Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Federazzjoni Russa?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemmx Memoranda of Understanding pendenti mal-Federazzjoni Russa, imma hemm Memorandum of Understanding bejn il-Malta Enterprise fuq naħa u Russian Chamber of Commerce and Industry (RFCCI) fuq in-naħa l-oħra u Memorandum of Understanding ieħor bejn il-Malta Enterprise fuq naħa u l-Moscow Investment and Export Promotion Agency (MIEPA) fuq in-naħa l-oħra li għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx memoranda of understanding pendenti mal-Eġittu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. interpellant li il-Memoranda of Understanding pendenti mal-Eġittu huma:
- Memorandum of Understanding bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar Koperazzjoni Konsolari dwar każijiet fir-rigward ta' Aċċess għall-Ulied.
- Memorandum of Understanding bejn l-Università tal-Kajr u l-Università ta' Malta fil-qasam tal-Edukazzjoni u r-Riċerka.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lil-Onorevoli interpellant li f’Jannar 2013 beda proġett ta’ rinnovar tal-Uffiċċji tal-Protokol iżda ma saret l-ebda inawgurazzjoni uffiċali għal dan il-proġett. Wara it-8 ta’ Marzu kien baqa ammont ta’ xogħol xi jsir fuqu. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu:
· Rinnovar tal-ħitan u żebgħa
· Installazzjonijiet ta’ drains għall-Air Conditioner
· Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl għall-Air Conditioner
· Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl u servizzi ta’ vultaġġ baxx
Sat-8 ta’ Marzu kienu tħallsu €7524.15 f’materjal. Wara it-8 ta’ Marzu tħallsu €6,499.96. Baqa jitħallsu €2,553.45.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-vettura uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin hija 'BMW Saloon 320D' b'numru ta' reġistrazzjoni CBR565. Il-vettura msemmija ma nxtratx minn dan il-Ministeru, imma ġiet ittrasferita mill-Ministeru għal Għawdex, liema trasferiment ġie ffinalizzat fl-24 t'April 2013.
Il-vettura kienet oriġinarjament mixtrija mill-Ministeru għal Għawdex fit-8 t'April 2009 għall-valur ta' €30,974.00
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1998 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-persuna msemmija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif spjegat fit-tabella ta hawn taħt ma kienx hemm nefqa fuq xiri ta’ mobiles.
Uffiċjal
Mobile
Nefqa rikorrenti
Rimarki
Chief of Staff
BlackberryTorch 9800 li kien juża il-Kap tas-Segretarjat preċedenti, akkwistat f’Diċembru 2011 bil-
Key Point Scheme
offrut mill-GO, minflok unit ieħor bi ħsara.
€40.84 renta kull xahar
(GO plc: Corporate Plan-Usage Reward Discount: €12.00; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT)
Second hand
Segretarju Privat
iPhone 5, akkwistat f’April 2013.
Renta kull xahar:
Vodafone Red Plan GSM Telephony:
€99.99
(jinkludi l-VAT) – Kuntratt ta’ sentejn jibda minn 12 t’April 2013.
Ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-Vodafone
Customer Care Officer
Blackberry Bold 9780 li kien juża l-Ministru preċedenti; akkwistat f’Diċembru 2010, u kien ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-GO plc
€46.35 renta kull xahar.
(GO plc: Pay monthly 15: €17.51; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT)
Second hand
Communications Secretary
Qiegħed juża l-mobile privat tiegħu
Renta kull xahar
. Vodafone Red Premium GSM Telephony:
€99.99
; Liberty Plus jinkludi SP GPRS Basic Service:
€10.00
(jinkludi l-VAT). Kuntratt personali
-
Il-Ministeru ingħata 10 computers/laptops mill-MITA, li inkrew direttament mill-MITA f’Marzu 2013. Il-ħlas tal-kirja tal-computers/laptops, li issir mill-MITA mill-vot ċentrali ta’ IT, huwa kif spjegat hawn taħt.
QTY
One time Software (OS + CALS)
One time Software (Office)
Yearly Lease * Cost
(ex VAT)
10
€3,040
€3,585
€2,490
*yearly cost include:
Hardware payment
5 year warranty on Hardware (parts and labour)
On Site Support withing agreed Service Level Agreements
Sar xiri ta’ 8 docking stations bi spiża ta’ €849.60 (VAT inkluża). Dan il-ħlas sar direttament mill-Ministeru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenti u Kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Marzu tal-2013 ‘l hawn iġġedded il-kuntratt tal-Ambaxxatur Saviour Falzon bħala Senior Adviser, Development Trade and Investment Issues. Is-Sur Falzon jaħdem full-time u jitħallas €2,687.69 kull erba’ ġimgħat.
Inħatru wkoll tliet konsulenti fliStrategic and Priorities Unit. Dan il-Unit jgħin biex jitfasslu strateġiji u prioritajiet li fuqhom jibba¿a l-ħidma tiegħu il-Ministeru. Dawn il-konsulenti huma is-Sur Saviour Borg, is-Sur Alfred Zarb u s-Sur Joseph Mangion. Il-ħlas tagħhom u kundizzjonijiet oħra għad iridu jiġu approvati.
L-uniku kumitat li nħatar kien in-National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention. Din l-awtorità tagħti pariri fuq il-proliferazzjoni tal-armamenti kemikali. Il-persuni li jiffurmaw din l-awtorità huma:
Dr Marie Bernardette Mallia (Inspector)
Prof. Alfred J Vella
Is-Sur Albert Gambin
Ms Kristina Farrugia (Segretarja)
Dr Mallia tirċievi remunerazzjoni ta’ €1,165 fis-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huma il-Kunsill tal-Maltin ta’ Barra u n-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention.
Illum m’hemm l-ebda direttur li qed iservi fuq dawn il-bordijiet. B’direttur qed nifhem persuna maħtura b’din in-nomenklatura f’headship position fis-servizz pubbliku.
Il-membri fuq kull bord sad-9 ta’ Marzu 2013 huma ndikati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Illum il-Committee of Inquiry (Deprivation of Maltese Citizenship) m’għadux jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, waqt li l-Official Development Assistance Advisory Board, li huwa bord ‘ad hoc’, għadu mhux kostitwit. Il-bidliet li saru mid-9 ta’ Marzu 2013 kienu l-ħatra ta’ Dr Marie Bernardette Mallia bħala Inspector fuq in-National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention flok is-Sur John Sammut li ma setax ikompli jservi fuq l-Awtorita’ u l-ħatra ex-officio tiegħi flok il-Ministru ta’ qabli fuq il-Kunsill tal-Maltin ta’ Barra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1998 sal-lum ma ngħata ebda xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozzi responsabbilta tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mal-ħatra tiegħu kollha ġew identifikati. Dawn huma f'kundizzjoni mekkanika tajba u jistgħu jiġu misjuqa mingħajr periklu. Wieħed jista' jgħid li hemm bżonn li tingħata attenzjoni rigward xi grif kif ukoll manutenzjoni oħrajn li ġew irraportati. Għalhekk dan il-Ministeru se jieħu l-passi meħtieġa sabiex jitranġaw dawn il-ħsarat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (VELLA, GEORGE)
M'hu qed isiru l-ebda kuntatti ma' kunsilli lokali biex jiġu offruti servizz ta' customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali.