Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fil-Mosta? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq saru ġewwa il-Mosta:
Triq il-Kultellazz
Triq it-Torri
Triq il-Ħuttaf
Triq Rużar Briffa
Triq Rużar Mizzi
Triq Katakombi ta' Bistra'
Triq Mons. Alan Fenech
Triq G. Mitrovich
Triq San Paċifiku
Triq Rużinjol
Bħalissa qiegħed isir xogħol f'dawn it-toroq li ġejjin:
Triq in-Naħal
Triq l-Għaddajjar
Triq iċ-Ċinju
Triq San Ġużepp
Triq Salvu Gatt
Triq il-Mitħna
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fir-Rabat? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saret u tlestiet Triq Bir Riebu fir-Rabat, kif ukoll diversi xogħlijiet ta' major patching works fit-toroq li ġejjin:
Valletta Road
p/o Triq Borg Olivier
Triq il-Baħrija
Triq ta' L-Imtaħleb
Triq ta' Landrijiet
Triq Mużew
Wesgha tal-Mużew
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħaż-Żebbuġ? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xogħlijiet f'dawn it-toroq :-
- Triq Ġeraldu Farrugia
- Dawret in-Niżla ta' San Pawl
- Triq Għarram
Dalwaqt jibdew xogħlijiet fi Triq l-Għeneb.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imġarr? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport din is-sena lestiet Triq George Zammit fl-Imġarr.
Il-kumplamnet tat-toroq inklużi fil-lista ta' toroq isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imtarfa? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena tlesta x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-by pass tal-Imtarfa. Minbarra l-bini tat-triq ix-xogħol kien jinkludi l-bini ta' retaining wall fuq il-wied, main ġdid tad-drenaġġ, main ġdid tal-ilma u water culverts għall-ilqugħ ta' l-ilma tax-xita.
Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT sejra tistalla sinjali u r-road markings sabiex dan il-proġett jingħalaq. Bħalissa għaddejja wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq l-Imtarfa. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll it-tbaxxija ta' diversi servizz li kienu fil-wiċċ tat-triq, bini ta' bankini kif ukoll ħajt ġdid fejn din it-triq tmiss ma' playing field. Ix-xogħol fuq din it-Triq residenzjali ser jiġi jiswa' ftit aktar minn Lm60,000.
L-ADT ħarġet ukoll żewġ tenders għal xogħlijiet f'toroq madwar Chadwick Lakes. Dawn ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx minħabba li għad irid isir xi tindif minn xi entita' oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport kenitx involuta fix-xogħlijiet ta' embellishment tal-pjazza tal-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar għall-embellishment tal-Pjazza tal-Mosta sar mill-Kunsill Lokali. L-Awtorita' tat-Trasport ikkontribwixxa parti mill-ispejjeż ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport kenitx involuta fix-xogħlijiet ta' toroq li saru fil-housing estate Ta' Mliet, fil-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-Housing Estate Ta' Mliet, fil-Mosta saru mill-Kunsill Lokali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24913 li tagħha l-Ministru wieġeb hekk: "Ninsab informat li t-tag ta' dan it-taxi driver ġiet sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali mill-qorti fejn qed jinstema l-każ abbażi tar-regolament 131 (6) ta' l-MVR Liġi Sussidjarja 65.11. Fir-rigward tad-dewmien sabiex jinstama l-każ, jien informat li dan ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-awtorita' dwar it-trasport", jarax il-Ministru li qegħda tintuża two weights two measures meta f'każ ieħor ferm agħar minn dan it-taxi driver u nalludi għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jsuq taxi wkoll li dan għalkemm hemm allegazzjoni ta' każ ta' sokor waqt il-qadi ta' dmirijietu, ħalla n-nies l-art l-Imdina, meta suppost kien tour magħhom ta' sagħtejn u saħansitra ġġieled ma tnejn ta' l-awtorita' u xorta waħda wara ħamest ijiem sospensjoni, ingħata lura t-tag. Għaldaqstant jarax il-Ministru li dan huwa abbuż meta ġie preferut minn persuna li ssemma fil-mistoqsija parlamentari 24913 li dan ċertament għandu każ ferm inqas serju minn din l-istess persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'se tkun issa l-pożizzjoni ta' l-awtorita' dwar it-trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq in-Nawfraġju (Shipwreck promenade) Xemxija, hijiex se tiġi rranġata billi qed issir ħsara kbira lill-boathouses li hemm taħt? Jekk iva, meta se jsir? Billi wħud minn dawn il-boathouses qegħdin fi stat perikoluż x'se jagħmel il-Gvern biex jiġu kompensati s-sidien li issa ma jistgħux jużawhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-obligu li jiġu rranġati s-soqfa tal-boat houses huwa tas-sidien u dan ma jistax jġorru l-Gvern Ċentrali.
Meta jinqalaw is-soqfa, il-Gvern Ċentali jerġa’ jagħmel it-triq għas-spejjeż tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-Xatt, Ta' Xbiex hux se jiġi resurfaced mill-Gvern bħalma sar ġo lokalitajiet oħra fejn il-kunsill m'għandux fondi biżżejjed biex isir dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandux pjanijiet sabiex isiru x-xogħlijiet indikati fil-ġejjieni mmedjat.
Billi dan l-aħħar ħafna residenti fis-Swieqi qed jilmentaw minn tibdil li sar fis-sistema tat-toroq li uħud isiru one way għal ħafna inkonvenjent, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport hiex qed tikkonsidra xi tibdil b'konsultazzjoni mar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li b’riferenza għas-sistema tal-one way tas-Swieqi it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ltaqa’ mall-Kunsill Lokali fejn saret riferenza għal tali sistema ta’ one way iżda t-Taqsima għad ma rċevietx proposti konkreti għal xi tibdil.
Jista' l-Ministru jara li fi 21st September Avenue, Naxxar ikun hemm zebra crossing fejn il-MUSEUM? Jara li din hija ħtieġa urġenti għas-salvagwardja tat-tfal li jattendu ċ-ċentru tal-MUSEUM?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku rriżulta li m’hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali sabiex issir Zebra Crossing fi Vjal 21 ta’ Settembru.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima rriżulta li hemm
Zebra Crossing
fi Vjal 21 ta’ Settembru biswit k/m Triq Zenqa.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser isiru ġodda fil-lokal ta' Haz-Zabbar din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ħarġet lista ta’ toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa’ nħarġu 2 batches f’din il-lokalita’ u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta.
It-toroq li fadal isiru skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser isiru ġodda fil-lokal tax-Xgħajra din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tħejji l-istejjem u l-ko-ordinazzjoni mal-entitajiet biex ikun jistgħu jinbdew numru ta’ toroq mill-lista ta’ toroq li jridu jsiru.
Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat il-biljettii ta’ l-ajru kollha ta’ delegazzjonijiet immexxija minni inqatgħu mill-Air Malta. Kien hemm eċċezzjoni waħda fejn kien hemm transit flight għal Dublin. F’dan il-każ il-linja ta’ l-ajru għall-vjaġġ Malta / Londra / Malta kienet l-Air Malta u l-biljett inxtara mingħand l-istess kumpanija. Il-linja ta’ l-ajru għall-vjaġġ Londra / Dublin / Londra kienet AER Lingus kif indikat mill-Air Malta. Il-biljett ta’ l-ajru inxtara minn għand Air Tours Services Co. Ltd. Il-prezz tal-biljett kien Lm72.70.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24862 u jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l-permess tal-MEPA? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r-rotta ta' dan il-culvert?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24872 u jgħid x'faċilitajiet huma ppjanati li se jiġu pprovduti sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu b'mod safeil-bypassta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li hu ppjanat li jiġu nstallati Pelican Lights għal area f’Tal-Fjuri, kif ukoll zebra crossings madwar ir-roundabout ta’ l-Erba Mwieżeb, u tax-Xemxija.