Tista' l-Ministru tgħid xi training courses qed jingħataw lill-ħaddiema taċ-ċivil Għawdxin li se jiġu trasferiti lejn Għawdex? In oltre, tista' tgħid kemm se jiġu trasferiti u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hi l-prassi li qabel ma l-ħaddiema taċ-ċivil Għawdxin jiġu trasferiti lejn Għawdex sabiex iwettqu xogħol ta’ back office, dawn dejjem jingħataw it-taħriġ neċessarju mid-Diviżjoni/Dipartiment konċernat/a f’Malta. It-trasferiment ta’ dawn l-impjegati isir meta min ikun qiegħed jagħti it-taħriġ ikun sodisfatt li huma ngħataw it-taħriġ kollu neċessarju. Bħalissa qiegħed jingħata taħriġ lil ħmistax –il impjegat sabiex dawn jibdew jagħmlu minn Għawdex ix-xogħol konness mas-salarji u pensjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-għażla tas-sit għall-bini tal-Qorti ġdid biswit l-iskola Ninu Cremona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-pjan tal-bini tal-Qorti l-ġdid, tant meħtieġ għal Għawdex, jindika li l-entratura tal-bini ikun fi Triq Fortunato Mizzi.
L-iskola l-ġdida li ser tinbena ser tibdel l-entratura minn dik eżistenti u din l-entratura se tkun fi Triq l-Ewropa. Din l-iskola ser tinbena fuq medda ta’ art ferm iżgħar minn dik attwali, iżda se tkun imqassma aħjar, bi klassijiet darba u nofs aktar mil-llum u b’żieda fin-numru ta’ klassijiet u faċilitajiet.
Għalhekk hu ċar li dawn iż-żewġ binjiet, l-iskola u l-Qorti, mhux ser ikunu biswit xulxin
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23398 dwar nefqa kapitali tista' tagħtini l-informazzjoni li tlabtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Kif jaf l-Onorevoli Nterpellant trasferimenti minn vot għal-ieħor isiru bies fejn ikun hemm savings. Dawn il-fondi jkunu jistgħu jintużaw skond il-programmi ta' xogħlijiet tal-Ministeru.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23406 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, jekk il-gvern ħax deċiżjoni fuq ir-rapporti tal-kumitat li nħatar biex jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet lill-Gvern dwar dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M’għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 23406.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23408 dwar inċentivi tal-manifattura f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli kemm hemm talbiet mingħand kumpaniji f'Għawdex għal għotjiet ta' inċentivi li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Malta Enterprise? Għal liema snin huma u kemm ilhom li wasslu għand il-Malta Enterprise?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm sbatax il-talba mingħand kumpaniji Għawdxin għal għotjiet ta’ inċentivi li għadhom ma ġewx approvati mill-Malta Enterprise. Jiena nfurmata wkoll li dawn it-talbiet waslu għand il-Malta Enterprise kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt.
Talba Għas-sena
Xahar meta waslet għand il-Malta Enterprise
2002
Jannar 2005
2003
Mejju 2005
2004
Mejju 2005
2004
Jannar 2006
2004
Frar 2006
2004
Mejju 2006
2004
Ottubru 2006
2004
Novembru 2006
2005
Mejju 2006
2005
Mejju 2006
2005
Settembru 2006
2005
Settembru 2006
2005
Ottubru 2006
2004/5
Ottubru 2006
2005
Novembru 2006
2005
Novembru 2006
2005
Diċembru 2006
B'referenza għat-tweġibiet ta' ħames mistoqsijiet parlamentari 17300,19281,19698,20212 u 21175 dwar allowances li ngħataw mill-ministeru tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom tal-każijiet li ġejjin:
Enrolled nurse li skond it-tweġiba tal-Ministru għamel it-talba għal shift allowance d-direttur tas-Servizzi Korporattivi u approvaha wkoll id-direttur għas-Servizzi Korporattivi.
Żewġ technicians fl-Isptar Ġenerali li għamlu t-talba għal shift allowance l-impjegati stess u approva t-talbiet d-direttur tal-Customer Services?
Ma jidhirliex l-Ministru li dawn it-tliet approvazzjonijiet huma irregolari? Tista' tispjegali għaliex fl-ewwel każ l-istess direttur għamel it-talba hu u mbagħad approvaha hu wkoll? Tista' tispjegali għaliex fiż-żewġ każijiet l-oħra d-direttur approva t-talbiet mingħand l-impjegati nfushom mingħajr ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-awtoritajiet ta' l-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fl-ewwel każ it-talba saret mid-dipartiment konċernat u kienet approvata mid-Direttur tal-Customer Services (DCS). Għaldaqstant ir-referenza għad-Direttur tal-Corporate Services (DCS) fil-lista li tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra in-konnessjoni mal-Mistoqsija Parlamentari numru 19698 giet mibdula bi żvista.
Rigward iż-żewġ każijiet l-oħra nixtieq nassigura lill-Onorevoli Nterpellant li l-approvazzjoni ta’ talbiet għall-shift allowance tingħata wara li dawn ikunu ġew diskussi ma’ l-awtoritajiet tad-dipartiment konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23411 dwar it-triq San Lawrenz - Rabat, billi issa għaddew il-ġimgħat u l-Ministru għadha ma poġġietx fuq il-mejda l-informazzjoni li tlabtha kif kienet qalet li se tagħmel, tista' issa tagħtina l-informazzjoni li kont tlabtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u ghaldaqstant rispost tinghata f'seduta ohra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23412 dwar il-biċċerija t'Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li jonqos li jsir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li parti mix-xoghol li ghad baqa' jsir ma jistax jinhadem qabel jitghaddew is-servizzi li huma suggett ta' tender li ser terga tigi ppublikata fi ftit zmien iehor. Ghaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xoghol li jkun determinat meta tigi awarded din it-tender.
Tista' l-Ministru tgħidli kemm ilha magħluqa l-biċċerija ta' Għawdex? Kemm kien hemm nies jaħdmu fil-biċċerija meta għalqet u kemm hemm jaħdmu l-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu llum? Minn kemm ilha li għalqet kemm ħaddiema ġew trasferiti band'oħra? Fejn marru u x'qegħdin jagħmlu? X'inhu l-grad tagħhom? Minn kemm ilha li għalqet kemm ħaddiema ġew trasferiti minn band'oħra għall-biċċerija? X'inhu l-grad tagħhom u x'inhu x-xogħol li ntbagħtu biex jagħmlu l-biċċerija? Min approva t-trasferimenti li saru? Tista' tgħidli kull trasferiment meta sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li il-qatla fil-biċċerija ta’ Għawdex ilha sospiża mill-1 ta’ Mejju 2004 u li f’dik id-data kien hemm 36 ħaddiem u li llum ukoll hemm 36 ħaddiem mqassma kif jidher fuq it-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Jiena nfurmata wkoll li dawn il-ħaddiema qiegħdin jagħmlu xogħol konness mas-Servizzi Veterinarji u li:
·Mill-1 ta Mejju 2004 ġie trasferit general hand għall-Cold Stores biex jgħamel xogħol ta’ tindif. Barra minn dan, ħaddiem fil-grad ta’ Farmer beda jaħdem bħala Assistant Veterinary Support Officer mas-Servizzi Veterinarji f’Malta filwaqt li Senior Veterinary Support Officer u Watchman irtiraw mis-servizz.
·Mill-1 ta’ Mejju 2004 ġew trasferiti għas-Sezzjoni tas-Servizzi Veterinarji f’Għawdex, żewġ Senior Tradesmen fil-11 ta’ Ġunju 2004 bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u Senior Tradesman ieħor fis-7 ta’ Ġunju 2004 bl-approvazzjoni tad-Direttur fid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp. Dawn it-tlett ħaddiema iħaddmu l-inċeneratur tal-biċċerija. Ġie trasferit ukoll Laboratory Technician fit-23 ta’ Novembru 2005 bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office. Dan il-ħaddiem qiegħed jagħmel xogħol fil-laboratorju tal-biċċerija.
Tista' l-Ministru tgħidli meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq it-Triq Victoria - San Lawrenz? Kemm hu t-tul f'kilometri ta' dik il-parti tat-triq fejn għad irid isir ix-xogħol? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol li għad irid isir? Minn fejn se jiġu l-flus għal dan ix-xogħol? Kemm intnefqu flus s'issa minn fondi Maltin u minn fondi Ewropej rispettivament fuq ix-xogħol kollu li sar s'issa nklużi servizzi u xogħlijiet oħra relatati ma' din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u ghaldaqstant rispost tinghata f'seduta ohra
Tista' l-Ministru tgħid x-xogħol li qiegħed isir fit-triq ta' l-Imgarr, Għawdex huwiex kopert bil-permess tal-MEPA? Tista' tgħidilna jekk ħarġux il-permessi anke fuq l-art li ġiet esproprjata biex issir din it-triq? Jekk hemm dawn il-permessi tal-MEPA, tista' tagħtini r-reference number ta' dawn il-permessi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħol fuq il-bini tat-Triq Xewkija - Mġarr qiegħed isir mill-Awtorita' Dwar it-Trasport, nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-moll tal-Mendqa fil-port ta' Marsalforn hux ser isirlu manutenzjoni fil-futur qarib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ricentament sar underwater survey tal-Moll tal-Mendqa biex jigi stabbilit x'manutenzjoni hemm bzonn issir. Qieghed jithejja rapport tekniku fuq ir-rizultat tas-survey u skond dan in-rapport tittiehed l-azzjoni li jkun hemm bzonn.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23631 tista' l-Ministru tgħid kemm ġew riferuti każijiet lit-Taqsima Ħidma Soċjali f'Għawdex, f'dawn l-aħħar sentejn xahar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
It-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex, ġew riferuti u ħadmet ma' 42 każ li fihom kien hemm element ta' vjolenza domestika matul dawn l-aħħar sentejn (2005 u 2006).
Hawn jidher kif ġew riferuti xahar b'xahar:
2005 2006 2007
Jannar 1 1 2
Frar 2 1
Marzu 3 2
April 0 0
Mejju 3 4
Ġunju 3 1
Lulju 3 1
Awissu 2 2
Settembru 1 1
Ottubru 1 1
Novembru 3 4
Diċembru 0 0
Total 22 18 2
Sub total 42
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23627 tista' l-Ministru tirrispondi t-tieni parti tad-domanda u cioe' f'liema dipartiment/uffiċini ġew posted il-ħaddiema msemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23525 tista' l-Ministru tirrispondi d-domanda kif formulata u tgħid kemm hemm staff allokat biex titħaddem id-decompression chamber, x'tip ta' taħriġ ingħataw u minn min kif ukoll kemm-il darba ġiet imħaddma u x'tip ta' każijiet qed jiġu trattati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi l-istaff allokat huwa: tabib, ħames infermiera u erbgħa technicians. L-istaff waqt it-trattamenti huwa ta' tabib, żewġ infermieri u żewġ technicians. Taħriġ ingħata minn A. Sciberras& Partners (ref CT2048/06) u ukoll mill-istess kumpanija li ssuplexxiet d-Decompression Chanbers. It-training li ngħata kien konformi ma’ dak mitlub mill-European College of Hyperberic Medicine u ġie ċċertifikat mill-istess istituzzjoni. L-għan prinċipali ta’ din ic-chamber huwa li joffri servizz ta’ emerġenza f’każijiet ta’ decompression sickness lill-għaddasa. ‘L quddiem din il-unit se tkun tista’ toffri wkoll servizzi oħra relatati ma’ Hyperbaric Oxygen Therapy lill-pazjenti ta’ l-isptar. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex fil-ġejjieni qarib il-ħaddiema magħżula jibdew jagħmlu simulation exercises biex b’hekk ikollhom aktar taħriġ hands on.
Peress li Triq il-Forn fil-Qala, Għawdex qiegħda fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tara li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fiha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li x-xoghol fit-triq imsemmija huwa responsabilta' tal-Kunsill Lokali tal-post u ghalhekk nitlob l-Onorevolil Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.