Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #24085 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan għat-turiżmu

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan għat-turiżmu f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-"Pre-budget document 2007" fejn hemm elenkat l-interventi tal-Gvern fuq l-oqsma kollha ta' l-ekonomija Għawdxija.
Leg 10 PQ #24139 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċentivi għall-industrija

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23411 dwar inċentivi għall-industrija f'Għawdex, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari numru 23411 ma titrattax dwar inċentivi għall-industrija.
Leg 10 PQ #24140 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq San Lawrenz/Rabat

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23720 dwar Triq San Lawrenz/Rabat, tista' l-Ministru tgħidli kemm mill-Lm187.056 u mill-Lm211,963 huma nklużi fl-istima oriġinali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24143 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ilma għat-tisqija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li din l-istess Mistoqsija Parlamentari diġa' kienet saret f'seduta oħra, nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija numru 23737.
Leg 10 PQ #24146 Sitting 503 2007-03-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona

Question

Tista' l-Ministru tgħidli: *Jekk il-gvern approvax li jinbena kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona li se jinkludi l-bini ta' car park u ta' Qorti? *X'passi ttieħdu u x'sar s'issa fuq dan il-proġett? *Jekk sarx xi feasibility study dwar dan il-proġett? *Kemm se jkun jesa karozzi l-car park? *Jekk il-car park hux se jkun immexxi mill-privat? *Jekk saritx applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta' dan il-kumpless? Meta saret? X'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni tal-MEPA? *x'inhuma l-vantaġġi li dan il-proġett isir fil-qalba tal-kumpless ta' l-iskejjel sekondarji ta' Għawdex u taċ-ċentru ta' l-eżamijiet ta' Għawdex minflok li jsir fejn kien propost iċ-ċentru komunali? *Jekk il-proġett taċ-ċentru komunali issa hux se jitwarrab? *Jekk il-proġett ta' athletic track f'Tax-Xħajma issa twarrabx ladarba se ssir athletic track ta' 200 metru fil-proġett tal-kumpless ta' l-iskola? *X'miżuri ta' sigurta' se jkun hemm biex iħarsu t-tfal ta' l-iskejjel mit-traffiku u d-dħaħen li joħloq it-traffiku ta' karozzi fil-parkeġġ? *Jekk sarux il-pjanti tal-proġett? Jekk saru, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ skola ġdida, car park u bini ta’ Qorti ġdid fir-Rabat huwa maqsum f’fażijiet. L-ewwel fażi hija l-binja ta’ l-iskola l-ġdida u l-car park ta’ taħtha li se jesa’ 150 karozza. L-applikazzjoni għal din l-ewwel fażi diġa’ saret mill-FTS lill-MEPA fit-28 ta’ Settembru 2006 (PA6027/06). Il-kumplament tal-proġett, jiġifieri l-Qorti u aktar parkeġġ, ma jistax jibda jinbena qabel titlesta l-iskola kollha minħabba t-trasferiment ta’ l-istudenti. Għaldaqstant, f’dan iż-żmien, ser isiru l-preparamenti kollha neċessarji marbuta mal-kumplament tal-proġett kif irrakomandat mill-Gvern. Peress illi l-proposti huma li fuq l-istess art illi llum hija okkupata mill-iskola ser jinbena wkoll il-Qorti, b’hekk dan il-proġett ser jutilizza art diġa’ wżata u mhux ser inaqqas minn art miftuħa ġewwa r-Rabat kif kien propost fiċ-Ċentru Komunali. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-proposti taċ-Ċentru Komunali u ta’ l-Athletics’ Track Ta’ Xħajma jridu jiġu kkunsidrati. Rigward miżuri ta’ sigurta’, ser issir triq ġdida li se tkun aċċessibbli għat-trasport ta’ l-istudenti biex dawn jitwasslu u jittieħdu minn quddiem il-bieb ta’ l-iskola.
Leg 10 PQ #24129 Sitting 502 2007-03-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23406 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli x'deċiżjoni ħa l-gvern fuq ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf ad hoc mill-gvern biex jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet fuq l-għażliet dwar tipi ta' servizz li jistgħu jiġu adottati? Minn min kien magħmul il-bord?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23406. Minkejja dan, nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-kumitat li twaqqaf ad hoc mill-gvern biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet fuq l-għażliet dwar it-tipi ta’ servizz li jistgħu jiġu adottati kien kompost mill-persuni msemmija hawn taħt: Is-Sur Leonard Callus Is-Sur Joe Micallef Is-Sur Marcel Pizzuto Is-Sur Joe Vella Is-Sur Joe Sultana Is-Sur Tony Gatt Il-Perit Silvio Farrugia li kien irrappreżentat mis-Sur Frans Mallia Il-Maġġur Mark Anthony Said Il-Perit William Soler
Leg 10 PQ #24132 Sitting 502 2007-03-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Rabat-San Lawrenz

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24134 Sitting 502 2007-03-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Rabat-San Lawrenz

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24138 Sitting 502 2007-03-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Xewkija-Mġarr

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23718 dwar it-Triq Xewkija-Mġarr fejn hija talbitni nirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat. *Peress li x-xogħlijiet qed isiru fuq it-Triq Xewkija-Mġarr huma xogħlijiet pubbliċi ffinanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea; *Peress li sena ilu l-Prim Ministru fi tweġiba li kien tani għall-mistoqsija parlamentari kien qalli li hija responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi kif ukoll mill-proġetti ffinanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea; *Peress illi fl-istess tweġiba l-Prim Ministru kien qalli li l-Ministru għal Għawdex tamministra l-vot tagħha direttament; *Peress li l-Vot tal-Ministru għal Għawdex jinkludi t-toroq kif ukoll il-proġetti ffinanzjati mill-Fondi ta' l-Unjoni Ewropea; *Peress li l-Ministru stess fi tweġibiet ta' mistoqsijiet parlamentari qaltli li l-Ministeru tagħha se jkun qed jamministra l-fondi Ewropej inklużi t-toroq; *Peress ukoll li fil-fatt il-ministeru tagħha qed jamministra l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għat-Triq Rabat-San Lawrenz fejn biex tlestiet nofs it-triq intnefqu miljun lira aktar milli kellha tiswa t-triq kollha; Tista' l-Ministru tgħidli għaliex ma rrisponditnix hi dwar it-Triq Xewkija-Mġarr u talbitni nirriferi l-mistoqsija tiegħi lill-ministru konċernat? Tista' tgħidli jekk il-gvern ħadilhiex il-flus ta' l-Unjoni Ewropea għat-toroq f'Għawdex minn taħt il-ministeru tagħha u tahom lil ministeru ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel mistoqsija, ninforma l-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol fuq il-bini tat-Triq Xewkija-Mġarr qiegħed isir mill-Awtorita' dwar it-Trasport li jaqa' taħt ir-responsabbilta ta' Ministeru ieħor. Dwar it-tieni mistoqsija ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #23345 Sitting 501 2007-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xiri ta' Stationery

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24052 Sitting 501 2007-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Peress li fir-residenza ta' l-anzjani Sant'Anna fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex hemm intejjen kbar in konsegwenza ta' problema fis-sistema tad-drenaġġ li anke kien hemm żbroff ta' drenaġġ fl-istess sala, tista' l-Ministru tgħid meta se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jitneħħa dan l-inkonvenjent? Tista' tgħid ix-xogħlijiet minn se jagħmilhom u kemm huwa stmat li se jiġu jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li kif ġie rappurtat li kien hemm x'irwejjah ta' drenaġġ giet identifikata l-problema u beda x-xogħol minnufih. Ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ tar-Residenza Sant'Anna sar bejn il-21 u t-23 ta' Frar 2007. Dan ix-xogħol sar mis-sur Michael Refalo u b'kollox ġie jiswa LM 389,40,0 (vat inkluż)
Leg 10 PQ #23337 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' pjanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2006, ma kienx hemm infieq għall-kiri ta' xtieli/pjanti mill-Ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħti.
Leg 10 PQ #23340 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2006, ma kienx hemm infieq għall-kiri ta' għamara/pittura mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 10 PQ #23342 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ikliet/Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitlub mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24041 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Spiżerija tal-gvern — Nuqqas ta' mediċini

Question

Peress li qed isiru lamenteli mill-pubbliku dwar nuqqas ta' Ventolin u Aspirina fl-ispiżerija tal-gvern, tista' l-Ministru tindirizza dan in-nuqqas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Aspirina u il-Ventolin nebuliser solution, ilhom għal xi żmien out of stock mill-stores ta’ l-Isptar San Luqa. Għaldaqstant l-ispiżerija ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed tagħti tip ta’ aspirina li s-soltu jeħodha biss minn għandu permess speċjali. Il-Ventolin nebuliser solution joħroġ biss għat-tfal li għandhom permess speċjali iżda fil-mument qed jingħata lill-pazjenti tas-swali biss. Minkejja dan, mhemmx nuqqas ta’ Ventolin inhaler fl-Isptar u dan qed jingħata kif inhi l-prassi eżistenti.
Leg 10 PQ #24042 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr, Għawdex — Parkeġġ fit-terminal

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandha l-Ministru fid-diskussjonijiet dwar il-parkeġġ fit-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-terminal ta’ l-Imġarr, Għawdex inkluż il-parkeġġ ta’ ġo fih jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Malta Maritime Authority.
Leg 10 PQ #24044 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema f'dipartimenti tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment tal-gvern f'Għawdex kemm hemm ħaddiema rġiel u kemm hemm nisa, kif ukoll tindika f'kull dipartiment kemm hemm impjegati nisa bir-reduced hours u flexi-time?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23335 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' proprjeta'

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mintluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23950 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħajt ta' bejn il-cold stores u l-pitkalija

Question

Peress li l-ħajt ta' bejn il-cold stores u l-pitkalija f'Għawdex huwa baxx ħafna u li ma joffri sigurta' ta' xejn, tista' l-Ministru tara li dan il-ħajt jitla' sa għoli adegwat biex tissolva din il-problema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Cold Stores ikun hemm attendant erba' u ghoxrin siegħa kuljum u għaldaqstant ma jirriżultax li hemm xi problema ta' sigurta'
Leg 10 PQ #23951 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Fattigi

Question

Peress li qed isiru lmenti minn diversi fattigi li jaħdmu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex minħabba l-mod ta' kif qed jiġi allokat ix-xogħol, fejn min qed jitgħabba ħafna u min ftit, li jagħti lok għal żbilanċ fix-xogħol, tista' l-Ministru tirrimedja din is-sitwazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-fattigi li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jaqgħu taħt żewġ sistemi; hemm dawk li huma allokati fis-swali u dawk li qegħdin allokati mal-pool. Dawk li huma allokati fis-swali ħidmiethom tiddependi minn kemm ikun hemm fattigi xogħol, bil-leave jew bis-sick leave fl-istess sala, kif ukoll mill-ammont ta’ pazjenti fis-sala partikolari fejn jaħdmu. Fin-nuqqas ta’ fattigi fis-swali, l-uffiċjali inkargati mis-swali jikkonsultaw ma’ l-uffiċjal inkarigat mill-indafa sabiex jintbgħatu fattigi mir-Relieving Pool. Fir-rigward tal-fattigi l-oħra li ma jiġux utiliżżati fis-swali, sa fejn possibbli, l-uffiċjal inkarigat mill-indafa dejjem qassam ix-xogħol b’mod ġust bejniethom.