Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltapost — Ktejjeb tal-kodiċi postali

Question

Issa li l-Maltapost biddlet il-kodiċi postali tal-pajjiż kollu, jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ ktejjeb biex jagħti l-kodiċi postali l-ġodda u dan biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal-posta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal-Luqa — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23913 u jara li tinbidel jew titranġa s-sistema prinċipali tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Ħal-Luqa peress li minħabba estensjoni ta' bini dan mhux qed ilaħħaq u sikwit iffawwar ġod-djar b'inkonvenjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tagħmel xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ f'din l-area, liema xogħol ser jibda appena joħorġu l-permessi neċessarji.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi fil-ministeru tiegħu u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2005 tħallsu Lm766.77 f'kontijiet tat-telephone ta' residenżi ta' uffiċjali governattivi fil-Ministeru tiegħi filwaqt li fl-2006 tħallsu Lm1210.98. Ma narax li hija prudenża li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23274 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Birgu — Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet f'dawn l-aħħar għaxar snin il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, biex tissolva problema f'residenza fil-Birgu minħabba kwantita' ta' ilma li jinsab dieħel fil-kantina tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn analiżi ta' l-ilma li qed jiskula, irriżulta li dan hu ilma tad-drenaġġ. Sussegwentament, uffiċċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma spezzjonaw il-mejn tad-drenaġġ fit-triq tar-residenza indikata. Dan instab li ma fih xejn ħażin. Jidher li jista jkun hemm xi difetti fil-konnessjonijiet privati ta' residenzi u għaldaqstant kienu informati l-awtoritajiet sanitarji biex huma jagħmlu l-investigazzjonijiet li hemm bżonn fil-konnessjonijiet privati.

Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23261 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23261.

HSBC — Call centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ngħata l-Bank HSBC mill-Malta Enterprise biex jiftaħ il-call centre tiegħu f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Malta Enterprise tipprovdi assistenza lill-intrapriżi li jikkwalifikaw taħt il-Business Promotion Act skond kriterji stabbiliti fl-istess Att u fir-Regolamenti (Business Promotion Regulations). L-informazzjoni mitluba hija koperta bis-segretezza uffiċċjali a tenur l-Artkolu 33 tal-kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta.

Transfer ta' telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir transfer ta' telephone minn kamra għall-oħra peress li, l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandha problema ta' mobilita' u teħtieġ li jsir dan it-transfer?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru ma hux responsabbli biex jittrasferixxi 'telephones'.

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal-Luqa, Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbieġi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali msemmija u amministrati mill-Malta Industrial Parks Ltd huma dawn: Attard 18 Bulebel 89 Hal Far 55 Kordin 74 Luqa 110 Marsa 97 Mosta Technopark 24 Mriehel 24 Ricasoli Nil San Gwann 63 Ta’ Dbiegi 18 Kirkop 2 Xewkija 31 Total:   605 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Intrapriżi f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sa l-2005 biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpanniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tecom u Maltacom — VIP scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt in-negozjati bejn it-TECOM u l-Maltacom, l-VIP scheme ġiet ċeduta u fil-fatt l-ex ministri u chairpersons m'għandhomx jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji li kienu jgawdu qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-Tecom qatt ma għamlet negozjati mal-Maltacom.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23709 b'riferenza għat-tender maħruġa mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tal-mains u galleries tad-drenaġġ : i) min rebaħ din it-tender? ii) x'esperjenza għandu f'dan ix-xogħol ir-rebbieħ tat-tender? iii) l-impjant u l-inġenji tiegħu ġew ċertifikati mill-Bureau Veritas? iv) x'inhu x-xogħol li għamel s'issa inkluż tulijiet ta' mains li ġew imnaddfa? v) meta beda x-xogħol dan il-kuntrattur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rispota tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Pilots

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23714 jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-applikanti li applikaw għal pilots ma' l-Air Malta f'Jannar li għadda u li ma ntagħżlux minħabba li ma kellhomx A levels imma kellhom il-kwalifikazzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa, hux se jintagħżlu biex jagħtu servizz lill-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawk l-applikanti li għandhom ‘A’ level fil- Physics jew Mathematics jew Computer Science jew Business Studies jew suġġett ekwivalenti (kontenut u livell) kif ċertifikat mill- Malta Qualification Recognition Information Centre u kwalifikazzjonijiet oħra meħtieġa jiġu kunsidrati biex jagħtu servizz lill-Air Malta.

Luqa — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jibdel jew jirranġa is-sistema prinċipali tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Luqa peress li minħabba estensjoni ta' bini dan mhux qed ilaħħaq u sikwit dan iffawwar ġod-djar b'inkonvenjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata mill-aktar fis s-servizz ta' l-ilma lil familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha mingħajr s-servizz ta' l-ilma għal dawn l-aħħar sentejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma tistax tinvestiga l-każ jekk ma jkollhiex iktar dettalji bħal isem ta' l-applikant, numru tat-telefon, numru ta' l-applikazzjoni jew indirizz komplut.