Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tagħha (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandhiex impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?
Response (DALLI, HELENA)
Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Tista' l-Ministru tippubblika t-terms of reference li skont kif irrapurtat fil-media irċeviet mingħand il-Prim Ministru dwar ħolqien ta' politika u liġijiet ċari dwar l-użu tal-burka u ilbies ieħor li jgħatti l-wiċċ tal-persuna? Sa meta se tkun lesta din il-politika?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kabinett beda jiddiskuti dan is-suġġett wara proposti li tressqu skont kif ingħad fid-domanda tiegħek.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – entitajiet — safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’safar sar minn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtha fl-aħħar 12-il xahar? Tista’ tgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Tista’ tgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – żjarat proattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħidilna kemm kien hemm żjarat proattivi fl-2014 u fl-2015, sena b’sena, mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, liema żjarat ikunu maħsuba biex jiżguraw konformità u biex tingħata aktar informazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA topera permezz ta’ sistema fejn ta’ kull sena jkunu jdentifikati temi jew setturi partikolari li jkunu jimmeritaw aktar attenzjoni, F’dawn il-każijiet, l-OHSA torganiżża numru ta’ żjarat proattivi (jiġifieri li ma jsirux għax ikun reġistrat ilment).
Kemm
kien hemm żjarat proattivi fl-2014
mill-OHSA
, liema żjarat ikunu maħsuba biex jiżguraw konformit
à u biex tingħata aktar informazzjoni?
Matul l-2014 l-OHSA organiżżat total ta’ 1008 żjara proattiva.
Minn dawn, 391 saru bl-iskop li tinghata aktar informazzjoni, fil-waqt li 617 zjara saru sabiex tiġi żgurata konformita’ mar-regolamenti li jaqaw taħt l-Att dwar l-Awtorita’.
Kemm kien hem
m żjarat proattivi fl-201
5 mill-OHSA
, liema żjarat ikunu maħsuba biex jiżguraw konformit
à u biex tingħata aktar informazzjoni?
Matul l-2015 (sal-aħħar t’Awissu) l-OHSA organiżżat total ta’ 530 żjara proattiva.
Minn dawn, 120 saru bl-iskop li tingħataaktar informazzjoni, fil waqt li 410 zjarat saru sabiex tiġi żgurata konformita’ mar-regolamenti li jaqaw taħt l-Att dwar l-Awtorita’.
L-OHSA tipprova tilħaq l-ikbar numru possibbli ta’ operaturi fis-settur u dan tagħmlu wkoll permezz tal-korpi kostitwiti, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw lill-operaturi u l-ħaddiema fis-settur. B’dan il-mod, tonqos il-ħtieġa ta’ żjarat f’dawn il-postijiet. Kif diġa ntqal, il-figuri mogħtija ma jinkludux żjarat/spezzjonijiet li jkunu saru wara li jkun reġistrat ilment.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – kampanji organizzati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm kampanji mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2014 li ffukaw fuq setturi partikolari? Kemm qegħdin isiru matul l-2015? U x’hemm ippjanat aktar għall-futur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA torganizza żewġ tipi ta’ kampanji – dawk intenzjonati li jwasslu informazzjoni jew li jikkonċernaw it-trawwim ta’ kuxjenza, u kampanji ta’ spezzjoni. Fir-rigward ta’ kampanji ta’ spezzjoni saru s-segwenti kampanji fis-snin imsemmija (jew maħsuba li jsiru matul l-2016):
Kemm kien hemm kampanji mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2014 li ffukaw fuq setturi partikolari?
(i) Waqgħat mill-istess għoli fir-ristoranti;
(ii) Child care centres;
(iii) Kostruzzjoni;
(iv) Tower cranes (Malta);
(v) Agrikoltura;
(vi) Dental clinics.
Kemm qegħdin isiru matul l-2015?
(i) Tkomplija tal-kampanja fiċ-Child Care Centres;
(ii) Tower canes (Għawdex);
(iii) Industrija farmaċewtika;
(iv) Kostruzzjoni;
(v) Kumpaniji tal-assigurazzjoni.
X’hemm ippjanat aktar għall-futur?
Għalkemm għadhom ma ġewx inklużi fl-Annual Plan of Work tal-OHSA, s’issa kienu identifikati tlett setturi li potenzjalment jistgħu jsirulhom kampanji ta’ spezzjoni u ta’nformazzjoni. Dawn huma:
(i) Lukandi;
(ii) Industrija tal-gaming;
(iii) Tarznari.
Kampanji ta’ nformazzjoni u ta’ trawwim ta’ kuxjenza saru s-segwenti:
Kampanji flimkien mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
1. Kampanja 2014–15: Inqas Stress għal Aktar Saħħa fuq ix-Xogħol
2. Kampanja - Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li jġibu ‘l quddiem is-Saħħa 2014-2015 - “Inqas Stress għal Aktar Saħħa fuq ix-Xogħol.”
3. OiRA - Online Riskju interattiv Evalwazzjoni – Organizzazzjonijiet mikro u ¿għar.
4. Kampanja ta’ informazzjoni ġenerali.
5. NAPO
Kampanja 2014-15: Il-kampanja “Inqas Stress għal aktar saħħa fuq ix-Xogħol” tiġi fi tmiema fl-aħħar tas-sena 2015. Bħala kampanja tolqot postijiet tax-xogħol ta’ kull daqs u f’kull settur.
Kampanja - Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li jġibu ‘l quddiem is-Saħħa 2014-2015 - “Inqas Stress għal Aktar Saħħa fuq ix-Xogħol.”:
Din il-kampanja ssir darba kull sentejn fejn isir rikonoxximent għal kontribuzzjonijiet straordinarji u impenn qawwi li postijiet tax-xogħol juru fl-immaniġjar ta’ fatturi speċifiċi fuq il-post tax-xogħol. Din is-sena bħala kampanja indirizzat postijiet tax-xogħol ta’ kull daqs u f’kull settur.
Kampanja 2016-17:
Il-kampanja għas-snin 2016-2017 ser tindirizza l-aspett ta’
“Healthy Ageing”
. Din il-kampanja ħa tolqot postijiet tax-xogħol ta’ kull daqs u f’kull settur.
Kampanja OiRA:
Fuq bażi lokali, il-kampanja
“OiRA”
tindirizza is-saħħa u s-sigurtà fl-uffiċji inti¿a għall-kumpaniji ¿għar u mikro. L-OiRA hi kampanja kontinwa.
NAPO:
NAPO hu karattru li jintuża fl-iskejjel biex titwassal informazzjoni ġenerali fuq saħħa u sigurtà lit-tfal li huma tal-età bejn id-9 u l-10 snin. NAPO hi kampanja kontinwa li ssir kull sena u tindirizza is-settur tal-edukazzjoni.
Kampanja ġenerali
1. Kampanja ta’ għarfien, edukazzjoni u promozzjoni
tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Kampanja ta’ għarfien, edukazzjoni u promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: Uffiċjali mill-OHSA jieħdu sehem attiv f’diversi programmi kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni fejn titwassal informazzjoni fuq l-immaniġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Apparti dawn il-programmi li jsiru fuq bażi regolari, l-OHSA toħroġ divesi artikli fuq il-gazzetti kif ukoll numru ta’ stqarriji għall-istampa li jindirizzaw diversi suġġetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Din hi kampanja kontinwa li tolqot diversi postijiet tax-xogħol ta’kull daqs u kull settur.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – linji gwida
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħarġux xi linji gwida mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2014 u l-2015?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-informazzjoni ta’ natura teknika (inkluż linji gwida) qed toħroġ b’mod regolari minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali li l-OHSA hija membru tagħhom. Fost dawn wieħed isib l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol u s-Senior Labour Inspectors Committee, li jippreparaw u jippubblikaw tali informazzjoni, anki bil-Malti. Din l-informazzjoni tiġi mqassma lokalment mill-OHSA lil kull min jeħtieġa, inkluż lill-imsieħba soċjali biex jgħadduha lill-membri tagħhom.
Uħud mill-pubblikazzjonijiet maħruġa tul il-perjodu msemmi minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet insibu:
1. Informazzjoni dwar kif tevita waqgħat fl-istess livell (
Slips, trips and falls
).
2. Problemi muskuloskeletali fuq ix-xogħol.
3. Problemi psiko-soċjali fuq ix-xogħol “
Healthy workplaces manage Stress
”.
4. Sustanzi perikolużi.
5. L-anzjanità attiva.
6. Żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol.
7. Nanomaterials.
8. Kif għandhom ikunu evitati r-riskji.
9. In-nisa u l-post tax-xogħol.
Barra minn hekk l-OHSA ippubblikat il-linji gwida dwar ix-Xogħol fis-sħana u x-xemx. Matul din is-sena ser ikunu ppubblikati dawn id-dokumenti mill-OHSA:
1. Gwida għall-Kunsilli Lokali.
2. L-asbestos fuq ix-xogħol.
3. Iċ-ċomb fuq ix-xogħol.
4. L-użu tas-
cyanides
fuq ix-xogħol.
Din is-sena wkoll, l-OHSA lestiet il-ħidma tagħha fuq l-għodda msejjħa OIRA (Online Interactive Risk Assessment Tool), li tgħin lil dak li jkun jifhem xi jkun irid isir biex jagħmel l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju f’uffiċċju – f’dan is-sens, l-OIRA tista titqies bħala linja gwida ta’ kif għandu jsir dan l-eżerċizzju.
Barra minn hekk l-OHSA aġġornat erbatax il-fuljett li kienu ppreparati minnha biex jirriflettu tibdil leġiżlattiv li kien sar matul iż-żmien – dawn il-fuljetti jittrattaw suġġetti tekniċi (per eżempju: l-użu ta’
hoists and lifts
,
forklift trucks
, krejnijiet, l-armar għall-bini, skavar, l-ewwel għajnuna, xogħol b’sustanzi perikolużi, żmuntaġġ ta’ soqfa tax-xorok, xogħol fi spazju ristrett, xogħol b’radjazzjoni ioniżżanti, eċċ).
L-OHSA dalwaqt tlesti x-xogħol fuq il-preparazzjoni ta’ linja gwida oħra li tittratta x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq binjiet antiki.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – każi mressqa l-Qorti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każi li tressqu l-qorti mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2014 u l-2015, sena b’sena, u kemm minn dawn inqatgħu favur l-OHSA?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2014, l-OHSA ressqet 68 każ quddiem il-Qorti, li 9 minnhom tressqu quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, u li minnhom 64 każ inqatgħu favur l-OHSA. Matul 2015 sa issa, l-OHSA ressqet 91 każ quddiem il-Qorti (3 minnhom quddiem il-Qorti ta’ Ghawdex), u li minnhom 87 każ inqatgħu favur l-OHSA.
Ċertifikazzjonijiet ta’ lifts, cranes u makkinarju ieħor
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ipproċessati ċertifikazzjonijiet ta’ lifts, cranes u makkinarju ieħor matul l-2014 u l-2015, sena b’sena? X’jiġri meta l-OHSA tinnota nuqqasijiet f’dawn iċ-ċertifikati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minn Jannar sa Diċembru ta’ l-2014 kien hemm 3717 liftijiet, 296 krejnijiet u 1721 makkinarju ieħor li ġew ipproċessati ċertifikazzjonijiet għalihom. Minn Jannar sa Awwissu ta’ din is-sena (2015) kien hemm 2855 liftijiet, 185 krejnijiet u 1186 makkinarju ieħor li wkoll ġew ipproċessati ċertifikazzjonijiet għalihom.
Infurmata li meta l-OHSA tinnota xi nuqqasijiet f’dawn iċ-ċertifikati bħal eżempju fil-każ ta’ liftijiet għall-passiġġieri weħidhom, jew intiżi li jġorru kemm passiġġieri u merkanzija, il-Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità (KAVK) jimla sezzjoni B taċ-ċertifikat (li trid timtela meta jinstabu nuqqasijiet serji) li jintbagħat lill-OHSA. Meta l-OHSA tirċievi dan iċ-ċertifikat tinħareġ “
stop notice
” lil min iħaddem sabiex jitwaqqaf il-lift sakemm jiġu rranġati n-nuqqasijiet. Meta jsiru t-tiswijiet neċessarji, min iħaddem jinforma lill-OHSA u jinħareġ ċertifikat ġdid mill-KAVK.
Fil-każ ta’ liftijiet tal-merkanzija biss, meta l-OHSA tirċievi ċertifikat li jkun fiħ nuqqasijiet, tintbagħat ittra lil min iħaddem, u jekk ikun hemm nuqqasijiet serji jitwaqqaf il-lift sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.
Fil-każ ta’ makkinarju ieħor, inklużi krejnijiet, teżisti proċedura simili.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-aħħar snin ibbenefikatx minn xi fondi tal-Unjoni Ewropea? U jekk iva, kemm kienu u x’sar permezz ta’ dawn il-fondi?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Safar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kellha safar fl-aħħar 12-il xahar? Tista’ tgħid fejn siefret (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawha f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi ħaġa mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol biex ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà fil-proġetti ta’ kostruzzjoni tkun magħrufa minn kulħadd? Tista’ tgħidilna wkoll jekk il-kunsilli lokali humiex qegħdin jiġu infurmati b’dawn ir-rekwiżiti?
Response (DALLI, HELENA)
Apparti l-informazzjoni vasta li l-OHSA żviluppat għas-settur tal-kostruzzjoni u li tpoġġi u tagħmel aċċessibbli (b’xejn) fuq il-website tagħha, u barra l-informazzjoni bil-Malti li tipprepara u tqassam l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà, l-OHSA torganizza diversi kampanji, kemm ta’ spezzjoni u kemm ta’ nformazzjoni li jindirizzaw lis-settur tal-kostruzzjoni jew problemi speċifiċi li jista’ jkun hemm f’dan is-settur. Barra minn hekk, l-OHSA torganizza diversi seminars li jindirizzaw problemi partikolari, jew kategoriji ta’ ħaddiema partikolari. L-OHSA tinforma wkoll lill-operaturi fis-settur dwar problemi partikolari, jew meta tinstab evidenza jew toħroġ informazzjoni dwar kawżi mhux komuni ta’ inċidenti jew korrimenti. L-OHSA twassal ukoll informazzjoni dwar is-settur tal-kostruzzjoni bil-parteċipazzjoni attiva fuq programmi tar-radju u tat-televiżjoni, u bil-kitba ta’ artikli tekniċi li jkunu ppubblikati fil-gazzetti minn ħin għal ħin.
Fl-istess ħin, l-OHSA qed tinsisti mal-MEPA li fil-permess għall-bini li jinħareġ minnha, jkunu elenkati l-obbligi lokali relatati mas-saħħa u s-sigurtà, u dan biex kull persuna li għalih ikun ser jinbena proġett (il-klijent skont il-liġi tas-saħħa u s-sigurta) ikun jaf b’ dak li jkun irid isir.
Fil-każ tal-kunsilli lokali, l-OHSA organizzat seminar is-sena li għaddiet, indirizzat lejhom, fejn kienu spjegati d-diversi obbligi u l-miżuri li jkunu jridu jittieħdu. Barra minn hekk, l-OHSA qed taħdem biex tiżviluppa linji gwida speċifikament indirizzati lill-kunsilli legali. Dawn il-linji gwida qegħdin jissuġġerixxu rwol lill-kunsilli, li għalkemm ma joħroġx mill-liġi, jkun mezz kif il-kunsilli jkunu jistgħu jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti. Apparti dawn l-inizjattivi, l-OHSA taħdem flimkien ma’ kunsilli dwar problemi li jistgħu jinqalgħu kull tant żmien.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar taħriġ mill-uffiċjali tal-OHSA lill-impjegati, liema kienu s-setturi milquta, u kemm intlaħqu nies b’dawn il-korsijiet?
Response (DALLI, HELENA)
L-OHSA ma torganizzax taħriġ għall-impjegati, li skont il-liġi, huwa obbligu legali ta’ min iħaddem. Min-naħa l-oħra, l-OHSA torganizza sessjonijiet ta’ nformazzjoni ġenerali (info-sessions) lil nies li jkunu ġejjin minn setturi varji, u fil-fatt, matul iż-żmien, l-OHSA ħadmet biex ikunu preżenti nies minn kull settur ekonomiku, industrijali jew ta’ ħidma. Għal dawn is-sessjonijiet, ikunu preżenti nies li jkunu ġejjin minn oqsma differenti. Temi partikolari li ġew diskussi matul iż-żmien jinkludu l-evalwazzjoni tar-riskju, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-ergonomics, l-istress, l-użu ta’ kimika, l-asbestos, it-tqandil u l-irfiegħ, u l-għoti tal-ewwel għajnuna.
L-OHSA torganizza wkoll sessjonijiet simili indirizzati għal nies li jkunu ġejjin minn settur speċifiku, bħal per eżempju, is-Segretarji Permanenti fil-Ministeri tal-Gvern, Diretturi u Diretturi Ġenerali fis-settur pubbliku, nies fl-armata, ħaddiema tal-agrikoltura, għalliema (kemm fi skejjel tal-Gvern kif ukoll fl-iskejjel privati u tal-Knisja), ħaddiema tal-kostruzzjoni, operaturi ta’ krejnijiet, operaturi ta’
fork lift trucks
, ħaddiema fil-manifattura, ħaddiema fl-ajruport, ħaddiema fl-uffiċċji, dentisti, tobba, sptarijiet u kliniċi (inkluż dawk privati), ħaddiema tad-dwana, ħaddiema f’barrieri u ħaddiema fis-settur tal-catering.
Iktar minn 10,000 persuna attendew s’issa għal dawn l-info sessions organizzati mill-OHSA.
Tista’ l-Ministru tgħid liema hija l-aktar kontravenzjoni komuni li jsibu l-uffiċjali tal-OHSA, u x’passi jittieħdu mill-OHSA?
Response (DALLI, HELENA)
Is-settur tal-kostruzzjoni jibqa’ assoċjat mal-ikbar numru ta’ kontravenzjonijiet, fejn l-iktar kontravenzjoni komuni hija in-nuqqas ta’ ħatra ta’ project supervisors mill-klijent tal-proġett. Kontravenzjoni oħra komuni tikkonċerna n-nuqqas ta’ teħid ta’ prekawzjonijiet biex jipprevenu l-waqgħat mill-għoli.
Fil-każ ta’ setturi oħra, l-iktar kontravenzjonijiet komuni huma n-nuqqas ta’ evalwar tar-riskji u li ma jkunx hemm rappreżentanti tal-ħaddiema għas-saħħa u s-sigurtà.
L-azzjoni li tittieħed mill-OHSA hija soġġetta għall-
Enforcement Policy
tal-istess Awtorità, li fost affarijiet oħra tesiġi li l-azzjoni li tkun trid tittieħed għandha tkun relatata mal-gravità tas-sitwazzjoni u l-kobor tar-riskji preżenti. F’kull każ, l-uffiċjali tal-OHSA jistgħu jużaw diversi poteri li jinkludu l-ħruġ ta’ ordnijiet, it-twaqqif tax-xogħol li jkun qed isir, u azzjoni relatata ma’ azzjoni ġuridika jew kważi-ġuridika (jiġifieri, l-ħruġ ta’ multa amministrattiva mill-OHSA).
Barra mill-azzjoni li tittieħed mill-Uffiċjali fuq il-post, l-OHSA qed tara li twassal kull informazzjoni, b’mod partikolari lill-korpi kostitwiti, dwar dawn in-nuqqasijiet, u dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni li tkun trid tittieħed. Dan isir kemm permezz tal-iżvilupp ta’ linji gwida u tat-tqassim tagħhom u ta’ materjal ieħor li jkun disponibbli per eżempju materjal prodott mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà, ħruġ ta’ stqarrijiet għall-istampa, tpoġġija ta’ materjal fuq il-
website
tal-OHSA, kitba ta’ artikli tekniċi għall-
media
, organizzar ta’ seminars eċċ.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm u jekk kien hemm, b’kemm, naqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Inċident mhux bilfors iwassal għal korriment ta’ ħaddiema jew terzi persuni, iżda jista’ jwassal jew għal ħsara fuq magni, apparat, inġenji jew propjetà, jew ikun meqjus bħala ‘near miss accident’. M’hemm l-ebda obbligu legali ta’ notifika tal-aħħar żewġ tipi msemmija, u għal din ir-raġuni ma tinġabarx statistika.
Fil-każ ta’ korrimenti fuq ix-xogħol, l-OHSA tanalizza n-numru ta’ talbiet għal xi benefiċċju li jsiru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Fil-każ ta’ mwiet fuq ix-xogħol, l-OHSA tiġbor l-istatistika hi. Fiż-żewg każijiet, l-OHSA taħdem ir-rata ta’ korrimenti/mwiet kull 100,00 ħaddiem. Din ir-rata tintuża biex ikunu identifikati
trends
.
It-tabella li annessa turi r-rati sa mill-2003, meta l-OHSA bdiet tanalizza u, jew tiġbor l-istatistika.
SenaNumru ta’ nies gainfully occupied
(Labour Force Survey, NSO)Korrimenti kull 100,000 ħaddiemMwiet kull 100,000 ħaddiem
2003147,81532118
2004147,87027808
2005149,30726804
2006151,14528885
2007155,48627835
2008158,63525362
2009159,40421116
2010162,63120372
2011166,62818141
2012170,24917964
2013175,91118054
2014178,98517072
2015--2
Dawn il-figuri ġew ukoll ikkonvertiti grafikalment biex ikunu iktar evidenti it-
trends
identifikabbli, li juru xejriet ‘l isfel b’mod persistenti.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — ilmenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħidilna kemm daħlu ilmenti għand l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u kemm minn dawn ġew indirizzati?
Response (DALLI, HELENA)
Matul is-sena 2013, bejn Marzu u Diċembru, l-OHSA irċeviet 119 ilment bit-telephone u 30 ilment permezz tal-email.
Matul is-sena 2014, l-OHSA irċeviet 302 ilment permezz tat-telephone u 127 ilment permezz tal-email.
Matul l-2015, sal-aħħar ta’ Awwissu, l-OHSA irċeviet 147 ilment permezz tat-telefon u 84 ilment permezz tal-email.
L-ilmenti kollha kienu nvestigati ħlief ilment wieħed li għadu mhux investigat, peress li min għamel l-ilment huwa msiefer.
F’kull każ, il-figuri mogħtija ma jinkludux ilmenti jew rapporti ta’ problemi indikati fuq il-mezzi tal-media, u li l-OHSA ssir konxja tagħhom. Dawn il-każijiet ukoll kienu investigati kollha.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – dħul minn multi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-multi matul l-2014 u l-2015, sena b’sena, li nħarġu mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, u kemm kien id-dhul minn dawn il-multi? X’kien l-iskop ta’ dawn il-multi?
Response (DALLI, HELENA)
Multi 2014
Dħul minn dawn il-multi
L-iskop ta’ dawn il-multi
153
Euro 65,850
*
Multi 2015
Dħul minn dawn il-multi
L-iskop ta’ dawn il-multi
156
Euro 63,025
*
Is-sistema ta’ multi amministrattivi ingabet fis-seħħ fl-2012 skont kif kontemplat fl-Artiklu 38 tal-Att. XXVII/2000 Kap 424, li jagħti l-fakulta lill-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol li toħroġ pieni amministrattivi minnflok tipproċedi bil-kontravenzjoni quddiem il-Qrati. Biex jikkumplimenta dan il-provvediment, ġie ppublikat l-Avviż Legali 36/2012 fejn ġew elenkati numru ta’ kontravenzjonijiet u pieni skont il-gravità rispettivi.
L-iskop ta’ dawn il-multi huwa primarjament sabiex fejn ikun hemm ksur tal-liġi, tintlaħaq ottempranza mal-liġijiet u regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà fl-inqas żmien possibbli mingħajr il-ħtieġa li persuna/persuni jew entità tiffaċċja proċeduri legali twal quddiem il-Qrati, filwaqt li jkun hemm ħarsien u protezzjoni għall-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol b’mod effikaċi u effettiv, u dan bl-anqas telfien ta’ żmien għal persuni jew ditti involuti kif ukoll bl-inqas spejjeż possibbli.
L-introduzzjoni ta’ din is-sistema naqqset mid-dipendenza li l-OHSA kellha fuq il-Qrati biex tinkiseb konformita mal-liġi. Fil-fatt in-numru ta’ kawżi li ġew ippreżentati quddiem il-Qrati mill-OHSA naqas drastikament, li kellha effett pożittiv dirett fuq il-Ġudikatura, li setgħet tassenja ħin iktar għal seduti u każijiet ta’ portata akbar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – servizz ta’ kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista’ tgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Tista’ tgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Tista’ tgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li la l-Ministeru, l-ebda dipartiment u l-ebda entità fil-Ministeru ma għamlet użu jew qegħdin jagħmlu użu minn servizzi tal-kumpanija msemmija.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li qed jiġi mistenni li jsir ħlas għas-servizz taċ-Childcare Centres min-nisa li daħlu lura għax-xogħol f’każijiet fejn ir-raġel abbanduna l-ulied?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm mediċini rreġistrati llum u għalhekk għandhom ir-rekwiżiti meħtieġa li jistgħu jinbiegħu f’pajjiżna?
Response (DALLI, HELENA)
In-numru tal-mediċini li huma awtorizzati llum mill-Awtorità dwar il-Mediċini huma 4,824. Mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni sal-lum ġew irreġistrati 1,391 prodott mediċinali.
Tnejn minn kull sebgħa, minn dawn il-mediċini kienu awtorizzati f’dawn l-aħħar sentejn. Dan l-ammont rekord ta’ awtorizzazzjonijiet seta’ jsir permezz ta’ żieda fl-inizjattivi tal-Awtorità dwar il-Mediċini.
Awtorità dwar il-Mediċini – spezzjonijiet barra mill-Ewropa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni barra mill-Ewropa għamlet sal-lum l-Awtorità dwar il-Mediċini?
Response (DALLI, HELENA)
L-ewwel spezzjoni barra mill-Ewropa saret bejn il-25 sal-27 ta’ Marzu 2014. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Awtorità dwar il-Mediċini għamlet għaxar spezzjonijiet barra mill-Ewropa.
Dawn l-ispezzjonijiet mhux biss jagħtu esperjenza lill-ispetturi Maltin, iżda wkoll iservu bħala ġenerazzjoni ta’ dħul finanzjarju għall-Awtorità Maltija.