Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bore hole reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bore hole hawn reġistrata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li hemm 7890 (sebat’elef, tmin mija u disgħin) borehole reġistrati.

Użu tal-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li wżaw is-servizz tal-emerġenza fis-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena (2015) kien hemm attendenza ta’ 61684 fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei. Dan ifisser medja ta’ 338 attendenza kuljum.

Breastscreening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni wżaw is-servizz tal-breast screening fis-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu tas-sena sal- ahhar ta’ Awwissu 2015 gew mistiedna 12095 pazjent ghal-breastscreening. 70% minn dawn accettaw li isirrilhom il-mammogram.

Ċentri tas-Saħħa — Pathology – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew għall-pathology fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal-liema servizz qed jirreferi.

Użu taċ-Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li użaw is-servizz taċ-Ċentri tas-Saħħa fis-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghal-mistoqsija parlamentari 20500.
Leg 12 PQ #20436 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Bajja tax-Xemxija u l-inħawi tal-Veċċja — irwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha, kemm fl-inħawi tal-bajja tax-Xemxija, kif ukoll fl-inħawi tal-Veċċja San Pawl il-Baħar qed ikun hemm riħa ta’ drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li wara li dawn issiġillaw it-tappieri tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija m'għadx hemm aktar riħa ta' drenaġġ.
Leg 12 PQ #20437 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – tqegħid ta’ mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas u San Martin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq it-tqegħid ta’ mains tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas u San Martin, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet tal-mains tal-ilma fl-inħawi ta' Għajn Stas se jitlestew is-sena d-dieħla wara li jinħareġ it-tender biex jintgħażel il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 12 PQ #20438 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr – pjanti tat-toroq – mains tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-toroq li minnhom se jgħaddu l-mains tal-ilma fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-mains tal-ilma fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr se jgħaddu minn dawn it-toroq: · Triq il-Biedja, Manikata · Għajn Tuffieħa Camp Site · Għar u Casa c/w Barkazza · Triq il-Kaħli · New Street in Port Ruman · Sant'Anna c/w Dun F. Sciberras · Triq il-Mistra · It-Telgħa ta' Selmun · Parti minn Triq il-Manikata · Parti minn Triq il-Marfa · New Street in Triq l-Etna · Triq Profs David Trump · Triq Selmun · Triq it-Tumbrell

Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo hemm 9 physiotherapists. Dawn jaghtu s-servizz taghhom mill-Clinical Support Services. Is-servizz mghoti huwa kemm lil in-patients u kif ukoll l-out-patients.

Sptar Monte Carmeli — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi hdan l-Isptar Monte Carmeli hemm 4 fizjoterapisti. Dawn jaghtu servizz kemm minn gewwa d-dipartiment stess u kif ukoll fis-swali tal-Isptar.

Sptar Karen Grech — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Karen Grech u St.Luke’s hemm 72 –il fizjoterapista. Dawn jaghtu s-servizz taghhom fl-in-patients wards, mid-Dipartiment tal-fizjoterapija u mid-Day Hospital.

Sptar Ġenerali t’Għawdex — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi hdan l-Isptar Generali t’Ghawdex hemm 16 –il fizjoterapista. Dawn jaghtu kura ta’ fizjoterapija kemm fuq out-patients u in-patients u joffru wkoll dawn is-servizzi gewwa skejjel fejn hemm tfal bi bzonnijiet specjali. Sessjonijiet ta’ fizjoterapija jinghataw ukoll gewwa c-Centru Santa Marta li huwa Adult Training Centre li jilqa adulti bi bzonniet specjali.

Ċentri tas-Saħħa — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; f’Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella t’hawn taht: Centri tas-Sahha Furjana Qormi Rahal Gdid Bormla Mosta B’Kara Numru ta’ Fizjoterapisti 3 2 3 1 Tnejn u l-Hamis: 2 Tnejn u l-Hamis: 3 Tlieta, l-Erbgha u l-Gimgha: 3 Tlieta, l-Erbgha u l-Gimgha: 2 Tip ta’ Servizz: Musculo- Musculo- Musculo- Musculo- Musculo- Musculo- Skeletal rehabilitation Skeletal rehabilitation Skeletal rehabilitation Skeletal rehabilitation Skeletal rehabilitation Skeletal rehabilitation Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li hemm Centru tas-Sahha ukoll f’Bormla fejn hemm fizjoterapista wiehed.

Bereġ ta’ Malta u Għawdex — Physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fil-Bereġ ta’ Malta u Għawdex? F’liema bereġ qed jingħata dan is-servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti jinghataw is-servizz ta’ fizjoterapista mic-Centri tas-Sahha.
Leg 12 PQ #20773 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – Triq l-Imġarr – trinka mħaffra mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti (f'żewġ postijiet differenti) minn Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex kellha tinqala' biex tħaffret trinka tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta din it-triq għadha kemm tlestiet ftit tas-snin ilu b' ko-finanzjament tal-Unjoni Ewropeja? Seta' dan ix-xogħol ġie evitat u t-trinka għaddiet minn post ieħor? Jekk le, ma setgħux ġew użati trinek li kienu saru fl-istess triq meta din ġiet mibnija mill-ġdid b' fondi tal-Unjoni Ewropeja u fiha saru culverts apposta għas-servizzi kollha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet imsemmija kellhom isiru sabiex jitqiegħed main tal-ilma bl-iskop ikun li tiġi aċċertata l-provvista' tal-ilma. Dan il-main huwa ta' daqs kbir tant li ma joqgħodx fil-culverts li kienu mħejjija meta saret it-triq. Ix-xogħlijiet dalwaqt jitlestew.

Persuni li għadhom ma rċevewx il-kumpens ta' meta nqata' d-dawl

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W406, jista' l-Ministru jara li jiġu kkuntattjati l-persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadhom ma rċevewx il-kumpens ta' €25 ta' meta kien inqata' d-dawl? Jista' jgħaddi l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali ta' meta u kif ħa jkunu qed jingħataw dan il-kumpens, persuna b'persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każijiet qegħdin jiġu nvestigati wieħed wieħed u nista’ ngħaddilu l-informazzjoni kif talabni.

Tobba barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin ta’ kull grad li jaħdmu fl-isptarijiet kollha f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jindika f’liema sptar qed jaħdmu u l-kariga ta’ kull tabib?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tobba mill- pajjizi tal-Unjoni Ewropea hawn 42 filwaqt li minn pajjizi barra l-Unjoni Ewropea hawn 91. 126 minnhom jaghtu servizz f’Mater Dei, 5 fl-Isptar Generali t’Ghawdex u 2 fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo. Il-gradi ta’dawn il-barranin ivvarjaw minn konsulenti sa Medical Officers.

Sptar Mater Dei — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ sodod disponibbli fl-Isptar Mater Dei attwalment inkuż dawk tal-Oncology Hospital? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ sodod f’Marzu tal-2013 u kemm kien in-numru ta’ sodod fl-Isptar San Luqa eżatt qabel ma’ dan waqaf jintuża bħala Sptar Ġenerali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Mediċini

Question

Il-mediċina b’forma ta’ pilloli magħrufa bħala bisphosphonates ma jingħatawx b’xejn lill-persuni li jbatu bl-osteopenia/osteoporosis. L-istess jingħad għall-pilloli alpha blockers għall-persuni bil-benign prostatic hypertrophy u għall-pilloli thyroxine għal dawk li jbatu bil-hypothyroidism imma mhux minħabba kanċer. Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li fil-futur qrib dawn il-mediċini jibdew jingħataw b’xejn lil dawk il-pazjenti li jkollhom l-karta s-safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinaghata f’xi seduta ohra.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn residenzi li s-servizz tad-dawl u l-ilma tagħhom ġie maqtugħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta tisspospendi l-provvista’ tal-elettriku meta ma jkunx qed isir ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. ARMS Ltd qed tiltaqa’ ma dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet biex tipprova ssib soluzzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ħlasijiet. L-informazzjoni dwar sospensjonijiet hija ta’ natura kummerċjali.