Jista' l-Ministru jinvestiga l-atti vandali li qed isiru fuq is-siġar tal-ħarrub fl-inħawi tal-Baħrija u l-madwar? Jista' jinfurmana kemm kien in-numru ta' siġar tal-ħarrub li ġew rapportati li nqerdu fil-Baħrija u inħawi oħra fil-gżejjer Maltin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma rċieva l-ebda rapport fuq ħruq ta' siġar tal-ħarrub fil-Baħrija jew madwar.
Barra minn hekk, is-siġar tal-ħarrub mhumiex protetti legalment taħt il-liġi ta' l-Ambjent.
Jista' l-Ministru jinfurmana jekk id-dipartiment għamilx rapport lill-pulizija dwar il-qerda tas-siġra tal-ħarrub magħrufa bħala ta' Tranganja fil-Baħrija, li kienet siġra mifruxa fuq medda ta' tliet titmiem raba'? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar x'ikkawża l-qerda ta' din is-siġra fil-Baħrija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21688 ta' din is-seduta.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'investigazzjoni għamel id-dipartiment sabiex ikun magħruf x'ikkawża l-ħruq tas-siġra tal-ħarrub fl-inħawi tal-Palazz, il-Baħrija, nhar il-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li għandhom l-uffiċjali ta' l-ambjent dwar l-istat tal-ħruq ta' din is-siġra? Jista' jgħid kemm tressqu rapporti simili ta' qerda ta' siġar tal-ħarrub fil-Baħrija u l-madwar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21688 ta' din is-seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li matul din is-sena ġew trasferiti mal-Ministeru tas-Saħħa jew xi entita oħra?
Jista' jgħid meta saru dawn it-transferimenti u r-raġuni għaliex saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul din is-sena ġew trasferiti 12 il-'Health Attendant' mid-Dipartiment tad-Dranagg għal Ministeru tas-Saħħa.
Dawn it-trasferimenti saru fit-13 ta' Novembru 2000 u saru minħabba l-esiġenza ras-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu kontra min hu responsabbli għal ħruq ta' skart ta' fabbrika fi Triq Nikol Baldacchino, Ħal-Qormi u li qiegħed isir fi triq biswit?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi Spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fliemkien ma' uffiċjal tal-Pulizija marru fuq il-post indicat fl-1 ta' Diċembru, 2000.
Għalkemm fil-post instabet evidenza ta' ħruq ta' skart, ma nstabux provi li dan l-iskart u ħruq kienet responabbli ghalieh il-fabbrika msemmija.
Sejrin isiru spezzjonijiet ohra fil-futur.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'policy għandu l-ministeru sabiex ikun assigurat li l-kunsilli lokali u l-awtoritajiet konċernati jipprovdu post xieraq għall-annimali, partikolarment iż-żwiemel tal-kuċċiera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li fl-1999 in-nefqa fuq ir-riabilitazzjoni ta' St. James Cavalier kienet iżjed mit-tripplu ta' dik stmata, mnejn ġiet iffinanzjata d-differenza?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, meta fi proġett ikun sar xogħol aktar milli kien previst, u għalhekk ikun hemm spiża akbar, isiru trasferimenti ta' fondi minn fuq proġetti oħra li fuqhom ma jkunux se jintefqu l-flus kollha ivvutati għalihom, u dawn jiġu trasferiti fil-vot tal-proġett sabiex jitħallsu l-pagamenti li jkunu saru aktar milli kien maħsub.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mill-uffiċjali tal-Ministeru jitkellhem mal-kuċċiera tar-Rabat sabiex jisma' l-ilmenti tagħhom dwar problemi li qed jiffaċjaw huma u ż-żwiemel tagħhom kawża ta' xogħlijiet li saru fl-Mdina mill-Mdina Rehabilitation Committee u li mistennija jsiru?
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi ta' dawn l-ilmenti tal-ħaddiema Rabtin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21065 (Seduta 432).
Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina huwa lest li jiltaqa' mal-kuċċiera iżda ħadd mill-kuċċiera għadu ma avviċina lill-Kumitat biex issir laqgħa. Dan jista' jsir jew permezz ta' ittra jew permezz ta' l-uffiċjali tekniċi li huma preżenti fl-uffiċċju tal-proġett li huwa fl-istess uffiċċju tal-Kunsill Lokali Mdina.
Jista' l-Ministru jinfurmana jekk hemmx xi policy mid-dipartiment għall-ambjent dwar kif għandhom isiru trejqiet tal-bdiewa sabiex ikunu aktar environmental friendly cioe' metodi li fihom ma hemmx għalfejn jintuża konkos?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress illi dawn it-trejqiet isiru mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ikun aktar xieraq illi l-Onorevoli Interpellant jindirizza mistoqsijiet fuq dan is-suġġett lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien in-numru ta' rapporti dwar spejjer ta' l-ilma tad-drenaġġ li tressqu lid-dipartiment tad-drenaġġ mill-kunsilli lokali, bdiewa u familji matul l-1999 u din is-sena separatament? X'passi ttieħdu? X'inhija s-sitwazzjoni llum? Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex waslu dawn l-ilmenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-Mistoqsija Parlamentari rigward x'tip ta' rapporti qiegħed jirreferi għalihom u jekk humiex spejjer ta' l-ilma jew tad-drenaġġ.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21607, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tat-tweġiba mogħtija f'Seduta Nru. 438?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-programm ta' l-Embellishment tal-lokalitajiet kollha qed jiġi rivedut u fil-każ ta' Wied il-Għajn wieħed irid jara jekk din it-triq tistax tiġi nkluża fil-programm.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21381, jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara biex jissorvelja il-livelli taċ-ċomb fl-arja? Kemm sewa?
Ġie deċiż f'liema lokalitajiet se jsir monitoring?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent xtara apparat magħruf bħala low volume sampler equipped with a microfibre filter head għall-monitoraġġ taċ-ċomb fl-arja.
Dan l-apparat sewa Lm1,000.
Hu maħsub li l-monitoraġġ għaċ-ċomb jibda jsir minn għadd ta' lokalitajiet f'Malta u Għawdex. Dawn il-lokalitajiet ġew magħżula fuq bażi ta' l-iżvilupp urban, industrijali u rurali fiz-zona, kif ukoll fuq bażi ta' kundizzjoni meteoroloġika tal-lokal.
Jista' l-Ministru jara li l-plot li tinsab fi Triq Xandru Farrugia, kantuniera ma' Triq Dun Karm Sant, Tarxien, li hija abbandunata u mimlija skart f'nofs din l-area residenzjali titnaddaf u jittella' ħajt madwarha skond il-liġi minflok iċ-ċint baxx li fiha llum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Jista' l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-Industrial Area ta' l-Imrieħel?
Jikkonsidra li -kwantita kbira ta' materjal għal għonq it-toroq ta' l-inħawi, kif wkoll il-vetturi abbandunati jistgħu jkunu ta' aktar periklu f'każ ta' xi ħruq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-karozzi skrappjati li hemm jiżgumbraw fl-inħawi tal-qasam tad-djar Ta' Mliet, il-Mosta peress li qed iħammġu l-ambjent u qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li titnaddaf l-għalqa mitluqa u żdingata li tinsab fi Triq il-Wilġa, Tarxien u jittella' ċint madwarha biex ma tibqax rubbish dump għad-detriment tas-saħħa u l-ambjent tar-residenti ta' l-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21442 dwar it-trab iswed, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet jew żviluppi ġodda li ħarġu fl-aħħar laqgħa tiegħu mas-sindki tat-22/11/2000?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif diġa' ntqal fi stqarrija għall-istampa, fil-laqgħa li kelli mas-Sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta fit-22 ta' Novembru 2000, jien infurmajthom x'wassal għall-kwestjoni u l-miżuri li qed jittieħdu, u se jkomplu jittieħdu, biex tiġi ndirizzata l-kwestjoni tat-trab iswed fl-interess ta' kulħadd.
Inżid ngħid li kien hemm qbil mas-Sindki kollha li aktar dettalji jingħataw fiż-żmien opportun.
B'riferenza għal dak li ntqal fil-ħarġa "Vigilo" ta' Din l-Art Ħelwa (Nru. 18, Ottubru, 2000) paġna 6, jiġifieri li: "....In Malta's archaelogical park, which contains Ħaġar Qim and Mnajdra, there are over thirty illegal hunters' hides ...." jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk dan jirriżultalux? Jekk iva, x'passi ttieħdu jew hu ppjanat li jittieħdu biex dan l-abbozz jiġi mrażżan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Public Works ilhom ma jieħu r-ration għal ħafna xhur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema kollha tal-Works Division ġew provduti regolarment bil-ħtiġijiet personali tagħhom.
Il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi damu ma ħadu r-'ration' tas-sapun minħabba xi problemi min-naħa tal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jara li fi Sqaq il-Kubrit, Ħamrun titlesta it-tappiera kbira li hemm biex jiġu evitati ħsarat lill-karozzi li jkunu għaddejjin u jingħata xi forma ta' re-surfacing tat-triq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.