Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #22096 Sitting 464 2006-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq San Lawrenz/Rabat

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-proġett s'issa tat-triq li minn San Lawrenz tagħti għar-Rabat? Kemm aċċeda l-istima dan il-proġett? Min huma l-kumpanniji li ħadu t-tenders u kemm se jieħdu kull kumpannija? Sar xi xogħol fil-privat fl-esekuzzjoni ta' dan ix-xogħol? Jekk sar, kemm kienet l-ispiża totali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #22117 Sitting 464 2006-11-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Apparat ta' Sigurta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-qorti ta' Għawdex se jiġi armat b'apparat ta' sigurta' bħalma hemm f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-istallazzjoni ta' apparat ta' sigurta f'dan id-dipartiment qed tiġi kunsidrata
Leg 10 PQ #22119 Sitting 464 2006-11-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Persuni b'Diżabilita'

Question

Peress li l-anzjani u persuni b'diżabilita' għandhom diffikultajiet ta' aċċess għall-bini tal-qorti ta' Għawdex, tista' il-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat immedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li sal-lum kull meta kien hemm kaz ta' anzjani jew persuni b'dizabilita' li kien jeħtieġ li jiġu l-Qorti, dejjem instabet soluzzjoni. Pero', minkejja dan, xorta il-Ministeru għal Għawdex huwa konxju li hemm bżonn soluzzjonijiet ferm aħjar u fuq bażi permanenti u, għaldaqstant l-aċċess imsemmi jidħol fl-aġenda ta' proġetti proposti għall-quddiem.
Leg 10 PQ #22120 Sitting 464 2006-11-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Impjegati

Question

Peress li fil-qorti ta' Għawdex reġgħu naqsu l-ħaddiema klerikali, tista' il-Ministru tara li jkun hemm replacement u żieda ta' ħaddiema fil-qorti ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21524 li tapplika wkoll għal ħaddiema klerikali.
Leg 10 PQ #21918 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Każ dwar Impjegata

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna mill-Fontana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li taħdem St Luke's tinġieb temporanjament taħdem ġo Għawdex peress illi hija tqila u hemm periklu li minħabba t-traġitt jekk tmur u tiġi minn Malta titlef it-tarbija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onerevoli Nterpellant jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #21693 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Serer

Question

Skond ir-records tad-diipartiment, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni mis-serer matul l-2005? X'varjeta' ta' prodotti ġiet reġistrata f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma jinżammux records tal-produzzjoni tas-serer fid-dipartiment konċernat. L-Onorevoli Nterpellant jista' jirreferi għal-statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-25 ta' Settembru 2002 bin-numru 99/2002 li turi l-produzzjoni tas-serer fis-sena 2001. Jiena nfurmata wkoll li matul is-sena 2007 mistennija tinġabar statistika mill-ġdid dwar din il-produzzjoni.
Leg 10 PQ #21861 Sitting 456 2006-11-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq Wied Sara

Question

Peress li Triq Wied Sara, Rabat Għawdex għandha bżonn manutenzjoni immedjata, tista' il-Ministru tara li dan ix-xogħol isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-manutenzjoni fuq parti sostanzjali minn Triq Wied Sara diġa saret filwaqt li fuq il-bqija għaddej ix-xogħol li ser jitlesta dalwaqt.
Leg 10 PQ #21733 Sitting 453 2006-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tagħha matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-istess perijodi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21648 Sitting 452 2006-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Live stock

Question

Tista' il-Ministru tipprovdi update għall-mistoqsija parlamentari 10773?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar il-produzzjoni ta' majjal u ċanga nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 21604. Dwar produzzjoni ta' broilers jiena nfurmata li l-informazzjoni qegħda tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21496 Sitting 451 2006-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa.
Leg 10 PQ #20858 Sitting 449 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi Mikrijin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tagħha, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #21401 Sitting 448 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tagħha matul is-sena 2006? Tista' tgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Wieħed mill-components tal-proġett tat-turiżmu speċjalizzat li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa dak tar-reklamar tal-gżira ta' Għawdex bħala destinazzjoni għall-għaddasa. Matul is-sena ser tkun intefqet is-somma ta' Lm41,397 (75% huma fondi mill-Unjoni Ewropeja u 25% minn fondi nazzjonali) biex saru reklami dwar Għawdex f'għaxar magazines speċjalizzati għall-għaddasa fl-Ewropa. Il-kumpanija imqabbda hija Liquid Studios Ltd u ġiet kummissjonata mill-kuntrattur li rebaħ l-offerta biex jimmaniġja dan il-proġett.
Leg 10 PQ #21382 Sitting 445 2006-10-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Hospitality

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21524 Sitting 445 2006-10-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress li fil-qorti ta' Għawdex hemm nuqqas ta' staff, tista' il-Ministru tgħid meta se jiżdied?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi għaddej il-proċess biex jimtlew il-vakanzi li hemm fil-posizzjoni ta’ Deputat Registratur, biex b’hekk id-dmirijiet fost l-impjegati tal-qorti jkunu jistgħu jinqasmu aħjar bl-għan li jingħata servizz aħjar għall-Ġudikatura, l-avukati u l-pubbliku in ġenerali. Qed tiġi kkunsidrata wkoll it-talba għal Court Messengers biex ix-xogħol tal-Qorti ikun jista' jsir b'mod aktar effiċċjenti
Leg 10 PQ #21604 Sitting 445 2006-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21417, tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt ilha magħluqa l-biċċerija ta' Għawdex, kif ukoll dik ta' l-emerġenza? Kemm huwa n-numru tal-merħla tal-baqar, għoġġiela u majjal f'Għawdex fil-mument u kemm hija l-qatla kull xahar separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-biċċerija ta’ Għawdex ilha magħluqa minn Mejju 2004 mentri għall-qatla ta' l-emergenza minn Settembru 2006. Jiena nfurmata wkoll li n-numru tal-merħla f’Għawdex u n-numru tal-bhejjem maqtula huwa kif jidher hawn taħt: Numru tal-merħla: Irziezet Numru ta’ Bhejjem Baqar u għoġiela 43 Baqar : 4605 Għoġiela: 1508 Majjali 14 Majjal 4500 Qatla ta’ majjal u taċ-ċanga fil-biċċerija f’Malta matul is-sena 2006 Majjal Baqar Għoġiela Jannar 411 46 40 Frar 403 57 54 Marzu 494 72 58 April 45 54 42 Mejju 420 43 35 Ġunju 437 55 41 Lulju 332 69 51 Awissu 440 35 51 Settembru 451 57 53
Leg 10 PQ #21614 Sitting 445 2006-10-30 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Universitarji Għawdxin

Question

Peress li hemm każi ġenwieni ta' studenti universitarji Għawdxin li għaliex għamlu s-sekondarja f'Malta mhumiex qed jingħataw l-allowance speċjali ta' l-istudenti Għawdxin, ma taħsibx il-Ministru li din hija miżura diskriminatorja? Qed nirriferi partikolarment għal każi simili għal każ Nru GO281 li ġie investigat mill-ombudsman.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lil-Onorevoli Nterpellant għall-Press Release Numru 1418 bid-data tal-5 ta' Ottubru 2005.
Leg 10 PQ #21490 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Asfaltar ta' toroq

Question

Peress li Triq Qala u Triq Tiġrija fin-Nadur, Għawdex għandhom bżonn ta' manutenzjoni, tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-toroq msemmija saritilhom manutenzjoni matul l-ewwel ġimgħatejn ta’ dan ix-xahar u li minħabba l-istat taghħom qegħdin isiru preparamenti biex ikunu jistgħu jinħarġu offerti għall-asfaltar mill-ġdid ta' dawn it-toroq .
Leg 10 PQ #21492 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Asfaltar ta' toroq

Question

Tista' il-Minsitru tgħid liema toroq se jiġu asfaltati fix-xhur li ġejjin? Tista' tgħid meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-toroq li huma ppjanati li jiġu asfaltati fix-xhur li ġejjin u li għalihom nħarġu u għalqu l-offerti huma dawk li jidhru hawn taht: · Tkomplija ta’ xogħol fi Triq Ġdida fi Triq Għajn Qatet, Victoria · Tkomplija ta’ xogħol fi Triq Bertija & Triq Liberat Grech, Xagħra · Triq l-Imħallef Cremona, Victoria · Triq Santa Marta, Victoria · Triq is-Sajjied, M’Forn · Triq iż-Żernieq, Nadur · Triq il-Karmelitani, Kerċem · Parti minn Triq tal-Ħniena, Xewkija · Triq Wistin Camilleri, Victoria · Parti minn Triq l-10 ta’ Ottubru, Sannat · Parti minn Triq ta’ Barda, M’Forn · Triq Gdida fi Triq Skappuċċina, Żebbug · Triq L-Imgħallem, Victoria · Triq ir-Ramla, Nadur · Parti minn Triq Pawlu Portelli, Victoria · Parti minn Triq Mons. Pietru Pace, Victoria Toroq li ħarġet sejħa għall-offerti u jibdew jinħadmu wara li jintemm il-proċess ta’ l-offerti: · Triq Sannat , Sannat · Triq Qasam San Ġorġ, Victoria · Triq il-Qighan, Għ’Sielem · Triq l-Imrejzbiet, Għ’Sielem · Parti minn Triq il-Merkanti, Għ’sielem Toroq li ntbgħatu d-dokumenti lid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jiġu ppublikati l-offerti: · Triq Gregorio Caraffa, Nadur Triq Xemmiex, Nadur · Parti minn Triq Santa Dminka, Munxar Parti minn Triq il-Prof. Guze Aquilina, Munxar · Triq il-Knisja, Nadur Toroq li ser jiġu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea: · Triq ix-Xlendi, Munxar · Triq ta’ Pinu, Għarb Barra mit-toroq imsemmija hawn fuq bħalissa għaddej xogħol preparatorju biex jinħarġu sejħiet għall-offerti ta’ toroq ohra mifruxa ma diversi lokalitajiet f’Għawdex.
Leg 10 PQ #21494 Sitting 444 2006-10-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21339, tista' il-Ministru tgħid kemm trid staff biex jintuża dan il-makkinarju u kemm hi l-frekwenza ta' l-użu ta' din il-makna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dan il-makkinarju jista' jitħaddem minn persuna waħda li tista' tkun kemm infermiera u kemm tabib. Dan jintuża f'każ ta' emerġenza meta jkun hemm pazjent b'attakk ta' qalb. Ma tinżamx statistika ta' kemm-il darba jintuża dan il-makkinarju.
Leg 10 PQ #21372 Sitting 443 2006-10-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Minsteru għal Għawdex — Karozzi Mikrija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tablella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.