Tista' il-Ministru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22314 dwar kuntratti ta' toroq f'Għawdex li kont għamiltilha fil-21 ta' Novembru 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tispjega għaliex ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi tqila u taħdem bħala nurse, għada sal-lum ma nstabilix post f'Għawdex waqt it-tqala tagħha u dan għalkemm marret quddiem il-bord relattiv?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-persuna li rrefera għalija l-Onorevoli Nterpellant bdiet taħdem fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2006.
Tista' il-Ministru tagħtini informazzjoni dwar jekk hijiex se toħroġ call for applications minn barra biex jiġi mħaddem id-decompression chamber f'Għawdex? Jekk le, se ssir internal call u xi kwalifiki għandhom ikollhom biex jiġu magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sejħiet Interni għall-applikazzjonijiet għat-taħriġ diġa ħarġu fl-20 ta’ April 2006 kemm għat-tobba, għan-nurses, kif ukoll għat-Technicians.
Tista' l-Ministru tara li jiġi rranġat il-gandott perikoluż li sar f'Malta Street, Għajnsielem Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali tal-post. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tagħha din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2005-2006? Tista' tgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2005-2006 kien hemm dawn it-tliet impjiegi ġodda :
Secretariat Officer
Legal Officer
Consultant Surgeon - GGH..
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-1999 'il hawn fuq inċentivi għall-industrija f'Għawdex? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-nefqa fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex mill-1999 sal-lum u l-14-il talba approvati mill-Malta Enterprise u mhux imhallsa huma kif gej:-
Sena Pagamenti li saru Talbiet approvati mill-Malta
fis-sena Enterprise ghas-sena*
1999 Lm57,000
2000 Lm77,100
2001 Lm137,900 Lm22,992
2002 Lm0 Lm47,280
2003 Lm72,278 Lm41,987
2004 Lm57,999 Lm97,676
2005 Lm297,799 Lm22,331
2006 Lm140,975
*Minn dawn huwa mistenni li jithallsu madwar Lm19,000 din is-sena.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li kemm il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu qatt ma ingaġġaw is-servizzi ta’ Special Cleaners Limited.
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġarru pazjenti bil-helicopter mill-istpar ġenerali ta' Għawdex għal St Luke's matul din is-sena, kull xahar separatament, tindika s-sess u l-eta' tal-pazjenti u għal liema raġuni/trattament inġarrew dawn il-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Infurmata wkoll li l-informazzjoni rigward l-eta’ ma teżistix.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti, l-inizjattivi u l-iskemi f'Għawdex li qed titlob li jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programazzjoni 2007-2013?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20206.
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-dokumenti ta' programmazzjoni għadhom ma ġewx finaliżżati u għalhekk il-proċess ta' l-għazla skond il-proċedura stabilita għadu ma bediex
Tista' il-Ministru tgħid jekk sarux xi arranġamenti ġodda mal-Kummissjoni Ewropea sa meta għandu jitlesta l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex li skond il-ftehim ta' finanzjament kellu jitlesta sa l-aħħar ta' Novembru 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fl-affermattiv.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tagħha? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif mogħtija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Nikkonferma li matul din is-sena saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor.
Issa li x-xogħol fuq l-ewwel parti tat-triq mir-Rabat għal San Lawrenz wasal biex jispiċċa, min se jieħu ħsieb jirranġa l-Wied ta' Xkora li tħarbat b'konsegwenza tax-xogħol li sar fuq l-imsemmija triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ser jieħu ħsieb li fejn hemm bżonn, isir ix-xogħol meħtieġ fil-Wied ta' Xkora.
Tista' il-Ministru tgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu xogħlijiet ta' bini, twessigħ, bini mill-ġdid u tiswijiet ta' toroq f'Għawdex mill-1999 sa l-2005? Tista' tgħid kull kuntrattur x'xogħlijiet ħa u kemm kienet l-istima oriġinali tal-valur ta' kull xogħol li sar u kemm kienet in-nefqa finali fuq kull xoħgħol li sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra..
Tista' il-Ministru tgħid x'sar s'issa u x'jonqos isir fuq kull kors, skema u proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006? Tista' tagħti t-timeframes bid-data sa meta għandu jitlesta x-xogħol li jonqos isir? Kemm kienet l-istima oriġinali u kemm hija mistennija li tkun l-ispiża issa? Fejn hemm differenza bejn l-istima oriġinali u dik riveduta, x'inhi r-raġuni għad-differenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 21733 u tgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tagħha matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi) matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-istess perijodi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tenders għal xogħol f'Għawdex ġiet awarded ir-Road Construction Ltd. mill-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar erba' snin u wkoll mill-1992 sa l-1996?
Tista' il-Ministru tgħid jekk din il-kumpannija ingħatatx direct orders f'xogħlijiet li saru f'Għawdex? Tista' il-Ministru telenka kull tender li ngħatat din il-kumpannija u kemm kienet tiswa kull tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali f'dawn l-aħħar sentejn?
Tista' il-Ministru tgħidilna s-servizzi legali ta' min qabbdet f'dawn l-aħħar sentejn u l-kriterju li ntuża għal din l-għażla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi l-ammont minfuq fuq konsulenza legali mill-ministeru għal Għawdex hija ta' Lm1,402.45.
Ninsab infurmata ukoll illi l-Ministeru għal Għawdex għamel użu mis-servizzi legali ta' Dr. Louis Vella, Dr. Carmelo Galea, Dr. Mario Scerri, Dr. Joseph u Dr. Robert Tufigno.
Dawn tqabbdu skond ma jippermettu r-regolamenti finanzjarji u peress li l-Minisetru ma kellux servizz intern ta' 'legal advisor'.