Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat id-dawl tal-ground tal-Fortini, fil-Birgu għax minbarra l-fatt li d-dawl mhux jixgħel hemm ukoll xi ħsarat fl-iswitchboard?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Club tal-Vittoriosa Stars tal-Birgu kien ġie mitlub jissottometti stima tax-xogħlijiet meħtieġa biex tissewwa l-ħsara imsemmija. Wara tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar x'għajnuna jista' jipprovdi l-Gvern biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir.
Jista' l-Ministru jara li jinbnew żewġ dressing rooms fil-ground tal-Fortini, fil-Birgu għax l-uniku post fejn wieħed jista' jbiddel huwa container antik? Jikkonsidra l-Ministru li dan il-każ jingħata attenzjoni speċjali peress li ilhom isiru diskussjonijiet sa mill-1995 bejn l-awtoritajiet u l-kumitat tal-Vittoriosa Stars?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern kien diġa' beda diskussjonijiet mal-Club tal-Vittoriosa Stars dwar il-bini tad-dressing rooms fil-ground tal-Fortini. Kien hemm diversi suġġerimenti dwar is-sit ta' dawn id-dressing rooms iżda kien hemm oġġezzjonijiet mir-residenti li joqogħdu fil-viċin. Il-Club kien ġie mitlub jissottometti pjanti ta' dak li qed jipproponi iżda sa' llum għadu ma kienx hemm risposta.
Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva — Laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-Ministru u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita mil-5 ta' Settembru 1998 sal-lum dwar l-edukazzjoni inklussiva u x'deċiżjonijiet konkreti ttieħdu f'dawn il-laqgħat? Meta beħsiebu jlaqqa' l-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni inklussiva?
Response (GALEA, LOUIS)
Minbarra diversi laqgħat informali, s'issa saru żewġ laqgħat twal b'aġenda miftiehma ma' delegazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita. Deċiżjonijiet meħuda jiġu mħabbra fil-mument opportun. Beħsiebni nlaqqa' l-kumitat imsemmi fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu reklutati s-Science Lab Technicians li tant hemm bżonnhom fl-iskejjel tagħna? Kemm se jiġu reklutati minn dawn it-technicians? Fl-iskejjel kollha fejn hemm laboratorji, x'inhuma l-bżonnijiet għal dawn it-technicians?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess biex jiġu reklutati Science Lab Technicians bħalissa (illum 5.11.98) qiegħed fl-istadju li l-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed jivverifika l-applikazzjoni.
Ser jiġu reklutati ħdax il-Science Lab Technicians.
Id-dmirijiet ta' Technician jinkludu dawn:
a. sorveljanza, tiswija u ħarsien ta' l-apparat fdat lilu/lilha;
b. responsabilita' għall-manutenzjoni ġenerali ta' l-apparat mingħajr restrizzjoni għal xi tip ta' laboratorju jew istituzzjoni;
c. it-tħejjija ta' test pieces u partijiet neċessarji għall-bini ta' apparat għal xogħol ta' proġetti ta' l-istudenti;
d. il-bini ta' tagħmir tal-laboratorju għal taqsimiet/skejjel;
e. tibdil u estensjoni fl-apparat tal-laboratorju;
f. responsabilita' għall-manutenzjoni ta' apparat u għodod u/jew tieħu ħsieb li tipprovdi l-materjal neċessarju għat-taħriġ effiċjenti ta' l-istudenti;
g. jinħarġu rapporti tekniċi (i.e. kitba ta' rapporti tekniċi bl-Ingliż jew bil-Malti);
h. qadi ta' dmirijiet u struzzjonijiet mogħtija lilu/lilha mill-Kap ta' l-Iskola jew rappreżentant tiegħu/tagħha.
Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa, jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel u ta' liema suġġetti marru l-Education Officers biex jawditjaw u jappoġġjaw ix-xogħol ta' l-għalliema fil-klassijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li xogħol urġenti għandu jieħu preċedenza, tlabt li tinġabar l-istatistika mitluba u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex l-impjegati kollha li hemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jagħtu l-ġurnata xogħol li huma mħallsa għaliha? Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li hemm impjegati li għax il-partit tagħhom fil-gvern jitilqu kmieni ħafna minn fuq il-post tax-xogħol u x-xogħol tagħhom ikollhom jagħmluh il-bqija ta' l-impjegati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika, anke b'mod konfidenzjali xi każ partikolari, stante dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-kapijiet konċernati li m'għandhom ebda rapport fis-sens indikat mill-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tal-persuni li jaħdmu fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, li isimhom qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Iż-żewġ persuni msemmija ma jaħdmux fil-Ministeru. Bħalissa qed nikkonsultahom fuq bażi bla ħlas kull meta nħoss il-bżonn, dwar materji li għalihom il-Ministeru hu responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir trasport għall-istudenti li joqogħdu fi Triq Dun Karm Sant, Triq Ħal-Luqa, Triq Bir Għelliem, Triq il-Ġdida, Triq il-Knisja, Triq G. Tanti, Triq G. Faure', Triq il-Palma, Market Place, Triq A Randon, Simmons Avenue, Triq Carmel, Triq Santu Wistin, Triq Xintill, Tarxien għall-iskola sekondarja Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li jeżisti trasport minn Ħal Tarxien lejn l-iskola Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid, għal dawk it-tfal li joqogħdu 'l bogħod mill-iskola minn ħdejn in-naħat ta' Bulebel, Triq il-Palma, Triq Ħal Luqa u minn ħdejn il-Knisja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern ġeddidx il-ftehim bħala konsulent mużikali li kellu l-Professur Charles Camilleri mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-kultura gvern preċedenti? Jekk fin-negattiv, fuq liema bażi? Dan ġie sostwit b'ħaddieħor? Jekk fl-affermattiv, minn min u fuq liema kriterji?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ġejt informat li d-Dipartiment tal-Kultura qatt ma kellu ftehim miktub bħal dak li qed isemmi l-Onor. Membru, qed nindaga aktar biex nara fejn hu dan il-ftehim mal-Kompożitur Malti l-Professur Charles Camilleri li lejh għandi stima kbira.
Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn? In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-bordijiet li nħatru s'issa fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn huma:
IL-KUMITAT FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA / KANZUNETTA GĦALL-EWROPA
Chairman Mr Gaetano Abela
Membri Mr Robert Abela
Mr Anthony Bezzina
Mr Ciarlo' Bonniċi
Mr Felix Busuttil
Mr Ray Cassar
Mr Franz Fenech
Ms Rosette Fenech
Mr Ray Mangion
Ms Denise Mintoff
Rapp. tal-PBS Mr Ivan Camilleri
Mr Charles Flores
Mr Andrew Psaila
Segretarju Mr Robert Cefai
In-nomina hi b'effett mit-30 ta'Ottubru 1998.
IL-BOARD TAL-COMMONWEALTH SCHOLARSHIPS U FELLOWSHIPS
Chairman Dr Joseph Pace Asciak
Membri Ms Angela Callus
Prof. Peter G. Xuereb
Ms Yvonne Pulis
Ms Maryanne Lauri
Mr Andrew Buhagiar
Mr Joseph Sammut
Mr Michael Żammit
Prof. Charles Pule'
Segretarju Mr Danny Gatt
In-nomina hi b'effett mit-13 ta'Ottubru 1998.
IL-KUMITAT TA' TMEXXIJA TAL-MALTA RACING CLUB
Chairman Mr Paul Midolo
Rapp. tal-Gvern Mr Mario Meli
PRO Ms Simon Żammit Endrich
Membri Ms Brigitte Balzan
Mr Charles Borg
Mr Dione Drago
Mr Charles Farrugia
Mr George Fenech
Mr Emanuel Pace
Mr Piju Saliba
Segretarju Mr Alfred Ciangura
In-nomina hi b'effett mit-23 ta' Settembru 1998.
It-tiġdid jew rikostituzzjoni ta' Bordijiet / Kumitati Governattivi hi prassi normali ma' bidliet ta' l-amministrazzjoni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (GALEA, LOUIS)
(a) Darba.
(b) Granada, Spanja
Award Presentation Ceremony ta' l-Aga Khan Award for
Architecture u Seminar dwar l-arkitettura kontemporanja
kif imfissra mix-xogħlijiet tas-seba' rebbieħa tal-
premju li saru fid-9 u l-10 ta' Ottubru, 1998.
(c) Ħadd.
(d) In-nefqa tal-Gvern Malti kienet ta' 25,000 pesetas,
jiġifieri madwar Lm68. Ma' dan, wieħed għandu jgħodd
l-ispiża tat-titjiriet u t-taxxi ta' l-ajruport li
globalment ammontaw għal Lm344.25,0.
(e) In partikolari mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura
ta' Spanja dwar kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma'
l-edukazzjoni u kultura kif ukoll dwar kwestjonijiet
bilaterali. Ma' l-Aga Khan dwar kollaborazzjoni bejn
Malta u l-organizzazzjoni li għaliha hu responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid min hu nkarigat mix-xogħol amministrattiv u segretarjali tal-Monitoring Board ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?
Peress li dan il-board kien jitkellem ħafna dwar il-bżonn ta' persuna kwalifikata fulltime biex tieħu ħsieb dan l-uffiċċju, min qed jagħmel dan ix-xogħol bħalissa u xi kwalifiki għandha din il-persuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-persuna li kienet tagħmel ix-xogħol amministrattiv tal-Board ħalliet il-kariga x-xahar li għadda, ix-xogħol ġie assunt temporanjament miċ-Chairman tal-Bord Dr Paul Heywood, mgħejjun mis-Sur Charles Galea Scanura (Assistent Direttur) membru ieħor tal-Bord. Il-persuna li ġiet mitluba tassumi l-inkarigu biex tieħu ħsieb l-uffiċċju issa hi Rev. Dr Nicholas Aquilina (Educational Officer, Non-State School).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Public Broadcasting Service? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġew ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Public Broadcasting Services ma ġie ngaġġat ħadd mis-6 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet/skejjel attrezzati bis-sistema ta' l-internet? X'inhuma l-pjani konkreti tal-gvern f'dan ir-rigward?
Response (GALEA, LOUIS)
Minn din is-sena, b'rizultat ta' ftehim milħuq mill-amministrazzjoni preċedenti bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Maltacom, se jingħata aċċess bla ħlas ta' l-Internet għal ħamsa u għoxrin skola. Dan se jservi bħala 'pilot project' biex b'hekk tinbena strateġija għall-iskejjel kollha ta' Malta.
Huwa ppjanat, li kull sena, jiżdiedu ħamsin skola oħra f'dan il-proġett, sakemm kull skola f'Malta u Għawdex ikollha s-servizz ta' l-Internet.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jsir it-tindif tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors f'Bormla u tal-Mina ta' Santa Liena li kienet ġiet restawrata sew minn Gvern Nazzjonalista preċedenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt lid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jinsisti ma' min hu responsabbli mill-Programm tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera biex jieħu ħsieb dan it-tindif. Fil-fatt id-Dipartiment tal-Mużewijiet ma hux responsabbli direttament għal dan it-tindif, u jekk l-Onor. Membru jibqa' ma jiġix sodisfatt napprezza li jirrivolġi ruħu lejn il-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Franċiża tul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u jekk kemm-il darba kienx bord ad hoc li ħa d-deċiżjoni liema kotba partikolari jinxtraw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin inxtraw madwar 312 ktieb bil-lingwa Franċiża għall-użu fil-Libreriji Pubbliċi. Dawn intagħżlu permezz ta' Kumitat apposta (Book Selection Committee) imwaqqaf mill-Librerija Pubblika għas-selezzjoni tal-kotba. L-għażla saret ukoll fuq pariri ta' nies midħla fis-suġġett tal-Franċiż filwaqt li ġiet ikkonsidrata d-domanda tal-pubbliku inġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid li ladarba partijiet kbar u sewwa tal-Forti Rikasoli ġewwa l-Kalkara ġew mnaddfa b'ħila u attenzjoni minn operaturi ta' film li se jinġibed f'dawn ix-xhur li: (1) l-ewwel jiġi ppreparat pjan ta' azzjoni sabiex dak li nbeda jkompli jsir u l-forti tiġi kompletament restawrata u salvata mill-elementi u; (2) li flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu dan jibda jinfetah fuq bażi regolari hekk kif jispiċċa l-ġbid tal-film imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Naqbel u napprezza li l-Forti Rikasoli fil-Kalkara bbenifika ħafna mill-ġbit ta' film li se jsir ġewwa dan il-post fix-xhur li ġejjin.
Il-produtturi tal-film aċċettaw li jkopru l-ispiża għat-tindif u r-restawr ta' partijiet kbar ta' din il-fortizza. Dan ix-xogħol ta' restawr sar taħt id-direzzjoni tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u bis-superviżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-Forti Rikasoli għad għandu bżonn ħafna xogħol ta' restawr u jixraqlu jibqa' miftuħ għall-pubbliku fuq bażi permanenti. Għal dan l-iskop informat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tlesti 'Development Brief' għall-Forti Rikasoli sabiex dan il-monument jista' jiġi użat b'mod aktar adattat għall-karattru storiku u kulturali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 207 relatata ma' xogħol fuq in-netting tal-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet meħtieġa ġew fdati f'idejn id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u dawn inbdew nhar il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti fil-Ministeru u fis-Segretarjat li ġew imqabbda wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998? X'kondizzjonijiet għandhom, kemm qed jitħallsu u fuq liema suġġett ġew mitluba li jagħtu l-parir tagħhom flimkien mal-kwalifiki li għandhom?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex li għadhom: (1) bla kap; (2) bla assistenti kapijiet? Fejn wasal il-proċess għall-ħatriet f'dawn il-postijiet battala?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel primarji u sekondarji li għadhom mingħajr Kap huma:
Ġuże D'Amato Boys Secondary
M'Xlokk Primary
Żejtun Primary B
Żurrieq Primary B
Mellieħa Primary
Kirkop Primary
Xagħra Primary
Qala Primary
Dawn l-iskejjel kollha huma bħalissa mmexxija minn Assistenti Kapijiet.
F'dawk l-iskejjel fejn għad m'għandhomx il-full complement ta' Assistenti Kapijiet intbagħtu n-nies indikati li ser jilħqu Assistenti Kapijiet biex jgħinu fl-amministrazzjoni sakemm joħroġ l-appointment tagħhom. Dawn huma:
Gżira Boys Secondary
St Andrew's Girls' Secondary
Sandhurst Girls' Junior Lyceum
Ħamrun Boys Junior Lyceum
Żebbug Boys Secondary
Marsa Girls School
Marsa Boys Secondary School
Żabbar A Primary
Sliema Primary
Mellieħa Primary
Cospicua Primary
Żabbar B Primary
Mosta A Primary
Ħamrun Girls' Secondary School
F'dawn l-iskejjel għad m'għandhomx il-'full complement' ta' Assistenti Kapijiet:
Luqa Primary
Ninu Cremona Boys Junior Lyceum
Mikelang Refalo Upper Lyceum
Saru r-rakkomandazzjonijiet skond il-proċedura biex jinħatru l-Assistenti Kapijiet u Kapijiet ta' l-iskejjel.