Jista' l-Ministru jgħid x' ikkawża il-fawran tas-sistema tad-drenaġġ fil-Farm Esperimentali tal-Għammieri fl-1 ta' Ottubru 2001? X' miżuri ttieħdu sabiex ikun ikkontrolat il-mard li jista jikkawża dan il-fawran tad-drenaġġ fl-attivita' li tissokta fil-farm esperimentali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-drenaġġ li far fil-Farm Sperimentali fl-1 ta' Ottubru huwa d-drenaġġ li għaddej mis-sistema prinċipali pubblika li għaddejja minn ġol-Farm. Is-sadd kien dovut għal xi ġebel immermer fl-istruttura tal-'manhole' li waqgħu fil-kanal u mblukkaw il-passaġġ tad-drenaġġ. Dan ġara fil-parti l-qadima tas-sistema. Ittieħdet azzjoni mmedjata biex il-ħsara tkun irranġata fl-anqas ħin possibbli.
Id-Dipartiment ilu għaddej b'diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ambjent dwar il-problema u fil-fatt parti sostanzjali tas-sistema diġa' nbidlet biex tlaħħaq mal-volum ta' drenaġġ li qed jgħaddi. Il-parti li fadal qiegħda wkoll fil-proċess li tinbidel biex il-problema tkun solvuta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-bejjiegħa tal-laħam lokali dwar l-Abozz tal-Liġi numru 82? L-ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-bejjiegħa verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nissuġġerixi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998 sal-lum, daħlu 51 persuna fi gradi ndustrijali fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd:-
Sena Grad Nru ta’ Impjegati
1998 Xejn 0
(6 ta’ Settembru - 31 ta’ Diċembru)
1999 Xejn 0
2000 Butcher 6
Labourer (Ex AWTS) 2
Labourer (Ex Impressed Driver) 41
2001 Butcher 2
(1 ta’ Jannar - 8 ta’ Ottubru)
Total 51
Dawn il-51 huma fost il-574 impjegat imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27774.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tas-seed potatoes wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
"Supply measure" għall-importazzjoni tas-seed potatoes qed issir bħala miżura speċifika bħala għajnuna partikolari għall-biedja Maltija. Dan qed isir fl-ambitu tad-domanda lokali kollha għall-produzzjoni tal-patata għall-konsum lokali u dik għall-esportazzjoni. Il-kwantita' li se tiġi nnegozjata tkun tirrispetta l-ħtiġiet lokali. Iva, saru konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, b'mod formali u informali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-qmuħ wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-qmuħ hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-qmuħ fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-processed veg wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-processed vegetables hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-processed vegetables fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-butir wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-butir hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-butir fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-laħam aħmar hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-laħam aħmar fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-ġobon hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-ġobon fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, it-trab tal-ħalib hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tat-trab tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
B'referenza għas-sitwazzjoni l-nħolqot bejn il-bidwi u l-kumpanija li tagħrif dwarhom qed jintbgħat separatament, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir sabiex il-bdiewa nvoluti ma jiġux imkeċċija il-barra mir-rażżett u r-raba li ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar 50 sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ma jistax jidħol fuq kwistjonijiet legali bejn terzi, iżjed u iżjed meta jkun hemm sentenza tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' patata ta' l-ikel li ġie importat f' pajjiżna b' eżenzjoni tal-protezjoni tal-levy, bejn l-1999, l-2000 u din is-sena? Separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nissuġġerixi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, iz-zokkor hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz taz-zokkor fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, iċ-ċereali huma mpurtati bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz taċ-ċereali fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li kif fl-istess perjodu li l-produtturi taċ-ċanga lokali kienu qed jiffaċjaw il-kriżi li kien hawn, il-Ministru beda l-proċeduri sabiex titneħħa l-B.I.S kif fil-fatt neħħa din is-sena stess?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li ma jidhirx li qiegħed isegwi dak li qiegħed jiġri. Kull ma sejjer isir huwa li l-management u l-approach tal-B.I.S. sejjer jitbiddel.
Jista' l-Ministru jgħid x' kienu raġunijiet li tneħħiet il-B.I.S meta l-Gvern se jibda jneħħi l-protezzjoni tal-levy? Għaliex il-Gvern neħħa din l-iskema u ħalla pagamenti ta' madwar nofs miljun lira li għad iridu jitħallsu lill-biċċiera privati u lir-raħħala?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li s-sistema tal-BIS kif inhi issa sejra titbiddel u mhux titneħħa. Parti sostanzjali tal-pagamenti se titħallas fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu dan li ġej:
Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt saru l-ħlasijiet tal-B.I.S. matul l-1999, 2000 u din is-sena?
Kemm fil-fatt huwa l-ħlas dovut lill-biċċiera privati u raħħala fil-preżent? Meta se jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ħlasijiet tal-BIS saru kif ġej:
1999 Lm 253,378
2000 Lm 452,972
2001 Lm 239,380 (sa' Ottubru 2000)
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fid-19 ta' Settembru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27901.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ħlas ta' overtime dovut lill-ħaddiema tal-Biċċerija fil-preżent? Kemm ilu akkumulat dan l-overtime?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ħlas ta' l-overtime dovut lill-ħaddiema tal-Biċċerija huwa ta' Lm16,444.80. Dan ikopri l-perjodu minn Jannar 2001 sa' Awissu 2001.