Jista' l-Ministru jikkonferma jekk twaqqafx xi kors li huwa relatat mal-kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
M'huwiex ċar mill-mistoqsija jekk "twaqqafx xi kors" tfissirx li xi kors ma tkompliex jew li xi kors ġdid imbeda.
Ma kien hemm ebda tibdiliet fid-Diploma tan-Nursing li huwa l-kors relatat mal-kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-għalliema li jaqgħu taħt l-Operations Department li huma seconded ma' Ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern huma kif se nsemmi:
Ministry of Social Policy 1
Institute of Tourism Studies 1
Department of Correctional Services 3
Department of Agriculture 2
Museums Department 1
Ministry of Public Works 1
Department of Health 1
Public Library 5
Santu Spirtu National Archives 1
Examination Department 1
Malta Development Corporation 1
Ebda għalliem mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u mid-Dipartiment tas-Servizz għall-istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ġie 'seconded' ma' Ministeri u/jew Dipartiment tal-Gvern.
Mid-Dipartiment, Pjanar u Żvilupp, kien hemm Education Officer (Is-Sur Ignatius J. Abela) li ġie seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Mis-settur Post-Sekondarju hemm għalliem wieħed li hu sekondat mal-Malta Council for Science and Technology.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti hemm għalliema neqsin fl-Istitut M. A. Sapiano? Kemm hemm klassijiet neqsin minn għalliema f'dawn is-suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li fl-Istitut Tekniku Mikilanġ Sapiano hemm nuqqas ta' għalliema fil-branka ta' l-Inġinerija Teknika u fis-suġġetti assoċjati mal-Computers. Dawn in-nuqqasijiet jolqtu disa' klassijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ngħataw ir-role ta' konsulenti fi ħdan il-ministeru fl-aħħar sitt ġimgħat? F'liema oqsma qed jagħtu l-pariri? X'kondizzjonijiet igawdu fi ħlasijiet eċċ?
Response (GALEA, LOUIS)
B'effett mill-1 ta' Ottubru 1998 tlabt lis-Sur Richard Muscat jaġixxi ta' Konsulent fi ħdan il-Ministeru fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' kultura. Qed jiġu proposti l-kundizzjonijiet normali fuq bażi ta' kuntratt għal dan ix-xogħol u li jridu jiġu approvati mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Meta u jekk dan jiġi definit inkun nista' ninforma 'l kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma bejn il-ministeru u l-Universita' biex ikun jista' jibda l-kors tant meħtieġ tal-Master's għal Psikologi Edukattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed nistħarreġ it-tagħrif li ingħatajt u tweġiba nagħtiha f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħaddili lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Billi fadal xi Presidenti (speċjalment fil-livell primarju) li għadhom mhux proposti mill-Kunsilli Lokali u oħrajn li qed jiġu nominati flok xi ħadd li irriżenja reċentement, għadu mhux possibbli li l-lista tkun kompleta.
Beħsiebni npoġġi l-lista mitluba fuq il-mejda tal-Kamra f'Seduta fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati kollha fis-segretarjat tal-ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'impjieg kienu jokkupaw qabel?
F'kull każ, x'kondizzjonijiet qed igawdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' salarji, allowances, mobile phones u karozzi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru huma dawn:
Isem Grad
Frank Mifsud Manager
Ignatius Abela Education Officer
Albert Callus Senior Principal
Carmen Callus Clerk
Teddy Kenely Executive
Mariella Farrugia Assistant Principal
Priscilla Camilleri Clerk
M'Louise Aquilina Senior Clerk
Maria Verin Senior Pharmacy Tech
Margaret Abdilla Clerk
Annabelle Vassallo Executive
Emmanuel Sciberras Dispatcher
Norbert Farrugia Security Guard
Tessie Sammut Messenger II
L-impjegati fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari huma dawn:
Isem Grad
Mr V Battistino Senior Physiotherapist
Ms Rose Curmi Senior Principal
Mr P. Saliba Senior Principal
Mr S. Campbell Senior Pharmacy Technician
Ms M. Mizzi Executive Secretary
Mr J. Camilleri Clerk
Ms D. Camilleri Bil-kuntratt
Mr S. Bianchi Bil-kuntratt
Mrs M.R. Abela General Hand
Mr S. Caruana Bil-kuntratt
Mr A. Formosa Bil-kuntratt
Il-kundizzjonijiet huma dawk imniżżla fil-Memorandum li tqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom is-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 176.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati tal-Malta Drydocks/Malta Shipbuilding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sekondati mpjegati mill-Malta Drydocks u Malta Shipbuilding għal mal-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegati sekondati huma kif se nsemmi:
- mill-Malta Drydocks - 12
- mill-Malta Shipbuilding - 1
Billi l-part-time clerks fl-iskejjel qed jitħallsu biss bir-rata ta' Lm1.45c fis-siegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din ir-rata tiżdied biex tkun tirrifletti kemm il-grad kif ukoll iż-żmenijiet tal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rata ta' ħlas ta' Lm1.45c4 fis-siegħa li biha huma mħallsa l-Part-Time Clerks li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni timpjega fl-iskejjel ta' l-Istat hi bbażata fuq il-minimu ta' l-iskala numru 16. Din hi l-paga li Clerk regolari ġdid jibda biha meta jidħol fis-servizz.
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-iskola ta' Adelaide Cini fil-Ħamrun, m'hemmx supervisor biex josserva l-caretakers? Il-ħandyman telaq mingħajr ma kienet taf il-headmistress u għadu ma ġiex replaced? Mil-lista ta' maintenance fl-iskola għadu ma beda xejn, meta hemm applikazzjoni uffiċjali fl-uffiċċju u kollox għadu pending?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' caretakers u handyman fl-iskola huwa żgħir u ma jitlobx li jkun hemm supervisor. Informat ukoll li l-Headmistress irċeviet it-transfer note dwar il-handyman.
Mir-'records' miġbura fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidher li bejn Ġunju 1997 u t-30 t'Ottubru 1998 intbagħtu 58 'requisition' minn Adelaide Ċini Girls' Secondary School dwar xogħol ta' manutenzjoni.
42 minn dawn ir-'requisitions' inħadmu u dawn irrekjedew 1186 siegħat ta' 'plumming', 'drainage', 'metal works', 'joinery' u elettriku.
Is-16-il 'requisition' li baqa' qiegħdin jiġu kkunsidrati fid-dawl ta' talbiet għal xogħol minn istituzzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq xi żviluppi kien hemm s'issa fuq ir-riċerka tal-pjanta mediċinali l-karella li titkabbar mill-bdiewa Maltin u jingħad li xjentifikament hija tajba għal min jinsab taħt kura partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li għadhom qegħdin isiru investigazzjonijiet xjentifiċi fuq il-pjanta mediċinali l-Karella fl-Istitut ta' l-Agrikultura, fl-Universita', u li għadu kmieni wisq biex nindika r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati (akkademiku u mhux akkademiku) fl-Universita' li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Min huma u xi grad għandhom?
F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?
Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Min awtorizza li tingħata din l-allowance?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jikkonsidra d-Dipartiment tal-Mużewijiet li wħud mix-shelters tal-gwerra li għandna f'diversi postijiet f'Malta u Għawdex jibdew jitnaddfu u jinfetħu għall-pubbliku u għat-turisti?
Jaħseb il-Ministru li billi dawn huma parti mill-wirt storiku ta' pajjiżna, tkun ħasra jekk jibqgħu mirduma?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li preżentement ebda shelter ma hu f'idejn dan id-dipartiment u li d-Dipartiment m'għandux biżżejjed riżorsi biex jiftaħ u jżomm fi stat deċenti xi shelters li jistgħu jkunu ta' interess għall-viżitaturi.
Id-Dipartiment se jkompli jikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadu ma bediex ix-xogħol fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta) meta kien hemm kollox lest biex dan ix-xogħol jibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Hemm investigazzjoni mis-sidien ta' l-art li qed tiġi trattata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Tajt struzzjonijiet biex il-kwestjoni tiġi trattata b'urġenza skond il-liġijiet ta' pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-eta' ta' bejn 3 u 16-il sena li mhux qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom regolari f'xi skola?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li dawn it-tfal mhux qed jieħdu edukazzjoni regolari f'xi skola?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali bejn 3 u 16 il-sena li mhux qed jieħdu edukazzjoni tagħhom regolari f'xi skola huma 22.
Uħud minn dawn qed jistennew li jiġu ċertifikati mill-iStatementing Board. Oħrajn kellhom numru ta' Kindergarten Assistants li irriżenjaw u ma kienx possibli li jiġu sostitwiti.
Nirreferi wkoll għal tweġibiet oħra mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari fuq l-istess suġġett.