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja diġitali (CD) tar-rapport, li hu magħmul minn 10 partijiet.
Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ħdejn Sur San Klement, Bormla fejn hemm in-Nissan huts peress li hemm miżbla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa nvestiga dan il-każ u rriżulta li hemm akkumulazzjoni sostanzjali ta' skart u debris, għalhekk qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitnaddaf dan il-post. Barra minn hekk qiegħda ssir konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti sabiex din iż-żona tibqa' tinżamm fi stat nadif.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm erba' (4) karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. Dawn inkrew mingħand Auto Rentals Co. Ltd. u huma ta' żewġ tipi:-
3 karozzi ta' Tip A: Lm3.89ċ kuljum
1 karozza ta' Tip B: Lm4.92ċ kuljum
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm2815.48ċ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9084 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx proġetti ta' enerġija alternattiva environmental friendly fil-ħsieb tal-gvern? Jista' jgħid fiex jikkonsistu? Meta hu maħsub li jinbdew? Kemm hu maħsub li jiswew u kemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda tfassal strateġija u proċeduri sabiex tirregola dan l-investiment b'mod trasparenti, ekwu u xieraq. L-istrateġija tkopri b'mod integrat elementi differenti fosthom aspetti lokali, ambjentali, legali, regolatorji, ekonomiċi, fiskali u amministrattivi.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu r-regolamenti ġodda tal-bini u meta hu ppjanat li jidħlu fis-seħħ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Sar l-ewwel qari tal-Ligi. L-abbozz kompla jiġi mifli u diskuss ma' entitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-bini. Hu ppjanat li l-abbozz ser jiġi diskuss fl-istadji l-oħra fil-bidu tas-sena 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma hemmx impjegati li għandhom aktar minn 61 sena ma' kumpaniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus id-diviżjoni tax-xogħlijiet fix-xogħol li sar fl-ex Swan laundry l-Marsa sabiex tiġi konvertita fl-uffiċċju tad-dipartiment tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus li nefqet id-Divizjoni tax-Xogħolijiet fuq xogħol li sar fl-
ex Swan Laundry
l-Marsa sabiex tiġi konvertita fl-uffiċċju tad-Dipartiment tad-Drenaġġ hu kif huwa muri hawn taħt:-
Sena
Ammont
(Lm)
2001
15,609
2002
38,183
2003
25,824
Total
79,616
Awtorita' Maltija tar-Riżorsi — Alternative energy sources
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal xi forma ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, inkluż fondi, sabiex tistħarreġ il-vijabbilta' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex, inkluż għal proġetti jew studji rilevanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'Settembru 2002, l-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tistħarreġ il-vijabilita' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex. Pero' din it-talba ma gietx milqugħha.
Awtorita' Maltija tar-Riżorsi — Alternative energy sources
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal xi forma ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, inkluż fondi, sabiex tistħarreġ il-vijabbilta' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex, inkluż għal proġetti jew studji rilevanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'Settembru 2002, l-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tistħarreġ il-vijabilita' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex. Pero' din it-talba ma gietx milqugħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm5,659.23ċ.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swar li mhux qed isir użu minnhom? Jista' jgħid xi pjani ta' proġetti hemm għar-restawr tas-swar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fir-rigward ta' pjani ta' proġetti ta' restawr tas-swar, jien infurmat li d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għandha ppjanati sensiela ta' proġetti ta' nterventi f'diversi bnadi tas-swar tal-Belt u l-Kottonera.
Billi jidher li l-ħaddiema tal-RDC għamlu xi xogħol overtime għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, jista' il-Ministru jara għalfejn għadhom ma tħallsux u jekk humiex se jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-overtime li l-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku jagħmlu mal-Kunsill Lokali jitħallas dejjem fix-xahar ta' wara li jiġi rikoverat mill-Kunsill rispettivament. Il-pagament mill-Kunsill Lokali Balzan sar fl-1 ta' Novembru, għalhekk il-ħaddiema ser jitħallsu fil-paga dovuta fid-29 ta' Diċembru, 2004.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8802 u 8933 u cioe' jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjal u l-madwar? Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kundizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tax-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) inkluża l-ispiża ta' kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ta' embellishment li sar matul din is-sena (2004) u l-ispiża relatata huma kif murijin hawn taħt:-
Lokalita'
Spiża
Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq
LM250,000
Dawret il-Gżejjer, Buġibba
Lm275,000
Bajja ta' San Tumas, M'Scala
Lm 45,000
Paceville
Lm800,000
Proġett tax-Xarolla, Żurrieq
Lm 90,000
Ċentru tar-raħal, Ħal-Safi
Lm 60,000
Misraħ Paolino Vassallo, Bormla
Lm 20,000
Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, xogħol tal-MSD u pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti.
Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti ta' embellishment:-
xoghol ta' pavimentar fl-Imdina;
it-tieni fażi tal-proġett tal-Mellieħa;
ġnien pubbliku fi Triq San Pawl, Żurrieq;
ġnien pubbliku fl-Imqabba;
xogħol fix-Xatt tax-Xgħajra
Barra dawn ix-xogħlijiet il-Ministeru wettaq proġetti relatati mar-restawr, riabilitazzjoni tal-widien u tisħiħ tal-watercourses fil-Marsa u f'Ħal-Qormi kif ukoll f'Burmarrad u s-Salini.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkwantifika l-ammont ta' trakkijiet ta' skart, terrapien, eċċ li tneħħa mill-Forti Sant'Iermu fit-tindif li sar fl-imsemmi forti dan is-sajf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li meta sar it-tindif tal-Forti Sant'Iermu tneħħew madwar 42 tunnellata ta' materjal li jinkludi skart, terrrapien, ħaxix u 12-il karozza mkissra.
Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista li tipprovdi nformazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar.
Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar min għandu jawtoriżża dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.
Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tibdil awtoriżżat mill-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi. Fid-Dipartimenti u l-Entitajiet l-oħra tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ma kienx hemm żidiet jew roħs.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-sistema ta' misħun li topera permezz ta' Solar Panels ġiet stallata fl-iSports Hall il-ġdid tal-Kottonera. Il-panels infushom stallati fil-post u xi apparat ieħor, bħal pompi li jiċċirkulaw l-ilma u l-filters ta' l-ilma, ammontaw għal madwar Lm8,200.
Il-Ministeru wkoll kera karozza li taħdem bl-elettriku għal Lm5.17ċ kuljum.