Jista’ l-Ministru jindika kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw biex jagħmlu użu mill-inizjattiva Live in Carer li kienet tħabbret fl-aħħar baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27727, jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana qed jibbenefikaw minn din l-iskema meqjusa bħala proġett pilota u kemm intefqu sa issa mill-miljun ewro intiżi għal dan il-proġett pilota?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għal-leaflet li ntbagħat f'kull household dwar l-iskema tal-Live-in Carer jew Carer at Home, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jibbenefikaw minn din l-iskema? Jista' jgħid jekk din l-iskema hijiex qed tiġi offruta lil dawk l-anzjani li sal-lum mhumiex qegħdin fil-lista ta' stennija biex jidħlu f'Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-fuljett li qed issir referenza għalih, u li fuqu hemm id-dettalji kollha li qed tistaqsi l-Onorevoli.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din l-iskema qiegħda tkun offruta lil dawk l-anzjani li sal-lum mhumiex qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm naqset il-lista ta' stennija għad-Djar tal-Anzjani peress illi qegħdin jingħataw l-għajnuna permezz tal-iskema Live-in Carer jew Carer at Home?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi benefiċjarji tal-iskema msemmija Carer at Home ma jitilfux posthom fuq il-lista ta’ stennija għal dħul f’waħda mid-djar tal-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern huwiex qiegħed jikkunsidra l-kontribuzzjonijiet li persuna tkun ħallset sal-età ta' 18-il sena, fil-kalkoli tal-pensjoni? Jekk iva, jista' jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed jibbenefikaw minn din il-miżura u x'qed tkun l-ispiża żejda tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qiegħed jikkunsidra rakkomandazzjoni li kienet saret mill-Grupp ta’ Ħidma għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet li kontribuzzjonijiet imħallsa qabel l-eta’ ta’ 18-il sena minn persuni imwielda qabel l-1962 ikunu jgħoddu għall-pensjoni.
Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' bini ta' housing estates ġodda li saru fis-snin-2014, 2015 u 2016 sal-lum, separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-2014 tlestew 9 units tal-Awtorita’ tad-Djar.
Kif żgur taf l-Onorevoli Interpellant bħalissa għaddejja ħidma fuq il-proġett ta’
Housing Soċjali
ta’ 50 miljun Ewro li ser ikun qiegħed jikkonsisti f’numru ta’ units ġodda għall-akkomodazzjoni soċjali, li jammontaw għal ħafna aktar units minn dawk mibnija minn amministrazzjonijiet preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' tiswija u upgrading li kellu jsir fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-kuntratt għal xogħlijiet ta’ tiswijiet u upgrading fil-blokk imsemmi, ingħata f’Settembru 2016. Ix-xogħlijiet inbdew minnufih, fejn diġa’ bdew jinqalgħu soqfa perikolużi, bdiet tinbarax żebgħa fil-partijiet komuni u xogħlijiet oħra relatati.
Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur fejn tgħix il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ applikazzjoni ta’ post fejn din il-persuna ilha li applikat madwar 12-il sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Applikazzjoni għall-post tal-gvern – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir home visit lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna kkonċernata m’għandhiex applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar u għalhekk hija mħeġġa tirrikorri fi ħdan it-taqsima tal-Customer Care u jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet, tapplika għal akkomodazzjoni alternattiva.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jirċievi pensjoni baxxa għall-bolol li ħallas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tirċievi pensjoni baxxa għall-bolol li r-raġel ħallas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra, dwar l-eżitu.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għas-sejħa ta’ offerti għall-kuntratt għas-servizz tal-Meals-on-Wheels? Jekk dan il-proċess ingħalaq, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem dan l-istess kuntratt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-proċess għas-sejħa ta’ offerti għall-kuntratt għas-servizz tal-Meals-on-Wheels ġie konkluż f’Settembru li għadda u s-servizz issa qiegħed jingħata mill-operatur li rebaħ is-sejħa għall-offerti. Is-servizz beda jitqassam mill-operatur il-ġdid b’effett minn dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema, li bħalissa hemm jaħdmu mal-Gvern u kumpaniji privati fir-Residenza San Vinċenz de Paul, b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill- Onoevoli Interpellant illi, in-numru ta’ ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gvern ġewwa r-Residenza San Vinċenz, inkluż dawk ġejjin minn Korporattivi, Kumpaniji u Aġenziji tal-Gvern huwa ta’ 1072, filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz ġewwa r-Residenza iżda li huma impjegati tal-kuntrattur huwa ta’ 476.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet id-deċiżjoni u x’wassal biex l-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul tinbidel f`dormitorju għal numru ta’ ħaddiema matul ix-xahar ta’ Settembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li, il-Management ta’ San Vinċenz de Paul qed imexxi programm ta' xogħlijiet estensivi kif ukoll qed jittieħdu miżuri temporanji b'risq il-ħaddiema waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet.
Residenza San Vinċenz de Paul — Activity Centre - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ ħaddiema li għamlu użu mill-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul, bħala dormitorju għalihom, matul ix-xahar ta’ Settembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħadd ma għamel użu mill-Activity Centre bħala dormitorju.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħol ta’ kostruzzjoni fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-kċina tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul u jista’ jgħid ukoll meta din il-kċina se tibda topera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, il-kostruzzjoni fuq il-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paule, tibda hekk kif il-process ta’ tendering, li bħalissa għadu għaddej, jintemm u jiġi awarded.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet li għandhom isiru fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jikkwantifika kemm ġej jiswa x-xogħol li suppost għandu jsir fil-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul, liema xogħol suppost ukoll li għandu l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar liema permess ilu li nħareġ għal aktar minn sena u nofs ilu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 27758, il-proċess ta' tendering għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għall-pensjoni u għadu mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separamtanet ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, permezz ta’ ittra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tinsab fl-Isptar Mater Dei u applikat għal Home peress li tinsab waħedha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.