Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9396, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkonferma li z-zokkor għola b'5c/6c fil-kilo għall-konsumatur? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-ispezzjonijiet li jsiru minn uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jirriżulta li kien hemm żieda ta' żewġ ċenteżmi fil-kilo ta' marka waħda biss taż-żokkor,
Madankollu il-prezz taz-zokkor fis-suq jista' jvarja minn ħanut għal ieħor minnħabba l-kompetizzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex irreġistrat xi progress fid-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-furnara vis-a-vis iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju u l-impatt fuq l-operat ta' l-ifran tal-ħobż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-gvern iffinalizza d-diskussjonijiet mal-Koperattiva tal-Furnara u ntlaħaq ftehim dwar l-aġġustament fil-prezz tal-ħobża Maltija.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9672, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid jekk huwiex possibbli li l-hawkers tal-pitrolju jbigħu d-diesel ukoll?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi.
Jista’ il-Ministru jinformana kemm huma d-dazji, tariffi u kwoti fuq il-cuts tal-beef li pajjiżna jista’ jimporta minn non-EU countries u kemm il-Gvern se jissussidja kull tunnellata ta’ laħam importat biex il-prezz ma jogħliex għall-konsumaturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' cruise liners bejn is-snin 2000 u 2004 hu kif ġej:
2000 226
2001 358
2002 407
2003 418
2004 359
(sa 31 ta' Novembru)
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ġarr ta' Għamara
Question
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9312, jista' il-Ministru jinformana kemm fil-fatt kienu l-ispejjeż tal-ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat u/jew inkriet? Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda u jekk iva, kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9409, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid jekk sarx xi studju xjentifiku f’Malta dwar il-possibbilta’ ta’ ħsara għas-saħħa ta’dawk li jissejħu 3 generation masts (3g) għat-tisħiħ tat-telefon ċellulari, speċjalment meta jitpoġġew f’bini magħluq u ħdejn skejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn ta’ xi permess speċifiku biex dawn jitwaħħlu fl-abitat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema toroq u lokalitajiet jinsabu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa llum għad m'hemm l-ebda 3 Generation masts. L-MCA ma taf li sar l-ebda studju fuq l-effettii ta' dawn it-3 Generation masts li jista jkollhom fuq is-saħħa tal-bniedem. L-installazzjonijiet ta' dawn it- 3 Generation masts iridu jiġu awtoriżżati mill-MEPA.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8988, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkonferma li tunnellata zokkor illum qed tiswa lil pajjiżna Euro 770 lill-imprenditur/konsumatur direttament u Euro 422 oħra lill-Gvern Malti indirettament?
Jikkonferma li l-prezz fis-swieq internazzjonali għall-istess prodott kien ta' madwar Euro 201 għal kull tunnellata f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9003 u cioe' jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 9108.
B'riferenza għas-sussidju taz-zokkor ta' EuroMT 422 minn Euro MT 770, jikkonferma l-Ministru li l-imprendituri qed jixtru zokkor CIF mill-Unjoni Ewropea għall-prezz ta' Euro MT 348 meta fis-swieq internazzjonali kien madwar Euro MT 201?
Jikkonferma li minkejja s-sussidji ta' Euro 422 fuq tunnellata zokkor jew aħjar 42c2 of a Euro li l-gvern qed jissussidja l-prezz taz-zokkor, il-konsumaturi qed iħallsu direttament medja ta' 14.7c of a Euro meta jixtru kilo zokkor lokalment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li tunellata zokkor white crystal mill-EU illum tiswa madwar 728 Euros CIF. Tkun tiswa 770 Euros jekk tiġi mpurtata f'boroż ta' kilo l-waħda. Il-Gvern qed iħallas 422 Euros sussidju fuq kull tunellata u għalhekk il-prezz għall l-imprenditur/konsumatur huwa ta' madwar 306 Euros meta tnaqqas is-sussidju. Il-prezz fis-swieq internazzjonali dawn l-aħħar ġimgħat kien ta' madwar 264 Euros CIF. Il-prezz ta' 201 Euros huwa mingħajr CIF.
Awtorita' Marittima ta' Malta — Liċenzja ta' foreman
Question
Jista' il-Ministru jara il-għala l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li fit-22 ta' Settembru 2003 applika l-Malta Maritime Authority sabiex jingħata l-liċenzja ta' foreman ta' stevedores (Ref. No. MMA/PO5/80/6II) għadu sal-lum ma ngħata ebda forma ta' risposta għad li fl-24 ta' Settembru rċieva l-acknowledgement ta' l-applikazzjoni tiegħu? (Qed jiġi dikjarat li missier u z-zijiet ta' dan l-applikant għandhom diġa' il-liċenzja ta' foremen). Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tingħata din il-liċenzja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nvista tad-diskussjonijiet li qed isiru għar-rigward ir-riforma tal-port mhux fi ħsieb l-Awtorita' Marittima li joħorġu liċenzji ġodda, għall-anqas fil-preżent.
Jista' il-Ministru jinformani x'impatt fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna se jkollhom id-dazji, tariffi u kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-beef & veal minn non-EU countries?
Jista' jinformani kemm kienet il-levy fuq kull kilo qabel l-1 ta' Mejju li għadda u kemm hi ż-żieda fid-dazju u tariffi li daħħal il-Gvern Nazzjonalista wara l-ewwel ta' din is-sena fuq dan is-sors ta' l-ikel essenzjali sew għall-ħajja ta' kuljum tal-familji Maltin u Għawdxin u sew għall-industrija tat-turiżmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li d-domanda li qed jagħmel fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu mhix waħda li tista titwieġeb hekk.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija jien infurmat li r-rati tal-levies fuq il-Beef u Veal kienu jvarjaw skond jekk il-laħam kienx ikun impurtat fi stat friżat, frisk jew chilled u anke skond il-partijiet jew qatgħhat differenti. Għaldaqstant qiegħed nikkwota l-ogħla u l-orħos rati ta' levies li kienu jappartjenu għal H.S. Codes 0201, 0202 u 0206. Dawn l-H.S. Codes kienu jattiraw levies li jvarjaw bejn 6ċ kull kilo għal 27ċ kull kilo.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq rati ta' levies aktar speċifiċi huwa mitlub jindika l-H.S. Codes rispettivi kemm għal partijiet tal-laħam kif ukoll għal kundizzjonijiet ta' kif setgħu jiġu mpurtati.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Consumer Affairs Division qattx għamlet (u fil-każ, kemm) inspections sabiex tiżgura li d-daqs tal-ħobża Maltija jkun dak skond il-liġi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Kurunazzjoni tal-Kwadru ta' Marija Immakulata — Bolol
Question
Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla ser tkun imfakkra ġrajja storika ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' Marija Immakulata, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-ġrajja storika tkun imfakkra bi ħruġ ta' bolla kommemorattiva?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-programm għall-ħruġ ta' bolli għas-sena d-dieħla ġa tfassal u ġie ppublikat u għalhekk mhux possibli li jkun hemm żidiet ma' dan il-programm. Madankollu, dejjem huwa possibli li l-ġrajja storika li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant titfakkar b'meżżi filateliċi oħrajn, bħal per eżempju timbru speċjali li jfakkar dan l-avveniment.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nof's Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma kull Dipartiment biex ma jiħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8656 u cioe' jista' jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hi l-ispiża globali nvoluta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8657 u cioe' jista' jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali nvoluta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-total taż-żjajjar barra mill-pajjiż li għamel il-Ministru u l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni matul l-ewwel disa xhur tas-sena hu ta' 30.
L-oqsma li fuqhom saru dawn iż-żjajjar kienu dawk li għandhom x'jaqsmu ma:
Joint OECD Transport Research
Transport Telecom and Energy - Council Meeting
ECMT - Taskforce on Security and Terrorism in Transport
TEN-T Projects Seminar
Meeting of the Board of Governors IMLI
ECMT - Group on Road Transport
Euromed Transport Project
Informal Ministerial Broadband Conference
Competitiveness Council Meetings
EIPA Training Programme Seminar - European Negotiations
30th CERP Plannary Meeting
High Level European Policy Summit - Harnessing the Power of Enlargement
Dutch Presidency - Short Sea Shipping Meetings
Posidonia 2004
TTE Council Meeting
Ten Financial Assistance Committee - Transport Sector Meeting
Technical Working Party on the New Directive of Service
Working Party on the Directive for the Provision of Services in the Internal
European Charter Conference on Small and Medium Enterprises
High level Group on Competitiveness and Growth
Informal Competitiveness Council Meeting
In-nefqa totali ammontat għal Lm 18931.39
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9310, jista' il-Ministru jgħid min huma s-46 linja ta' l-ajru u s-sena ta' meta bdew joperaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-ismijiet tas-46 linja ta' l-ajru. Rigward is-sena ta' meta bdew joperaw, huwa diffiċli li nsibu meta linji ta' l-ajru li ilhom joperaw żmien twil bdew fil-fatt joperaw minħabba li nkunu rridu mmorru lura fir-rekords tagħna għal ħafna snin. Għalhekk, dawk il-linji ta' l-ajru li ilhom ħafna joperaw huma mniżżla bħala li ilhom joperaw aktar minn għaxar snin.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.